<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.11.2011</Date><Ref>B7-0608/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija b’talba għal tweġiba orali  <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0648" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0648">B7&#8209;0648/2011</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT biex tingħata spinta lis-suq uniku diġitali</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2173">Arlene McCarthy</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f’isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE472.820v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0608/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT biex tingħata spinta lis-suq uniku diġitali</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsija tat-30 ta’ Settembru 2011 lill-Kummissjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT biex tingħata spinta lis-suq uniku diġitali (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2011-000226" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2011-000226">O-000226/2011</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0648" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0648">B7-0648/2011</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 167 tat-TFUE,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–        wara li kkunsidra Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titlu: Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar aġenda diġitali għall-ġejjieni,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Futur tal-VAT,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar in-Newtralità tal-VAT,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.75pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.75pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-istrateġija UE 2020 tinkludi fiha l-inizjattiva ewlenija li jinħoloq suq uniku diġitali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi s-suq uniku diġitali tal-UE għadu frammentat u dan huwa dovut parzjalment għas-sistema fiskali tal-UE u b’mod partikolari għat-taxxi fuq il-konsum li japplikaw għall-prodotti u s-servizzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-kriżi ekonomika għamlet ħsara kbira lill-opportunitajiet tat-tkabbir ekonomiku u l-ekonomija diġitali għandha l-potenzjal li tagħti kontribut sinifikanti lill-prosperità tal-Ewropa fis-snin li ġejjin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-Unjoni Ewropea trid twettaq il-potenzjal tas-suq uniku billi tiffaċilita l-kummerċ onlajn u transkonfinali bejn l-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tirrefletti dwar il-ġejjieni tal-VAT u għandha titqies l-Istrateġija UE 2020;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jindika li l-qafas legali attwali u b’mod partikolari l-Anness 3 tad-Direttiva 2006/112/KE hi ostakolu għall-iżvilupp tas-servizzi diġitali ġodda u għaldaqstant, hija inkonsistenti mal-għanijiet stipulati fl-aġenda diġitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Iqis li r-rati tal-VAT applikabbli għall-kotba huma eżempju tan-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni attwali; filwaqt li l-Istati Membri jistgħu japplikaw rati ta’ VAT imnaqqsa għall-provvista tal-kotba fuq il-mezzi fiżiċi kollha, il-kotba elettroniċi huma suġġetti għal rata standard ta’ mill-inqas 15 fil-mija;  din id-diskriminazzjoni mhix sostenibbli meta nqisu t-tkabbir potenzjali ta’ din il-parti tas-suq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea trid tkun ambizzjuża u tmur lil hinn mir-rimedju tal-inkonsistenzi tal-qafas legali attwali; it-tħeġġiġ lill-kumpaniji biex jiżviluppaw u joffru servizzi onlajn ġodda pan-Ewropej għandu jkun prijorità fir-rieżami tar-regoli tal-VAT;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Ifakkar l-eżempju tal-“Internet Tax Freedom Act” fl-Istati Uniti li daħal fis-seħħ fl-1998 u baqa' jiġi estiż s'issa; dan l-Att, li jipprojbixxi lill-gvernijiet federali u lokali milli japplikaw xi rata tat-taxxa diskriminatorja fuq il-bejgħ għall-bejgħ onlajn, kellha impatt sinifikanti fuq il-kummerċ elettroniku u tat kontribut lit-twaqqif ta' kumpaniji li jiddominaw is-suq globalment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jindika, madankollu, li l-Unjoni Ewropea għandha tfassal soluzzjonijiet adatti għall-ħtiġijiet tagħha; għall-iżvilupp ta’ suq uniku ġenwin, il-liġi tal-Unjoni Ewropea tista’ tippermetti li l-Istati Membri japplikaw, fuq bażi temporanja, rata ta’ VAT imnaqqsa għal servizzi ta’ kontenut kulturali pprovduti elettronikament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Din il-kategorija ġdida, li tkun inkluża fl-Anness 3 attwali tad-Direttiva 2006/112/KE, tista’ tkopri l-forniment ta’ servizzi onlajn, bħal televiżjoni, mużika, kotba jew gazzetti, minn fornitur stabbilit fl-UE lil kwalunkwe persuna li wkoll tkun stabbilita fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  L-applikazzjoni ta’ rata tal-VAT imnaqqsa għal kontenut kulturali onlajn bla dubju se tagħti spinta lill-ħolqien, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-UE fil-pjattaformi kollha tal-kontenut diġitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Ifakkar il-prinċipji tal-OECD dwar it-tassazzjoni tal-kummerċ elettroniku li ntlaħaq ftehim dwaru fil-konferenza ta’ Ottawa fl-1998; dawn il-prinċipji jistabbilixxu li r-regoli għal taxxi fuq il-konsum, bħall-VAT, għandhom iwasslu għal tassazzjoni fil-ġurisdizzjoni fejn isir il-konsum;  skont id-Direttiva 2008/8/KE, il-prinċipji tal-OECD se japplikaw għall-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Jannar 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Iqis li rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-VAT li toffri aktar flessibilità lill-Istati Membri dwar rati ta’ VAT imnaqqsa għandu jimxi id f’id mal-applikazzjoni tal-prinċipji stipulati fid-Direttiva 2008/8/KE; jindika, madankollu, li biex l-Istati Membri kollha jibbenefikaw indaqs mis-suq uniku diġitali, il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru li l-konsumatur jappartjeni għalih għandu japplika mill-aktar fis possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibilità ta' rieżami tad-Direttiva 2008/8/KE biex tipprevedi li l-VAT titħallas fl-Istat Membru tal-konsumatur, qabel l-1 ta’ Jannar 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. </p>
<p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>