<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>7.3.2012</Date><Ref>B7-0000/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B7&#8209;0000/2012</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2224">Klaus-Heiner Lehne</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2874"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96812">Juan Fernando López Aguilar</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="OTHER"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE483.202v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;000/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju </span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">–    wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedu l-adozzjoni permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja ta' miżuri li jkollhom l-għan li jiżguraw “appoġġ fit-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju”,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10/09/1991 dwar l-istabbiliment ta’ l-Akkademja tal-Liġi Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU C 267, 14.10.1991, p. 33.</p>
</footnote>, il-pożizzjoni tiegħu tal-24/09/2002 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU C 273 E, 14.11.2003, p. 99.</p>
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-09/07/2008 l-irwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarju Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0352" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0352/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2008)0352</ANCHOR>.</p>
</footnote>, u r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-7/05/2009 lill-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ żona tal-UE għall-ġustizzja kriminali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2009-0386" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2009-0386/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2009)0386</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> COM(2010) 171 finali.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-Programm ta’ Stokkolma<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2009-0090" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2009-0090/red:cycle_PRV" data-family="reds:iPlTa" data-version="PROV">P7_TA-PROV(2009)0090</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar it-taħriġ ġudizzjarju,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tat-13 ta’ Settembru 2011, “Inkattru l-Fiduċja f'Ġustizzja Ewropea - Dimensjoni Ġdida Għat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew”,<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> COM(2011) 551 finali.</p>
</footnote></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju propost mill-Parlament fl-2011,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-istudju kumparattiv dwar it-taħriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri kkummissjonat mill-Parlament mingħand ERA b’kollaborazzjoni mal-EJTN,<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/delegations/en/studiesdownload.html?languageDocument=EN&amp;file=60091" shape="rect">http://www.europarl.europa.eu/delegations/en/studiesdownload.html?languageDocument=EN&amp;file=60091</a></p>
</footnote></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-istudju evalwa l-attività żviluppata f’dan il-qasam mill-iskejjel nazzjonali għall-ġudikatura, inkluż it-tip ta’ taħriġ offrut, il-kundizzjonijiet relevanti, u r-riżorsi baġitarji, bl-għan ukoll li jiġu identifikati l-ħtiġijiet u suġġerimenti għal titjib u l-aqwa prattiki, u jinkludi r-riżultati ta’ stħarriġ profond ta’ aktar minn 6000 imħallef u prosekutur fl-Istati Membri li jiffoka fuq l-esperjenza tagħhom tat-taħriġ legali tal-UE u s-suġġerimenti tagħhom għal titjib,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi t-taħriġ ġudizzjarju għandu jissejjaħ “studji ġudizzjarji” biex jirrifletti n-natura speċjali tal-iżvilupp intellettwali kontinwu li l-membru tal-ġudikatura jridu jwettqu u li fil-fatt l-aħjar persuni biex jipprovdu studji ġudizzjarji huma l-imħallfin infushom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi bħalissa l-provvista tat-taħriġ għadha ‘l bogħod mill-kisba tal-mira tal-Kummissjoni ta’ nofs il-professjonisti legali tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi skont l-istudju, l-ostakoli lingwistiċi, nuqqas ta’ tagħrif (f’waqtu) dwar il-programmi eżistenti, il-fatt li l-programmi mhux dejjem huma adatti għall-ħtiġijiet tal-imħallfin, flimkien mal-ammonti ta’ xogħol kbar li jkollhom l-imħallfin, u n-nuqqas ta’ finanzjament relevanti huma fost ir-raġunijiet għal-livell relattivament baxx ta’ persuni li pparteċipaw fl-istħarriġ li qed jirċievu taħriġ fid-dritt tal-UE (53%, li terz biss minnhom irċevewh f’dawn l-aħħar ħames snin)<span font-weight="bold">,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.