<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>20.3.2012</Date><Ref>B7-0190/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo>
imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
</Title-NextTo><Title-Recueil>
imressqa skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar ir-rapport ta' progress tal-2011 dwar l-Montenegro
(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2890" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2890">2011/2890(RSP)</ANCHOR>)
<Author id="4521">Charles Tannock</Author>
</Blk-Author>
f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE486.732v01-00</Num-PE></Cover>
<Ref>B7‑0190/2012</Ref><Title-Section>
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport ta' progress tal-2011 dwar l-Montenegro (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2890" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2890">2011/2890(RSP)</ANCHOR>)
</Title-Section>
Il-Parlament Ewropew,
–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tad-29 ta' Marzu 2010 bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra<footnote>
ĠU L 108, 29.4.2010, p. 3.
</footnote>,
–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 u l-anness 'L-aġenda ta' Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea',
–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011 dwar il-progress li sar mill-Montenegro fil-proċess ta' adeżjoni<footnote>
Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (139/1/11) tad-9 Diċembru 2011.
</footnote>,
–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, tas-17 ta' Diċembru 2010, biex il-Montenegro jingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea<footnote>
Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (30/1/10) tas-16-17 ta' Diċembru 2010.
</footnote>,
–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ottubru 2011 dwar ir-Rapport dwar il-progress tal-2011 dwar il-Montenegro (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SEC-2011-1204" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SEC-2011-1204">SEC(2011)1204</ANCHOR>),
–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2011 bit-titolu ''Strateġija ta' Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2011-2012'' (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0666" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0666">COM(2011)0666</ANCHOR>),
–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tad-9 ta' Novembru 2010 dwar l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Montenegro biex jissieħeb fl-Unjoni Ewropea (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0670" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0670">COM(2010)0670</ANCHOR>),
–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tat-tielet laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni Unjoni Ewropea-Montenegro, tat-3 u l-4 ta' Ottubru 2011,
–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Istati Membri tal-UE biħsiebhom jiftħu n-negozjati ta' adeżjoni mal-Montenegro f'Ġunju 2012 u billi l-Kummissjoni ġiet mistiedna mill-Kunsill Ewropew tipproponi qafas għan-negozjati mal-Montenegro;
B.  billi l-Kunsill Ewropew inkariga lill-Kunsill jeżamina l-progress li għamel il-Montenegro abbażi tar-rapport tal-Kummissjoni;
C. billi fil-Montenegro l-kunsens politiku fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-UE għadu għoli u l-objettiv ta' progress lejn l-adeżjoni mal-UE u man-NATO huwa s-sinsla tal-politika barranija tiegħu; billi l-isforzi għal riformi jeħtieġu rieda politika b'saħħitha u impenn prijoritarju biex il-pajjiż jilqa' l-isfidi futuri fil-proċess ta' adeżjoni;
D. billi l-Montenegro kiseb progress sinifikanti bies jissodisfa s-seba' prijoritajiet fundamentali identifikati mill-Kummissjoni fl-2010, partikolarment it-titjib fil-ħidma tal-parlament u l-qafas elettorali, il-professjonalità tal-amministrazzjoni pubblika, l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra il-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-garanzija tal-libertà tal-mezzi ta' informazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili;
