<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>13.3.2012</Date><Ref>B7-0178/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2581" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2581">2012/2581(RSP)</ANCHOR>)</p>
</Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="22097">Véronique De Keyser</Author>, Libor Roucek, <Author id="28279">Justas Vincas Paleckis</Author>, <Author id="34232">Kristian Vigenin</Author>, <Author id="28380">Marek Siwiec</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE486.717v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;000</Ref><Title-Section><p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja </span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bjelorussja, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Frar 2012 u tal-20 ta' Jannar 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">-    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-PE Martin Schulz tat-28 ta' Frar 2012 dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Bjelorussi li jkeċċu l-ambaxxaturi tal-UE u tal-Polonja;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">-    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bjelorussja, it-3149 laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fi Brussell tas-27 ta' Frar 2012;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">-    wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">-    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Bjelorussja li jitolbu l-Kap tad-Delegazzjoni għall-UE u lill-Ambaxxatur għall-Polonja f’Minsk jerġgħu lura; Brussell, it-28 ta' Frar 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">-    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja adottata fl-okkażjoni tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f'Varsavja, fit-30 ta' Settembru 2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">-    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Grupp Visegrad, l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja; Praga, il-5 ta' Marzu 2012; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">-    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Pjattaforma Nazzjonali Bjelorussa tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant; Minsk, it-2 ta' Marzu 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.3pt">-     wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">A.   billi fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta deċiżjoni</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">li twessa' l-kriterji tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ persuni u l-entitajiet Bjelorussi involuti fi ksur u ripressjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem, jew dawk li jibbenefikaw mir-reġim tal-Bjelorussja;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt">B.   billi fis-27 ta' Frar 2012, filwaqt li enfasizzaw id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE ddeċidew li jżidu 21 uffiċjal mill-Bjelorussja, responsabbli mir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, mal-lista tal-persuni suġġetti għal iffriżar tal-assi u projbizzjoni tal-viża;  </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">C.   billi bħala reazzjoni għas-sanzjonijiet il-ġodda tal-UE, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Bjelorussja talab lill-</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Kap tad-Delegazzjoni tal-UE f'Minsk u lill-Ambaxxatur tal-Polonja għall-Bjelorussja biex jitilqu mill-pajjiż;  </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt">D.  billi fit-28 ta' Frar 2012, b’riżultat tad-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Bjelorussi u bħala turija ta' solidarjetà u unità, l-Istati Membri tal-UE ftehmu li jsejħu lura l-ambaxxaturi kollha tagħhom għal konsultazzjonijiet fil-bliet kapitali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">E.   billi numru kbir ta' rappreżentanti tal-oppożizzjoni demokratika Bjelorussa u ta' attivisti tas-soċjetà ċivili, inklużi kandidati presidenzjali preċedenti, kif ukoll difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, għadhom il-ħabs għal raġunijiet politiċi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">F.   billi fl-24 ta' Frar 2012, l-imħallef distrettwali f'Vitsyebsk ta sentenza ta' sentejn u xahar f'istituzzjoni korrettiva b'sigurtà baxxa lill-attivist tal-oppożizzjoni Syarhey Kavalenka wara li dan kien akkużar bi ksur tar-regoli dwar il-"probation"; billi Kavalenka ġie arrestat fid-19 ta' Diċembru 2011 - fl-anniversarju tal-elezzjoni presidenzjali problematika;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">G.  billi l-awtoritajiet Bjelorussi qegħdin jiksru