<span font-weight="bold">  </span>billi jkun għaqli, anke mil-lat baġitarju fis-sitwazzjoni attwali ta’ strettezza finanzjarja, li nisfruttaw l-istituzzjonijiet eżistenti, partikolarment l-iskejjel nazzjonali tat-taħriġ ġudizzjarju iżda anke l-universitajiet u l-korpi professjonali, f’dak li jirrigwarda l-aspetti tal-“liġi nazzjonali” tal-bini ta’ kultura ġudizzjarja Ewropea; billi, b’dan il-mezz jistgħu jiġu identifikati l-aħjar prattiki fl-Istati Membri, u mrawwma u mxerrda mal-UE kollha;  billi rigward it-taħriġ fid-dritt tal-UE, l-Akkademja tad-Dritt Ewropew (ERA) għandha tkompli ssegwi r-rwol tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi, bħalma diġà stqarr il-Parlament, il-qasam ġudizzjarju Ewropew irid ikun mibni fuq kultura ġudizzjarja Ewropea fost il-prattikanti, il-ġudikatura u l-prosekuturi li ma tkunx ibbażata biss fuq il-liġi Ewropea imma żviluppata permezz ta' għarfien u fehim reċiproċi tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, reviżjoni kompluta tal-kurrikula universitarji, skambji, żjarat ta' studju u taħriġ komuni bl-appoġġ attiv tan-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Istitut tal-Liġi Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G.<span font-weight="bold"> </span>billi t-taħriġ ġudizzjarju għandu jkun marbut ma’ riflessjoni dwar ir-rwol tradizzjonali tal-ġudikatura u l-modernizzazzjoni tagħha, il-ftuħ tagħha u t-twessigħ tal-orizzonti tagħha; billi dan jinvolvi wkoll taħriġ lingwistiku u l-promozzjoni tal-istudju tad-dritt kumparattiv u d-dritt internazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi hija wkoll kwistjoni ta’ ħolqien ta’ kultura ġudizzjarja komuni fost il-membri tal-ġudikatura bl-użu tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ix-xogħol tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa eċċ. għall-promozzjoni tal-valuri ewlenin tal-professjoni ġudizzjarja permezz ta’ diskuzzjoni u promulgazzjoni tal-etika professjonali komuni, l-istat tad-dritt u l-prinċipji għall-ħatra u l-għażla tal-imħallfin, u sabiex tkun evitata l-politiċizzazzjoni tal-ġudikatura, u l-promozzjoni tal-fiduċja reċiproka meħtieġa biex iż-żona ġudizzjarja komuni ssir realtà,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi jeħtieġ li jinħolqu netwerks bejn l-imħallfin ta’ kulturi differenti u koordinament aħjar tan-netwerks eżistenti għall-ħolqient ta’ “ċrieki ta’ koerenza”; billi għal dan l-iskop, il-komunikazzjoni elettronika mhix biżżejjed, jeħtieġ ikun hemm fora fejn l-imħallfin ikunu jistgħu jagħmlu kuntatt u hu essenzjali li jkunu involuti imħallfin mill-Qrati ta’ Lussemburgu u ta’ Strasburgu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi l-istudji ġudizzjarji ma jistgħux ikunu limitati għal-liġi sostantiva u proċedurali, l-imħallfin jeħtieġu taħriġ relatat max-xogħol ġudizzjarju tagħhom u mas-“sengħa tal-imħallef”,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">1.   Jirrikonoxxi li l-kuntatti diretti huma l-aħjar għażla, u jemmen li, fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji, kif ukoll ir-risposti li taw l-imħallfin fl-istudju, taħriġ u pariri tali jistgħu jiġu pprovduti wkoll permezz tal-internet (vidjokonferenzi, korsijiet onlajn, webstreaming) kif ukoll permezz ta’ skambji;   jinnota li l-imħallfin talbu li jkun hemm aktar valutazzjoni u adattament tal-programmi ta' taħriġ għall-ħtiġijiet tagħhom, filwaqt li donnhom li jippreferu t-taħriġ interattiv fejn jistgħu jiskambjaw l-esperjenzi u jiddiskutu l-każijiet minflok metodi ta' taħriġ "klassiċi" (huma jgħallmu, l-istudenti jisimgħu);</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">2.   