E.  billi l-Montenegro rreġistra rkurpu ekonomiku modest flimkien ma' inflazzjoni baxxa, fluss sinifikanti lejh ta' investimenti barranin diretti u tnaqqis ċkejken fir-rata tal-qgħad; billi l-Montenegro implimenta d-dispożizzjonijiet kummerċali tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-UE;
F.  billi l-Montenegro jeħtieġ ikompli b'mod effiċjenti sforzi ulterjuri għal riformi biex jimplimenta l-pjan ta' azzjoni tal-gvern fir-rigward tal-prijoritajiet fundamentali u jaċċelera l-irkupru mill-kriżi ekonomika filwaqt li jiżgura fl-istess waqt kontroll adegwat tan-nefqa pubblika u tad-dejn barrani, li skont id-data tal-2011 huwa ogħla minn dak tas-sena preċedenti; u billi l-Montenegro jeħtieġ li jżomm l-istabbiltà fiskali, pereżempju, kif ukoll isaħħaħ u jibni kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali meħtieġa biex jassumi l-obbligi ta' adeżjoni mal-UE fil-futur;
Osservazzjonijiet ġenerali
1.  Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li timmira għall-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Montenegro f'Ġunju 2012; jistieden lill-Istati Membri tal-UE ma jdewmux bla bżonn u bla raġuni t-tnedija tat-taħdidiet billi, sal-lum, il-Montenegro kiseb progress sinifikanti fis-sodisfazzjon tal-parametri ta' riferiment meħtieġa;
2.  Jenfasizza l-bżonn li jintbagħat sinjal pożittiv lill-Montenegro u lill-pajjiżi l-oħra li qed jistinkaw biex jissodisfaw il-kriterji ta' adeżjoni; jemmen bil-qawwa li l-pajjiżi kandidati u dawk potenzjalment kandidati għandhom jiġu valutati esklużivament fuq il-merti proprji tagħhom u l-progress biex jiġu sodisfatti dawn il-kriterji u li l-proċess ta' adeżjoni tagħhom bl-ebda mod ma għandu jkun marbut mal-progress f'pajjiżi ġirien jew kandidati oħrajn bil-għan li tinżamm il-kredibilità tal-proċess tat-tkabbir;
3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) taħdem tajjeb fil-Montenegro; jinkoraġġixxi kemm lill-gvern Montenegrin kif ukoll lill-Kummissjoni jissemplifikaw il-proċedura amministrattiva għall-finanzjament IPA, bil-għan li din issir aktar aċċessibbli għal organizzazzjonijiet iżgħar u mhux governattivi, għat-trade unions u għal benefiċjarji oħra;
4.  Ifaħħar lill-Montenegro talli laħaq livell għoli ta' konformità mal-kriterji ta' adeżjoni permezz tal-ksib ta' riżultati kumplessivament sodisfaċenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-prijoritajiet fundamentali;
5.  Jissottolinja n-neċessità u l-importanza tal-impenn lejn sforzi komprensivi u kwalitattivi għall-implimentazzjoni tar-riformi, b'enfasi partikolari fil-qasam tal-Istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza li l-objettiv l-aktar importanti għal tali sforzi huwa dak tal-miżuri għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata – dawn il-miżuri se jibqgħu essenzjali matul il-proċess ta' adeżjoni tal-Montenegro; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jkomplu jimplimentaw mingħajr skossi l-obbligi tagħhom fl-ambitu tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; huwa tal-opinjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE se jkunu fl-aħjar pożizzjoni biex jissorveljaw u jiffaċilitaw ir-riforma tal-ġudikatura ladarba jinfetaħ il-Kapitolu 23 tan-negozjati ta' adeżjoni;
6.  Jilqa' l-istrateġija l-ġdida għan-negozjati ta' adeżjoni tal-Kummissjoni li jinfetħu l-Kapitoli 23 u 24 fil-bidu tan-negozjati u jittama li dawn iż-żewġ kapitoli jinfetħu kemm jista' jkun malajr għall-aċċelerazzjoni ulterjuri tar-riformi tal-ġudikatura fil-Montenegro;
7.  Ifakkar li l-UE hija bbażata fuq il-valuri tat-tolleranza u tad-drittijiet ugwali għal kulħadd fis-soċjetà; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jkompli jmexxi djalogu kostruttiv bejn il-forzi politiċi bil-għan li jissalvagwadja l-koeżjoni tan-natura multietnika tal-pajjiż u sabiex jegħleb id-diviżjonijiet kulturali u nazzjonali li fadal kif ukoll jipprevjeni d-diskriminazzjoni;
Kriterji politiċi
