<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>25.1.2012</Date><Ref>B7-0016/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0022" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0022">B7&#8209;0022/2012</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2959" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2959">2011/2959(RSP)</ANCHOR>)</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="33570">Sharon Bowles</Author>, <Author id="97137">Sylvie Goulard</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2862"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE479.453v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0016/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2959" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2959">2011/2959(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (parti mis-“six pack”),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2011 dwar il-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-preżentazzjoni tal-Viċi President Rehn fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tat-23 ta’ Novembru 2011 u l-iskambju ta’ opinjonijiet mal-Kunsill Ġermaniż tal-Esperti Ekonomiċi dwar il-fond Ewropew ta’ tifdija fid-29 ta’ Novembru 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Rapport Interim tal-President Van Rompuy: Lejn Unjoni Ekonomika Aktar b’Saħħitha tas-6 ta’ Diċembru 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-Parlament talab li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar il-possibilità li jiġu introdotti titoli Ewropej, ħaġa li hija parti integrali mill-ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-pakkett dwar il-governanza ekonomika (“six pack”);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi ż-żona tal-euro tinsab f’sitwazzjoni unika, fejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro jikkondividu munita komuni mingħajr politika fiskali komuni u suq tal-bonds uniku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-emissjoni ta’ bonds b’responsabilità in solidum tirrikjedi proċess ta’ integrazzjoni aktar profonda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Huwa mħasseb serjament dwar il-pressjonijiet kontinwi fuq is-swieq tal-bonds sovrani taż-żona tal-euro riflessi fiż-żieda fil-firxa tal-interessi, volatilità kbira u vulnerabilità għal attakki spekulattivi tul l-aħħar sentejn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jemmen li ż-żona tal-euro, bħala l-emittent tat-tieni munita internazzjonali tad-dinja, hija koresponsabbli għall-istabilità tas-sistema monetarja dinjija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jenfasizza li huwa fl-interess strateġiku fit-tul taż-żona tal-euro u tal-Istati Membri tagħha li wieħed jisfrutta l-benefiċċji kollha possibbli tal-emissjoni tal-euro, li għandha l-potenzjal li ssir il-munita ta’ riserva globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jinnota b’mod partikolari li s-suq tat-Teżor tal-Istati Uniti u s-suq kollu kemm hu tal-bonds sovrani taż-żona tal-euro huma kumparabbli fid-daqs iżda mhux f’termini ta’ likwidità, diversità u prezzijiet; jirrimarka li jista’ jkun fl-interess taż-żona tal-euro li jiġi żviluppat suq tal-bonds likwidu u diversifikat komuni, u li wara li tkun ġiet żviluppata b’mod kredibbli kultura ta’ stabilità fiż-żona tal-euro, suq ta’ bonds ta’ stabilità joffri alternattiva vijabbli għas-suq tal-bonds tad-dollaru Amerikan u jistabbilixxi l-euro bħala “rifuġju sikur” globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jemmen ukoll li ż-żona tal-euro u l-Istati Membri tagħha huma responsabbli biex jiżguraw l-istabilità fit-tul tal-munita użata minn ’il fuq minn 330 miljun persuna u ħafna kumpaniji u investituri, li b’mod indirett taffettwa lill-bqija tad-dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jirrimarka li l-bonds ta’ stabilità jkunu differenti minn bonds emessi minn stati federali bħall-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ġermanja u għalhekk ma jistgħux jitqabblu strettament ma’ bonds tat-teżor tal-Istati Uniti jew ma’ Bundesanleihen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jilqa’ bi pjaċir il-preżentazzjoni tal-Green Paper, li tissodisfa talba li ilha ssir mill-Parlament Ewropew, u jqisha bħala punt ta’ tluq utli għal aktar riflessjoni; huwa miftuħ u ħerqan b’mod attiv li jiddiskuti l-kwistjonijiet kollha – kemm il-punti pożittivi kif ukoll id-dgħufijiet – relatati mal-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità skont alternattivi differenti; Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tapprofondixxi aktar l-analiżi