<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>14.12.2011</Date><Ref>B7-0727/2011</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsijiet għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0673" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0673">B7&#8209;0673/2011</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0674" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0674">B7&#8209;0674/2011</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2958" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2958">2011/2958(RSP)</ANCHOR>)</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96835">Traian Ungureanu</Author>, <Author id="23819">Csaba Őry</Author>, <Author id="96814">Elena Băsescu</Author>, <Author id="96834">Iliana Ivanova</Author>, <Author id="33982">Marian-Jean Marinescu</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE-DE</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">&lt;&lt;&lt;</p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE479.426v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0727/2011</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2958" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2958">2011/2958(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0455" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0455/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2011)0455</ANCHOR>.</p>
</footnote> dwar il-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 21, 45 u 47 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 15, 21, 29, 34 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, kif ikkodifikat mir-Regolament (KE) Nru 492/2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1-12.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar 'Il-mobbiltà, strument għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar: Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobbiltà tal-Impjiegi (2007-2010)' (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2007-0773" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2007-0773">COM(2007)0773</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-impatt tal-moviment ħieles tal-ħaddiema fil-kuntest tat-tkabbir tal-UE (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2008-0765" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2008-0765">COM(2008)0765</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2010 dwar 'Li ttenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri' (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0373" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0373">COM(2010)0373</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-arranġamenti ta' tranżizzjoni li jirrestrinġu l-moviment ħieles ta' ħaddiema fis-swieq tax-xogħol tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-Funzjonament tal-Arranġamenti Tranżitorji dwar il-Moviment Ħieles tal-Ħaddiema mill-Bulgarija u r-Rumanija, (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0729" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0729">COM(2011)0729</ANCHOR> finali),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-identifikazzjoni tal-ostakli li għad hemm għall-mobbiltà fis-suq intern tax-xogħol,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi d-dritt li wieħed jgħix jew jaħdem f’pajjiż ieħor tal-Unjoni huwa wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-UE u huwa fattur bażiku taċ-ċittadinanza tal-Unjoni rikonoxxut mit-Trattati, iżda iċ-ċittadini minn żewġ Stati Membri għadhom jaffaċċjaw ostakli fir-rigward tad-dritt li jwettqu xogħol fi Stat Membru ieħor;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi skont statistika riċenti, fl-aħħar tal-2010, il-ħaddiema mobbli mir-Rumanija u l-Bulgarija residenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jirrapreżentaw 0.6% tal-popolazzjoni totali tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi fl-aħħar tal-2010 il-ħaddiema Rumeni u Bulgari ġabu magħhom żieda ta' 0.3% fil-PDG fuq medda ta' żmien twil għall-UE-25 u b'mod speċifiku żieda ta' 1.7% fi Spanja u ta' 1.3% fl-Italja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi d-dħul ta' ħaddiema Rumeni u Bulgari pproduċa effetti pożittivi fis-swieq tal-pajjiżi ospitanti peress li dawn okkupaw impjiegi jew daħlu f'setturi li kienu qed ibagħtu minn nuqqas ta' ħaddiema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-Kummissjoni, fl-aħħar Komunikazzjoni tagħha, iddikjarat li l-ħaddiema mobbli Rumeni u Bulgari x'aktarx li aktar ikunu fil-perjodu ekonomikament produttiv ta' ħajjithom miċ-ċittadini tal-pajjiżi ospitanti, abbażi tal-fatt li l-ħaddiema mobbli tal-UE-2 li għandhom anqas minn 35 sena jirrappreżentaw 65% tal-ħaddiema ekonomikament attivi fl-età tax-xogħol, meta mqabbla ma' 34% fl-UE-15;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi data reċenti tal-Eurostat turi li l-ħaddiema migranti mir-Rumanija u l-Bulgarija m'għandhomx effetti sinifikanti fuq il-pagi u r-rati tal-qgħad tal-pajjiżi ospitanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-flussi tal-mobbiltà huma mmexxija l-aktar mid-domanda għax-xogħol, u fi żminijiet ta' żbilanċi bejn