8.  Jilqa' pożittivament l-azzjoni leġiżlattiva meħuda biex titjieb il-ħidma tal-parlament nazzjonali; jirrakkomanda, iżda, li għandhom jitwettqu sforzi ulterjuri biex il-proċess ta' regolamentazzjoni jsir aktar trasparenti, għandha tiżdied il-parteċipazzjoni pubblika fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni l-ġdida permezz ta' konsultazzjoni saħansitra eqreb mas-soċjetà ċivili, għandhom jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tal-parlament intiżi li jtejbu l-prestazzjoni parlamentari kemm fil-leġiferazzjoni kif ukoll fis-sorveljanza politika u fl-iskrutinju demokratiku tal-poter eżekuttiv kif anki għandu jsir użu aktar frekwenti u effiċjenti tal-istrument ta' smigħ konsultattiv u ta' kontroll u għandhom jiġu segwiti aktar sistematikament il-mistoqsijiet parlamentari u t-talbiet indirizzati lill-gvern; aktar speċifikament, jirrakkomanda li jiżdiedu l-funzjonijiet u s-setgħat tal-kumitat rilevanti sabiex il-parlament jeżerċita sorveljanza adegwata u effikaċi tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea;
9.  Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-emendi tal-liġi dwar l-elezzjoni tal-kunsillieri muniċipali u tad-deputati tal-parlament, bħala waħda mill-kundizzjonijiet li fadal mis-seba' prijoritajiet fundamentali; jistieden lill-awtoritajiet tal-Montenegro, madankollu, jintegraw tali riżultati leġiżlattivi b'azzjonijiet ġodda maħsuba biex isaħħu l-ugwaljanza bejn is-sessi billi din, fil-prattika, għadha mhijiex garantita;
10. Jenfasizza l-problema kontinwa tar-rappreżentanza insuffiċjenti tan-nisa fil-parlament, f'karigi governattivi għoljin u f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u privat; għalhekk jilqa' favorevolment id-dispożizzjonijiet il-ġodda li jippreskrivu li 30 % tal-kandidati fuq il-lista tal-kandidati jkunu nisa, iżda jinsab imħasseb f'dan ir-rigward li l-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex żgurata b'din il-prattika; jinsab imħasseb ukoll dwar il-ksur mifrux tad-drittijiet għall-impjieg tan-nisa, inkluż id-dritt ta' paga ugwali; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Montenegrini jħaffu fil-ħidma ta' integrazzjoni tal-politiki ta' ugwaljanza tal-ġeneru u jintroduċu l-prinċipju ta' paga ugwali;
11. Ifaħħar l-adozzjoni tal-emendi tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni, li twaqqaf kontroversja politika twila dwar l-istatus tal-lingwa Serba fis-sistema edukattiva tal-Montenegro; huwa tal-fehma li dan il-kompromess pożittiv jenfasizza l-kunsens wiesa' tal-forzi politiċi kollha dwar in-natura ta' koeżjoni iżda wkoll multietnika u multikonfessjonali tal-pajjiż;
12. Iqis l-istrateġija l-ġdida tar-riforma tal-amministazzjoni pubblika għall-2011-2013 bħala pass pożittiv intiż biex tintroduċi standards Ewropej fir-rigward tar-reklutaġġ u l-promozzjoni u l-miżuri biex tiżdied l-effiċjenza tal-amministrazzjoni tal-Istat; iħeġġeġ lill-Gvern Montenegrin jittratta l-aspetti ewlenin tas-sistema amministrattiva fis-seħħ li jirreġistraw rendiment skars fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-organizzazzjoni tal-ħidma tal-gvern, inkluża s-sistema ta' delega u deċentrament tal-poter, bil-għan li jinħoloq servizz pubbliku depolitiċizzat u professjonali li jaġixxi b'mod effikaċi u imparzjali; jistieden lill-awtoritajiet jagħtu prijorità lil governanza tajba, jikkontribwixxu għall-evoluzzjoni gradwali tal-kultura ġuridikoamministrattiva u tittratta l-problema tal-istrutturi amministrattivi li huma mgħobbijin u sfruttati wisq;
13. Josserva l-progress fir-riforma tal-ġudikatura, inklużi t-tnaqqis tal-għadd ta' kawżi pendenti quddiem il-qrati, l-adozzjoni ta' miżuri intiżi li jsaħħu l-indipendenza, ir-responsabilità, l-imparzjalità u l-effiċjenza tal-imħallfin u tal-prosekuturi, li hija waħda mill-prijoritajiet fundamentali, u l-applikazzjoni aktar sistematika min-naħa tal-Kunsill tal-Ġudikatura tal-proċedimenti dixxiplinari kontra mħallfin u prosekuturi ssuspettati; jistieden lill-Parlament Montenegrin jadotta dispożizzjonijiet kostituzzjonali intiżi biex jirrinfurzaw l-indipendenza ġuridika u r-responsabilità tal-ġudikatura, isaħħu l-indipendenza ġuridika u l-awtonomija professjonali tal-Kunsill tal-Ġudikatura u tal-Prosekuturi; jenfasizza l-bżonn ta' monitoraġġ aktar effiċjenti tal-korruzzjoni u tar-regoli dwar il-kunflitt ta' interess; jappella għar-razzjonalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja intiża biex iżżid l-effiċjenza ġudizzjarja billi l-Montenegro għadu wieħed mill-pajjiżi bl-ogħla numru per capita ta' qrati tal-ewwel livell, maġistrati, prosekuturi u persunal amministrattiv fl-Ewropa;
14. Jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jikkonċentraw fuq l-għażla tal-imħallfin u tal-prosekuturi, l-indipendenza finanzjarja tagħhom u l-implimentazzjoni rigoruża tal-provvedimenti dixxiplinari fil-konfront tal-imħallfin u tal-prosekuturi f'każ ta' irregolaritajiet; jistieden ukoll lill-awtoritajiet iżidu t-trasparenza tal-ġudikatura; itenni t-talba tiegħu li jkunu ggarantiti l-prevedibilità tas-sistema ġudizzjarja u l-fiduċja taċ-ċittadini; jitlob li l-baġit għas-sistema ġudizzjarja jkun allokat finanzjamenti adegwati għall-infrastrutturi, it-tagħmir u t-taħriġ sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-ġudikatura; iqis li huwa importanti li jiġu stabbiliti kriterji komuni għat-taħriġ ġudizzjarju li jkunu applikati miċ-Ċentru għat-Taħriġ Ġudizzjarju;
15. Jilqa' pożittivament aktar progress sodisfaċenti fl-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni, partikolarment il-liġi l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku, il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-emendi għal-liġi dwar il-kunflitt ta' interess; josserva, iżda, li l-liġi l-ġdida dwar l-akkwist pubbliku tista' tkun aktar restrittiva mil-leġiżlazzjoni preċedenti u għaldaqstant tista' tiskoraġġixxi r-rappurtar tal-korruzzjoni; jinsab imħasseb dwar ir-rwol b'saħħtu tar-rappreżentanti tal-partiti politiċi fil-Kummissjoni għall-prevenzjoni ta' kunflitt ta' interess, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta' emendi ġodda għal-liġi dwar il-kunflitt ta' interess; huwa tal-fehma li l-abbozz ta' liġi attwali dwar l-aċċess liberu għall-informazzjoni jista' jillimita l-aċċess għall-informazzjoni u, b'hekk, jista' jnaqqas il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-mezzi ta' informazzjoni li jikxfu każijiet ta' korruzzjoni; josserva li l-korruzzjoni għadha tipprevali f'ħafna setturi, tibqa' titqies bħala problema ta' tħassib partikolari u tista' wkoll tikkawża spejjeż konsiderevoli għall-finanzi pubbliċi;
16. Jinkoraġġixxi lill-gvern jimplimenta b'mod koerenti l-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni kif anki l-liġijiet dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji elettorali; jistieden lill-aġenziji inkarigati mill-infurzar tal-liġi jsegwu, b'mod komprensiv, sforzi kontra l-korruzzjoni u aktar każijiet ta' korruzzjoni li jwasslu għal kundanni, fosthom każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jddaħħlu aktar mekkaniżmi preċiżi għall-implimentazzjoni korretta u l-monitoraġġ tal-inizjattivi u tal-proġetti kontra l-korruzzjoni kif ukoll jissaħħu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-iskambju ta' informazzjoni, partikolarment bejn il-pulizija u l-prosekuturi; jinkoraġġixxi lill-Parlament Montenegrin isaħħaħ il-kontroll tal-awtoritajiet kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jitfgħu aktar dawl fuq l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, speċjalment dwar il-każijiet ta' privatizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt u r-riżultati miksubin permezz tal-allokazzjoni tal-fondi tal-UE fir-riforma tal-ġudikatura u fit-taqbida kontra l-korruzzjoni;
17. Jenfasizza l-bżonn ta' intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, partikolarment fir-rigward tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi u investigattivi tal-pulizija u tal-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni bil-għan li titjieb il-effikaċja ta' dawn il-korpi; iqis importanti l-intensifikazzjoni tal-isforzi għall-ipproċessar effiċjenti tal-intelligence kriminali u l-estensjoni ulterjuri tal-kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, speċjalment il-ħasil ta' flus u l-kuntrabandu;