tagħha wara dibattitu pubbliku wiesgħa, li għandhom jikkontribwixxu għalih il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali kif ukoll il-BĊE, jekk iqis li dan ikun xieraq; ma jqis l-ebda waħda mit-tliet possibilitajiet ippreżentati mill-Kummissjoni bħala reazzjoni per se għall-kriżi attwali tad-dejn sovran;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, li hija parti mill-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità, li l-bonds ta’ stabilità jiffaċilitaw it-trażmissjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro u jippromwovu l-effiċjenza fis-suq tal-bonds u fis-sistema finanzjarja usa' taż-żona tal-euro;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li bħala prekundizzjoni neċessarja għall-emissjoni komuni ta’ bonds, jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ qafas fiskali sostenibbli, li jkollu bħala għan kemm it-titjib fil-governanza ekonomika kif ukoll it-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro, u li l-ordni li bih wieħed jipproċedi huwa kwistjoni ewlenija, li jinvolvi pjan direzzjonali li jorbot simili għall-kriterji ta’ Maastricht biex tiddaħħal il-munita unika, u li jislet minnhom il-lezzjonijiet kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Huwa tal-fehma li l-objettivi li fuqhom huma bbażati d-deċiżjonijiet meħuda fil-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2011 biex tkompli tissaħħaħ is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi jikkontribwixxu wkoll biex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-introduzzjoni possibbli tal-bonds ta’ stabilità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jemmen li l-bonds ta’ stabilità jistgħu jkunu mezz addizzjonali kif tiġi inċentivizzata l-konformità mal-patt ta’ stabilità u tkabbir, sakemm jindirizzaw il-periklu morali u l-kwistjonijiet tar-responsabilità konġunta; Jinnota li jeħtieġ li ssir aktar ħidma fir-rigward tal-għażliet ippreżentati fil-Green Paper dwar kwistjonijiet bħal:</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  inċentivi effettivi tas-suq biex jitnaqqsu l-livelli tad-dejn,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  kriterji ta’ dħul u ħruġ, ftehimiet ta’ kundizzjonalità, ftehimiet ta’ maturità, ridistribuzzjoni tal-benefiċċji ta’ finanzjament għall-pajjiżi AAA preżenti,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  sistema ta’ divrenzjar tar-rati ta’ interessi fost l-Istati Membri bi klassifiki diverġenti,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  dixxiplina baġitarja u żieda fil-kompetittività,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  effetti proċikliċi u deflazzjonarji tad-dejn,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  l-investituri tas-suq iħossuhom biżżejjed attratti, filwaqt li l-kollateralizzazzjoni żejda u r-ridistribuzzjoni tar-riskji fost il-pajjiżi jiġu limitati jew evitati,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  il-prijorità tal-bonds ta’ stabilità meta mqabbla mal-bonds nazzjonali f’każ ta’ Stat Membru inadempjenti fir-rigward ta’ dejnu,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  il-kriterji għall-allokazzjoni tas-self lill-Istati Membri u l-kapaċità ta’ manutenzjoni tad-dejn,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  programmi ta’ dejn li jistgħu jitkejlu u li jkunu infurzabbli,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  il-modalitajiet ta’ pjan direzzjonali li jorbot, simili għall-kriterji ta’ Maastricht għall-introduzzjoni tal-munita unika,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  l-interazzjoni mal-EFSF/MES għall-Istati Membri li jesperjenzaw problemi ta’ likwidità,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  rekwiżiti legali xierqa, inklużi bidliet fit-trattati u bidliet kostituzzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jemmen li l-prospett ta’ bonds ta’ stabilità jista’ jrawwem l-istabilità fiż-żona tal-euro fuq perjodu medju ta’ żmien; Jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tressaq proposti malajr biex tindirizza b’mod deċiżiv il-kriżi attwali tad-dejn sovran, bħall-patt Ewropew ta’ tifdija propost mill-Kunsill Ġermaniż tal-Esperti Ekonomiċi u/jew il-finalizzazzjoni u r-ratifika ta’ trattat dwar il-MES u/jew kambjali Ewropej, kif ukoll il-ġestjoni konġunta tal-emissjoni tad-dejn sovran;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jirrimarka li din ir-riżoluzzjoni hija reazzjoni preliminari għall-Green Paper tal-Kummissjoni, li se tkun segwita b’riżoluzzjoni aktar komprensiva fil-forma ta’ rapport INI;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>