<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>10.2.2012</Date><Ref>B7-0064/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsijiet b'talba għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0023" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0023">B7&#8209;0023/2012</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0024" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0024">B7&#8209;0024/2012</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2937" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2937">2011/2937(RSP)</ANCHOR>)</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1993">Carmen Fraga Estévez</Author>, <Author id="2125">Pat the Cope Gallagher</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2871"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għas-Sajd</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE483.122v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0064/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2937" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2937">2011/2937(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2009-0189" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2009-0189">COM(2009)0189</ANCHOR>) kif ukoll l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7&#8209;0010/2009),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2009-0665" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2009-0665">COM(2009)0665</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">   ĠU C 354, 28.12.2010, p. 68.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2009-0189" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2009-0189">COM(2009)0189</ANCHOR> – C7-0010/2009 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/COD-2009-0057" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/COD-2009-0057">2009/0057(COD)</ANCHOR>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (<ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0039" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2010-0039/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2010)0039</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0425" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0425">COM(2011)0425</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsijiet b'talba għal tweġiba orali lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (<ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0023" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0023">B7-0023/2011</ANCHOR>, <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2011-0024" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2011-0024">B7-0024/2011</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi, skont it-termini tal-Pjan ta' Implimentazzjoni adottat fis-Summit Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni Ewropea hija impenjata sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-istokkijiet tal-ħut għal livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, bl-għan li l-għanijiet għall-istokkijiet eżawriti jintlaħqu b'urġenza, u meta jkun possibbli mhux aktar tard mill-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-Politika Komuni tas-Sajd, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (PKS), għandha l-għan li tiżgura sfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-istokk tal-Punent ta' sawrell huwa ekonomikament l-aktar stokk importanti ta' sawrell li jgħix fl-ilmijiet tal-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi f'April 2009 l-Kummissjoni pproponiet pjan ta' ġestjoni (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2009-0189" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2009-0189">COM(2009)0189</ANCHOR>) abbażi tal-ħidma preparatorja fil-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku u l-parir mogħti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-pjanijiet multiannwali huma pedament tal-PKS u għodda ta' konservazzjoni fundamentali li jistabbilixxu dispożizzjonijiet ġenerali meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS, u għalhekk għandhom jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, b'konformità mal-Artikolu 43(2) TFUE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-informazzjoni bijoloġika dwar l-istokk tal-Punent ta' sawrell mhijiex biżżejjed għal valutazzjoni sħiħa tal-istokk; billi, madankollu, il-parir tal-STECF jindika li regola dwar il-kontroll tal-qabdiet ibbażata fuq ix-xejra fl-abbundanza tal-bajd twassal għal ġestjoni sostenibbli tal-istokk; billi r-regola dwar il-kontroll tal-qabdiet għandha tkun ibbażata fuq il-parir prekawzjonarju mogħti għall-kundizzjonijiet medji ta' reklutaġġ kif ukoll fuq il-qabdiet totali permissibbli reċenti aġġustati b'fattur li jirrifletti x-xejriet fl-abbundanza tal-istokk kif imkejla permezz tal-produzzjoni tal-bajd;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet ta' sajd fil-Politika Komuni tas-Sajd għandhom impatt dirett fuq is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-flotot tas-sajd tal-Istati Membri, partikolarment għall-flotot kostali fuq skala żgħira;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-Kunsill ma jistax iżomm għalih biss il-poter li jadatta unilateralment il-parametri definiti fil-proposta għall-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli, billi huma komponenti ewlenin tal-pjan fit-tul propost; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-Parlament, fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, daħħal ċerta flessibbiltà għall-Kunsill fil-mod kif tiġi kkalkulata t-tneħħija totali, skont ir-regoli dwar il-qabdiet ibbażati fuq ix-xjenza, bl-għan li tiġi ffaċilitata soluzzjoni ta' kompromess u li jingħata kontribut favur approċċ kostrutiv u pożittiv rigward din il-proposta leġiżlattiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi r-referenzi u l-parametri bijoloġiċi li jagħmlu parti mir-regola dwar il-qabdiet għandhom isegwu l-parir xjentifiku l-aktar reċenti u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' modifiki ta' ċerti referenzi u parametri bijoloġiċi li huma parti mir-regola dwar il-qabdiet u biex tkun tista' tirreaġixxi malajr għal bidliet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jissottolinja li l-għan tal-pjan huwa li l-bijomassa tas-sawrell tal-Punent tinżamm f'livell li jiżgura l-isfruttament sostenibbli tiegħu, u li jiġi pprovdut ir-rendiment massimu fit-tul;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jemmen li r-regola dwar il-kontroll tal-qabdiet għandha tkun ibbażata, fuq bażi ugwali, kemm fuq il-parir prekawzjonarju kif ukoll fuq il-qabdiet totali permissibbli reċenti, aġġustati b'fattur li jirrifletti x-xejra reċenti fl-abbundanza tal-istokk kif imkejla permezz tal-produzzjoni tal-bajd;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jenfasizza li r-regoli dwar il-kontroll tal-qabdiet huma elementi ewlenin tal-pjanijiet multiannwali li jridu jiġu deċiżi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jissottolinja li pjanijiet ta' ġestjoni fit-tul li japplika għall-akbar numru possibbli ta' stokkijiet ta' ħut huma fundamentali għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, kif ġie enfasizzat mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jenfasizza li l-impass interistituzzjonali eżistenti għandu jingħeleb għall-benefiċċju ta' stokk tal-ħut sostenibbli u biex l-operaturi tas-sajd ikunu jistgħu jippjanaw aħajr bil-quddiem l-attivitajiet tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu aktar inizjattivi biex tħeġġeġ djalogu politiku bejn it-tliet istituzzjonijiet bl-għan li jiġu ċċarati r-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-arkitettura futura tal-pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi malajr, kif indikat u wiegħdet diversi drabi, sabiex tipprevjeni nuqqas ta' qbil interistituzzjonali b'rabta mal-pjanijiet fututi ta' ġestjoni fit-tul;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' sawrell tal-Atlantiku sabiex il-Parlament ikun jista' jibda t-tieni qari tiegħu u biex isir progress dwar din il-kwistjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bħala informazzjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>