18. Filwaqt li jirrikonoxxi l-progress leġiżlattiv li sar biex tiġi garantita l-libertà ta' espressjoni fil-mezzi ta' informazzjoni, għadu josserva allegazzjonijiet ta' każijiet ta' intimidazzjoni u vjolenza fiżika kontra ġurnalisti u limitazzjoni rrapportata tal-libertà tal-mezzi ta' informazzjoni; jinsab imħassab dwar il-każijiet pendenti ta' malafama u ta' libell fil-qorti kontra l-mezzi ta' informazzjoni u l-ġurnalisti;
19. jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jinvestigaw fid-dettall każijiet ta' vjolenza fiżika u intimidazzjoni kontra ġurnalisti u juru l-impenn tagħhom favur mezzi ta' informazzjoni ħielsa mill-indħil politiku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jinvestigaw bis-serjetà u jipproċessaw il-każijiet ta' omiċidju u attakki kontra l-ġurnalisti, kif ukoll il-ħruq ta' vetturi ta' proprjetà tal-gazzetta Vijesti, u jipproċessaw lil dawk responsabbli mill-attakk fuq it-tim televiżiv ta' Vijesti f'Novembru 2011 f'Humci, viċin Nikšić; jistieden lill-awtoritajiet jiggarantixxu l-indipendenza tal-korpi regolatorji u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-korp ta' awtoregolamentazzjoni tal-mezzi ta' informazzjoni l-kundizzjonijiet biex jibda l-operat tiegħu abbażi tal-aħjar standards Ewropej; jistieden lill-Gvern Montenegrin jipproponi emenda tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-libertà ta' informazzjoni b'tali mod li ma tkunx tirrestrinġi l-aċċess għall-informazzjoni u tillimita t-trasparenza; jistieden lill-ġurnalisti jikkonformaw mad-deontoloġija u l-istandards dwar ir-rispett tal-privatezza u d-dinjità tal-mezzi ta' informazzjoni;
20. Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li għamel il-gvern biex itejjeb il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u jappella għal konsultazzjonijiet kontinwi mas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki u fir-regolamentazzjoni; iqis bħala pass pożittiv l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-Istat ħatru persuna ta' kuntatt mal-NGOs u li bosta minn dawn l-istituzzjonijiet iffissaw il-kriterji u l-proċedura għall-għażla tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għall-gruppi ta' ħidma rilevanti stabbiliti mill-gvern; jenfasizza madankollu, l-importanza li jissaħħaħ ukoll id-djalogu mat-trade unions kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw l-aktar gruppi vulnerabbli jew jittrattaw kwistjonijiet dwar l-ugwaljanza tal-ġeneru;
21. Jilqa' pożittivament is-sitwazzjoni ġeneralment tajba rigward ir-relazzjonijiet interetniċi, inkluża l-ġestjoni ta' kwistjonijiet sensittivi bħall-etniċità u l-lingwa fiċ-ċensiment tal-popolazzjoni; josserva b'sodisfazzjon li l-qafas leġiżlattiv dwar il-politiki kontra d-diskriminazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi huwa, fil-biċċa l-kbira tiegħu, stabbilit, inkluż il-Konsulent tal-Prim Ministru għad-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien mid-diskriminazzjoni; jisħaq fuq il-fatt li għadhom jinħtieġu sforzi ulterjuri għall-implimentazzjoni tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jieħdu aktar miżuri biex jiggarantixxu rappreżentanza aħjar tal-minoranzi fl-istituzzjonijiet pubbliċi fil-livell nazzjonali u dak lokali billi l-persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi għadhom mhux rappreżentati biżżejjed fl-istituzzjonijiet pubbliċi; jistieden lill-awtoritajiet jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni tal-komunitajiet Rom, Ashkali u Eġizzjani u jtejbu l-kundizzjonijiet ta' ħajja tagħhom, l-aċċess għas-sigurtà soċjali, is-saħħa, l-edukazzjoni, id-djar u s-servizzi ta' impjieg; barra minn hekk iħeġġeġ lill-gvern u lill-awtoritajiet lokali jissottoskrivu għall-Qafas Ewropew għall-istrateġiji nazzjonali għall-inklużjoni tar-Rom billi jniedu u jressqu strateġija nazzjonali għall-inklużjoni fuq 10 snin wara l-iskadenza tal-istrateġija 2008-2012 attwali għat-titjib fl-istatus tal-popolazzjonijiet Rom, Ashkali u Eġizzjani;