l-Artikolu 30 tal-kostituzzjoni Bjelorussa u qed jirrestrinġu d-dritt tal-moviment liberu taċ-ċittadini tagħhom;<span font-weight="bold"> </span>billi fl-1 ta' Marzu 2012, l-Uffiċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Bjelorussja ħabbar li l-Bjelorussi li appoġġaw is-sanzjonijiet barranin il-ġodda kontra l-Bjelorussja jistgħu jitwaqqfu milli jivvjaġġaw barra mill-pajjiż; billi tliet mexxejja u attivisti tal-oppożizzjoni - Anatol Lyabedzka, Alyaksandr Dabravolski u Viktar Karnyayenka - kif ukoll id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Valyantsin Stefanovich, ma tħallewx jaqsmu l-fruntiera bejn il-Bjelorussja u l-Litwanja bejn is-7 u l-11 ta' Marzu;   </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">H.  billi fil-11 ta' Marzu 2012, il-gvernijiet tal-Bjelorussja, il-Kazakistan u l-Federazzjoni Russa għamlu dikjarazzjoni konġunta li tikkritika l-intenzjoni tal-UE li timponi sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Bjelorussja li jistgħu jkunu ta' theddida għall-Unjoni tad-Dwana tat-tliet pajjiżi<span font-style="italic" font-weight="bold">;</span><span font-weight="bold">  </span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt">1.   Ikompli jikkundanna bil-qawwa s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li qed tiddeterjora, flimkien ma' nuqqas ta' riformi demokratiċi u ekonomiċi profondi fil-Bjelorussja, u se jkompli jopponi r-ripressjoni tal-opponenti tar-reġim f'Minsk;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">2.    Jitlob għal ħelsien immedjat u bla ebda kondizzjoni u r-riabilitazzjoni tal-priġunieri politiċi</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt">     kollha fil-Bjelorussja;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt">3.   Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni reċenti tal-awtoritajiet Bjelorussi li jkeċċu l-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE f'Minsk u lill-Ambaxxatur tal-Polonja fil-Bjelorussja, iqis li din hi azzjoni kontroproduttiva u sproporzjonata, li qed isservi biss biex tkompli żżid l-iżolament dejjem jikber tal-Bjelorussja; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt">4.  Iħeġġeġ lill-Bjelorussja biex tieħu passi biex turi r-rieda tajba tagħha u tippermetti r-ristabbiliment tar-relazzjonijiet diplomatiċi normali bejn il-Bjelorussja u l-UE u l-Istati Membri tagħha;<span font-weight="bold"> </span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt">5.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li jestendi l-lista ta' dawk responsabbli minn ksur serjutad-drittijiet tal-bniedem, ir-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika jew ta' dawk li jappoġġaw jew li jibbenefikaw mir-reġim Bjelorussu, sabiex jiġu suġġetti għal projbizzjoni tal-ivvjaġġar u iffriżar tal-assi;  </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21pt">6.  Jenfasizza li l-UE ma applikatx sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Bjelorussja u m'għandhiex l-għan li tkun ta' ħsara għaċ-ċittadini Bjelorussi;<span font-weight="bold"> </span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">7.   Jenfasizza li l-involviment mill-ġdid gradwali tal-UE mal-Bjelorussja u t-tiġdid tad-djalogu politiku ma’ Minsk għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Bjelorussja huwa possibbli jekk il-Bjelorussja turi r-rieda tagħha li tersaq lejn l-adozzjoni tal-istandards internazzjonali kollha tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet ċivili u l-istat tad-dritt; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">8.   Jerġa' jtenni l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex issaħħaħ l-impenn tagħha mas-soċjetà ċivili tal-Bjelorussja u biex tappoġġa l-aspirazzjonijiet demokratiċi taċ-ċittadini Bjelorussi; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">9.   Jinkuraġġixxi bil-qawwa l-attivitajiet demokratiċi tas-soċjetà ċivili Bjelorussa u tal-organizzazzjoni mhux governattivi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Bjelorussi jwieġbu b'mod kostruttiv għall-istedina għan-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"><span font-weight="bold">11.</span><span font-weight="bold"> </span>Jitlob lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant iħeġġu lill-Bjelorussja terġa’ lura għan-normal fir-relazzjonijiet politiċi mal-UE;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21pt">12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex igħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Assemblej Parlamentari tal-OKSE u tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-Parlament u lill-Gvern tal-Bjelorussja. </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>