il-provvista tax-xogħol u d-domanda għax-xogħol f'livell Ewropew, l-ostakli tranżitorji jistgħu jxekklu l-iżvilupp ekonomiku tal-kumpaniji Ewropej u d-dritt li wieħed jaħdem u jirrisjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-moviment liberu tal-ħaddiema jirrapreżenta eżempju soċjoekonomiku pożittiv kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Membri, fid-dawl tal-fatt li dan huwa ta' importanza kbira għall-integrazzjoni tal-UE, l-iżvilupp ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u t-titjib individwali fil-livell professjonali, u jikkontribwixxi fil-ġlieda kontra l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika u joħloq setgħa ekonomika aktar b'saħħitha li tista' taffaċċja l-isfidi ta' bidla globali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-evoluzzjoni reċenti tas-soċjetajiet tagħna partikolarment minħabba l-bidla industrijali, il-globalizzazzjoni, ix-xejriet ġodda ta' xogħol, il-bidla demografika u l-iżvilupp ta' mezzi ta' trasport, jeħtieġu livell ogħla ta' mobbiltà fost il-ħaddiema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2011, il-ħaddiema mobbli mir-Rumanija u l-Bulgarija kellhom impatt pożittiv fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri li jospitaw ħaddiema mobbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi l-migrazzjoni hija kwistjoni politika sensittiva ħafna fl-UE u huwa vitali li jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropew kollha jingħataw l-istess drittijiet u responsabbiltajiet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi l-aħħar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tiddikjara li d-distrubi fis-swieq tax-xogħol nazzjonali huma r-riżultat ta' diversi fatturi bħall-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-problemi strutturali tas-suq tax-xogħol, u mhumiex dovuti għad-dħul tal-ħaddiema Rumeni u Bulgari;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi l-ħaddiema Rumeni u Bulgari jirrapreżentaw biss 1% tal-persuni qiegħda kollha (fl-età ta' bejn 15-64 sena) fl-UE meta mqabbla ma' 4.1% taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">N. billi bit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku attwali fil-livell Ewropew, il-flus mibgħuta minn ħaddiema mobbli lejn il-pajjiż ta' oriġini jista' jkollhom effett nett pożittiv fil-bilanċ ta' ħlasijiet tal-pajjiżi ta' tluq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jitlob lill-Istati Membri jabolixxu l-miżuri tranżitorji fis-seħħ, peress li m'hemmx raġunijiet ekonomiċi veri għar-restrizzjoni tad-dritt li wieħed jaħdem u jgħix fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għar-Rumeni u l-Bulgari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jitlob lill-Kunsill jikkunsidra fid-dettall l-aħħar komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea meta jkun qed jiddeċiedi jekk l-ostakli tranżitorji humiex miżura favorevoli u meħtieġa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi definizzjoni ċara tat-terminoloġija 'disturbi serji fis-swieq tax-xogħol';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkjarifika l-indikaturi u l-metodolġija bbażati fuq indikaturi ekonomiċi u soċjali li se jippruvaw li hemm ħtieġa ċara għall-estensjoni tal-ostakli tranżitorji imposti mill-Istati Membri, peress li l-effetti negattivi fuq is-swieq nazzjonali tax-xogħol tagħhom huma kkawżati minn ħaddiema Rumeni u Bulgari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jitlob lill-Kummissjoni tippubblika bl-aktar mod trasparenti l-kriterji li skonthom Stat Membru huwa permess iżomm l-ostakli tranżitorji, filwaqt li jiġu meqjusa l-effetti ta' deċiżjoni bħal din fuq l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u fuq l-interpretazzjonijiet aċċettati mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja meta jirreferu għal derogi minn libertajiet fundamentali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jitlob l-Istati Membri japplikaw id-definizzjoni, il-metodoloġija, l-indikaturi u l-kriterji meta jippreparaw in-notifiki għall-Kummissjoni meta jkunu qed jitolbu l-introduzzjoni jew l-estensjoni tal-ostakli tranżitorji;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-liġi tax-xogħol tkun infurzata b'mod strett sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema tal-UE jiġu trattati b'mod ugwali, li jkun hemm kompetizzjoni ġusta fost in-negozji, u li jiġi evitat id-dumping ekonomiku u dak soċjali;  </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jitlob lill-UE-25 tikkonsulta maż-żewġ naħat tal-industrija kif meħtieġ qabel tiddeċiedi jekk ittemmx jew testendix l-arranġament tranżitorji li jirrigwardaw il-libertà tal-moviment ta' ħaddiema mir-Rumanija u l-Bulgarija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jitlob lill-Istati Membri, li għandhom il-ħsieb li jżommu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fuq is-suq tax-xogħol għall-ħaddiema Rumeni u Bulgari, jippreżentaw b'mod ċar u trasparenti l-indikaturi soċjoekonomiċi kollha li wasslu għall-konklużjoni li l-mobbiltà ġeografika toħloq disturbi serji fis-suq tax-xogħol nazzjonali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>