22. Jilqa' pożittivament l-adozzjoni reċenti tal-Liġi kontra d-diskriminazzjoni li ssemmi espliċitament l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru, u jappella għall-implimentazzjoni korretta tal-qafas leġiżlattiv eżistenti kontra d-diskriminazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jsaħħu l-miżuri intiżi li jimplimentaw il-qafas ġuridiku u istituzzjonali tal-pajjiżi fil-qasam tad-drittijiet LGBT; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jieħu miżuri mmirati li jżommu lura minn kull intimidazzjoni fil-konfront ta' organizzazzjonijiet u persuni LGBT u jagħmlu kull ma jistgħu biex jipprevjenu attakki kontra l-komunità LGBT;
23. Jissottolinja li l-Montenegro rratifika it-tmien konvenzjonijiet fundamentali dwar id-drittijiet tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-Karta Soċjali Ewropea; jenfasizza li għalkemm id-drittijiet bażiċi tax-xogħol u t-trejdjunjins huma previsti fil-Kodiċi tax-Xogħol, xorta għad jissussistu xi restrizzjonijiet; iħeġġeġ lill-Montenegro jkompli jsaħħaħ id-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions; jindika r-rwol importanti tad-djalogu soċjali u jinkoraġġixxi lill-Gvern Montenegrin jintensifika l-ambizzjoni tiegħu fil-Kunsill Soċjali u jkompli jsaħħu; jenfasizza l-importanza li jitjiebu t-trasparenza u l-effikaċja tal-Kunsill Soċjali;
24. Jenfasizza li l-partiti politiċi kollha, indipendentement mill-komunità li jirrappreżentaw, għandhom jistinkaw biex iżommu klima politika kostruttiva u matura u jastjenu milli jieħdu istruzzjonijiet politiċi minn pajjiżi terzi;
25. Jinkoraġġixxi lill-Montenegro jsaħħaħ il-qafas leġiżlattiv li jirregola d-drittijiet tal-persuni b'diżabilitajiet u jtejjeb l-aċċess tagħhom għall-impjieg, inkluż fl-istituzzjonijiet pubbliċi; jistieden lill-awtoritajiet jadattaw l-postijiet pubbliċi għall-eżiġenzi tagħhom u jkomplu jorganizzaw kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jittrattaw l-inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabilitajiet;
26. Huwa u josserva li fil-Montenegro attwalment jinsabu madwar 15 000 rifuġjat, persuni spustati internament u spustati li joriġinaw mill-Kroazja, mill-Bosnja-Ħerzegovina u mill-Kosovo, jistieden lill-Gvern Montenegrin isib soluzzjoni dejjiema u sostenibbli għall-problema billi jimplimenta l-istrateġija rilevanti tiegħu u jwettaq sforzi ulterjuri biex jagħti status ġuridiku għall-persuni spustati; iqis bħala importanti r-rimpatriju tagħhom kif ukoll il-bżonn li jitneħħew l-ostakli li fadal bejn il-pajjiżi tar-reġjun u jiġi faċilitat ir-ritorn; f'dan ir-rigward, josserva b'sodisfazzjon ir-rwol proattiv tal-Montenegro fil-programm reġjonali "Inizjattiva ta' Belgrad" u l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għal soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni ta' persuni spustati u spustati internament fil-Montenegro;
Kriterji ekonomiċi
27. Ifaħħar lill-Montenegro għax żamm l-istabbiltà makroekonomika tiegħu, iżda josserva wkoll il-previżjoni ta' tnaqqis tar-ritmu tat-tkabbir ekonomiku u r-rata kontinwament għolja ta' qgħad; jinkoraġġixxi lill-gvern jaċċelera l-irkupru mir-reċessjoni ekonomika gravi tal-2009 filwaqt li jżomm l-istabbiltà fiskali bit-tfittxija ta' aktar politiki fiskali prudenti u t-tnaqqis tad-dejn pubbliku biex jinħoloq progress ekonomiku sod bil-għan li jitjieb il-livell ta' għajxien;
28. Jilqa' pożittivament l-adozzjoni ta' riformi strutturali importanti bħal dawk marbuta mas-sistema pubblika tal-pensjonijiet, ir-razzjonalizzazzjoni tal-impjieg pubbliku u skema ġdida ta' finanzjament għall-gvernijiet lokali; jinkoraġġixxi lill-Montenegro jissokta bir-riformi strutturali, partikolarment it-tisħiħ tal-Istat tad-dritt, l-infrastruttura fiżika u r-riżorsi umani u jsegwi miżuri ulterjuri biex jitneħħew l-ostakli fin-negozju u jittejjeb il-kuntest tan-negozju kif ukoll tiżdied il-flessibilità tas-suq tax-xogħol u tingħata spinta lill-kompetittività tal-esportazzjonijiet; jibqa' jkun imħasseb bil-livell sinifikanti ta' impjieg informali u bil-kobor tal-ekonomija informali, li joħloq sfidi notevoli għall-ekonomija u s-soċjetà Montenegrina;
29. Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-istrateġija ta' żvilupp għal impriżi żgħar u medji għall-2011-2015 u l-Istrateġija għall-promozzjoni tal-kompetittività fuq livell mikro għall-2011-2015; jinkoraġġixxi lill-gvern itejjeb il-koordinament ta' diversi istituzzjonijiet li jaħdmu fil-qasam, jiġbor data aħjar dwar l-SMEs u jsaħħaħ is-sistema ta' reġistrazzjoni uniformi ta' impriżi sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi ta' dawn l-istrateġiji;
Kapaċità li jassumi l-obbligi li jirriżultaw mill-adeżjoni
30. Jistieden lill-gvern Montenegrin isaħħaħ sostanzjalment il-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi kif ukoll il-kooperazzjoni relatata mal-adeżjoni u l-koordinament bejn l-istituzzjonijiet statali rilevanti; jistieden lill-awtoritajiet, f'dan ir-rigward, jirrinforzaw il-kapaċità amministrattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea u jsaħħu l-kapaċitajiet tal-ministeri li jittrattaw oqsma ewlenin tal-acquis; jistieden lill-awtoritajiet jaffrontaw il-frammentazzjoni tas-sistema amministrattiva u l-kompetenzi sovrapposti kif ukoll jiżviluppaw il-kapaċitajiet tat-tfassil tal-politiki fil-ministeri kompetenti bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar jissaħħaħ l-Istat tad-dritt;
31. Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-pjan governattiv li jispjega l-politika enerġetika tal-Montenegro sal-2030 u josserva li r-riforma tas-settur enerġetiku tirrappreżenta sfida partikolarment vitali quddiem il-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jaċċeleraw il-progress fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll iwettqu sforzi ulterjuri favur il-ħolqien ta' kuntest ta' regolamentazzjoni li jkun irawwen użu dejjem akbar tas-sorsi enerġetiċi rinnovabbli fis-setturi kollha, kif meħtieġ mill-acquis rilevanti tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli;
32. Jistieden lill-Montenegro jikseb progress fl-allinjament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-acquis fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni ambjentali, l-aċċess għall-ġustizzja, ir-responsabilità ambjentali u provvedimenti strateġiċi fil-qasam tal-valutazzjoni ambjentali dwar aspetti transkonfinali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jintegraw b'mod aktar sistematiku l-kwistjonijiet marbuta mal-ambjent u tat-tibdil fil-klima fil-politiki settorjali l-oħrajn; iqis li huwa partikolarment importanti li jiġu ttrattati l-problemi tal-iskart solidu, l-ilma mormi u s-sistema ta' ġestjoni tal-iskart skarsament regolamentata kif ukoll li jiġu introdotti penali aktar stretti għal dawk kollha li jiksru r-regolamentazzjonijiet applikabbli u li tiġi stabbilita sistema effiċjenti ta' monitoraġġ tal-ispezzjonijiet; itenni f'termini ġenerali, barra minn hekk, il-bżonn li tissolva d-diviżjoni mhux ċara tar-responsabilitajiet bejn l-awtoritajiet u n-nuqqas ta' koerenza fl-azzjonijiet tagħhom billi dan qiegħed ixekkel serjament il-progress fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent;
33. Ifakkar li 'l fuq minn 25 % tal-bijodiversità tal-Ewropa tinsab fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent; ifakkar ukoll li l-ħafna xmajjar u lagi żgħar u kbar – l-akbar fosthom ix-xmara Morača u l-lag Skadar – jilqgħu fihom ħafna speċijiet rari; jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jikkunsidraw mill-ġdid il-pjanijiet li jibnu impjanti idroelettriċi fuq skala kbira u li jserrħu prinċipalment fuq enerġija fornuta minn tali sorsi; Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi abbozzata strateġija għall-enerġija nazzjonali, li tikkunsidra d-diversi sorsi ta' enerġija rinnovabbli differenti inkluż l-enerġija idroelettrika fuq skala żgħira; ifakkar il-ħtieġa li jiġi rrispettat il-wirt naturali minqux fil-kostituzzjoni, li jirreferi għall-Montenegro bħala stat ekoloġiku u l-fatt li l-wirt naturali u t-turiżmu huma żewġ pilastri importanti tal-ekonomija tal-Montenegro; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jwettqu dejjem valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u soċjali qabel kull deċiżjoni dwar il-kostruzzjoni ta' impjanti ġodda, skont l-istandards tal-UE u dawk internazzjonali bħall-konvenzjonijiet ta' Aarhus u ta' Espoo; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Montenegrini jkomplu jimpenjaw ruħhom favur il-proċessi ta' konsultazzjoni pubblika estensivi u trasparenti bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti fir-rigward tal-ippjanar ta' proġetti futuri għal impjanti idroelettriċi u sabiex jagħmlu pubbliċi d-deċiżjonijiet rilevanti, l-opinjonijiet tal-esperti u d-dokumentazzjoni l-oħra;