Iqis li għan ulterjuri jkun il-koordinament tal-għoti tat-taħriġ provdut minn skejjel eżistenti tat-taħriġ ġudizzjarju u l-faċilitazzjoni u l-promozzjoni tad-djalogu u l-kuntatti professjonali; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">3.   Jinnota li t-taħriġ multilingwi huwa importanti, għax l-istudju juri li għadd relattivament żgħir ta’ mħallfin jitkellmu lingwa barranija tajjeb biżżejjed biex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv f’taħriġ ġudizzjarju fi Stati Membri oħra;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">4.   Hu tal-fehma li mezz wieħed biex jiġu riżolti l-problemi (spejjeż, taħriġ lingwistiku, effikaċja tan-nefqa) hu li tintuża t-teknoloġija moderna u jkun finanzjat il-ħolqien ta’ “Apps” simili għall-ITunes U tal-korporazzjoni Apple; tali Apps, imħejjija mill-iskejjel nazzjonali, ERA, l-universitajiet u ħarrieġa oħra, jkunu jikkonsistu minn korsijiet ta’ taħriġ, b’materjal viżiv, inkluż taħriġ lingwistiku (b’enfasi partikolari fuq it-terminoloġija legali) u struzzjonijiet dwar is-sistemi legali nazzjonali, proċeduri legali partikolari eċċ, u jkun bla ħlas għall-membri tal-ġudikatura;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">5.   Iqis li parteċipazzjoni b’suċċess f’korsijiet tali tista’ tiftaħ il-bibien għal Erasmus għall-imħallfin u parteċipazzjoni f’korsijiet ta’ taħriġ barra mill-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">6.   Jissuġġerixxi li tali Apps jistgħu ukoll ikunu magħmula disponibbli għall-prattikanti legali, korpi professjonali, akkademiċi u studenti tal-liġi bi ħlas modest u li l-iżvilupp u l-produzzjoni tagħhom jista’ jagħti spinta lill-ekonomija u lill-impjegar bi spejjeż relattivament baxxi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">7.   Iqis, rigward il-proġett pilota ppreżentat minn Luigi Berlinguer u Erminia Mazzoni u li se jsir fl-2012, li dan għandu jimmira, l-ewwel nett, biex jidentifika u jespandi l-aħjar prattiki fl-organizzar tal-aċċess għal-liġi tal-UE u taħriġ relevanti fi ħdan is-sistemi ġudizzjarji u skejjel ta’ taħriġ nazzjonali:  pereżempju, l-UE għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jsegwu l-eżempju ta’ istituzzjonijiet ta’ suċċess, bħall-koordinaturi tal-liġi tal-UE, kif jeżistu fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fi ħdan l-istruttura tal-qrati nazzjonali, u tippromwovi t-taħriġ ta’ tali koordinaturi u tiffaċilita b’modi oħra x-xogħol tagħhom fil-livell tal-UE;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">8.<span font-weight="bold">   </span>Hu tal-fehma li l-proġett pilota jista’ jinkludi l-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma li jinkludi fornituri ta’ taħriġ ġudizzjarju nazzjonali u Ewropew kif ukoll atturi extraġudizzjarji, li l-għan tagħhom ikun li jidentifikaw sensiela ta’ “gruppi” tematiċi ta’ kwistjonijiet tal-liġi tal-UE bl-ikbar relevanza għall-prattika ġudizzjarja ta’ kuljum, kemm dwar kwistjonijiet “prattiċi” (kif tibgħat talba għal deċiżjoni preliminari, kif taċċessa l-bażijiet tad-data tal-liġi tal-UE, eċċ.) kif ukoll kwistjonijiet sostantivi;    </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">9.   Jissuġġerixxi li l-proġett pilota jista’ jikkoordina (a) l-iskambju ta' pariri u għarfien dwar is-sistemi legali individwali fost l-iskejjel ta' taħriġ ġudizzjarju individwali, filwaqt li jibni fuq in-netwerks u r-riżorsi eżistenti u (b) taħriġ formali u familjarizzazzjoni mas-sistemi legali barranin;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">10. Jipproponi, fl-aħħar nett, li l-Kummissjoni torganizza forum annwali fejn l-imħallfin ta’ kull livell ta' anzjanità f’oqsma tal-liġi fejn sikwit jinqalgħu kwistjonijiet domestiċi u transfruntieri jkunu jistgħu jiddiskutu dwar qasam wieħed jew aktar riċenti ta' kontraversja jew diffikultà, biex tiġi mħeġġa d-diskussjoni, jinbdew il-kuntatti, jinħolqu kanali ta' komunikazzjoni u jinbnew il-fiduċja u l-komprensjoni reċiproka;  forum ta’ dan it-tip jista’ jservi ta' opportunità għall-awtoritajiet kompetenti, dawk li jipprovdu t-taħriġ u l-esperti, inklużi l-universitajiet u l-korpi profes’jonali, biex jiddiskutu l-politika tat-taħriġ ġuridiku u l-ġejjieni tal-edukazzjoni legali fl-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
</Section></Motion>