34. Ifaħħar lill-Montenegro għax sar destinazzjoni dinjija tat-turiżmu b'potenzjal kbir għal aktar żvilupp; josserva, madankollu, ir-riskji potenzjali għall-ambjent li jinbtu mit-turiżmu u jistieden lill-gvern jintervjeni aktar biex iħares in-natura, anki mal-kosta tal-Baħar Adrijatiku;
35. Jistieden lill-Gvern Montenegrin jaċċelera l-progress fir-rigward tal-istabbiliment tal-istrutturi meħtieġa għall-ġestjoni tal-Politika Agrikola Komuni, bħall-aġenzija tal-pagamenti u sistema amministrattiva u ta' kontroll integrata; jappella biex isir progress fil-qasam tal-agrikoltura u l-politika ta' żvilupp rurali, inkluż billi jitwettqu sforzi għall-iżvilupp tal-politiki u l-użu tal-assistenza finanzjarja għad-dispożizzjoni;
36. Ifaħħar lill-Montenegro talli ssieħeb mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ waqt il-Konferenza Ministerjali tagħha, fis-17 ta' Diċembru 2011; huwa tal-fehma li s-sħubija fid-WTO se tipprovdi kuntest aktar trasparenti, prevedibbli u attraenti għall-kummerċ u l-investimenti barranin;
37. Jistieden lill-awtoritajiet Montenegrini jimplimentaw il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-indipendenza tal-bank ċentrali, il-finanzjamenti monetarji, l-aċċess privileġġjat għall-istituzzjonijiet finanzjarji tas-settur pubbliku u l-protezzjoni tal-euro; josserva li l-implikazzjonijiet għas-sistema monetarja tal-Montenegro se jkollhom jiġu definiti fid-dettall u ttrattati fin-negozjati ta' adeżjoni futuri;
38. Ifaħħar lill-Montenegro għall-implimentazzjoni; li s'issa imxiet bla skossi, tar-reġim mingħajr viżi maż-żona Schengen, li daħal fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2009; iħeġġeġ lill-awtoritajiet, madankollu, isaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea kif ukoll in-netwerk diplomatiku u konsolari tiegħu, billi jinħoloq, pereżempju, kollegament online bejn s-sistema nazzjonali tal-viżi tal-Ministeru u l-missjonijiet diplomatiċi u konsolari u permezz tal-introduzzjoni ta' viża adeżiva b'karatteristiċi ta' sigurtà;
Kooperazzjoni reġjonali
39. Ifaħħar lill-Montenegro għall-impenn u r-rwol kostruttiv tiegħu biex jikkontribwixxi għall-istabbiltà reġjonali u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' bonviċinat mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent l-oħrajn; josserva b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni proattiva tal-Montenegro f'diversi inizjattivi reġjonali fl-Ewropa tax-Xlokk; jenfasizza b'mod partikolari d-dedikazzjoni tal-Montenegro għall-iffirmar tal-ftehimiet dwar l-estradizzjoni mal-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja, permezz tal-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni mas-servizzi ta' intelligence finanzjarja tal-pajjiżi l-oħra u billi ngħaqad, fis-7 ta' Novembru 2011, mad-dikjarazzjoni tal-ministeri tal-affarijiet barranin tas-Serbja, il-Montenegro, il-Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina intiża li ssib soluzzjonijiet għall-kwistjoni tar-rifuġjati fir-reġjun;
40. Jilqa' pożittivament l-impenn li wrew il-Montenegro u s-Serbja biex ipoġġu r-relazzjonijiet bilaterali fuq bażi aktar soda; jinkoraġġixxi lill-mexxejja politiċi u reliġjużi fiż-żewġ pajjiżi jkompli jtejbu l-klima ta' djalogu interetniku u interkonfessjonali bil-għan li jintlaħaq ftehim li jirregola l-pożizzjoni tal-Knisja Ortodossa Serba fil-Montenegro; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod attenta, b'mod parallel man-negozjati ta' adeżjoni, għar-relazzjonijiet bejn il-Knisja Ortodossa Montenegrina u l-Knisja Ortodossa Serba, billi relazzjonijiet mtejba bejn iż-żewġ knejjes u l-komunitajiet attivi fil-pajjiż jolqtu b'mod pożittiv il-klima politiku fil-Montenegro;
41. Josserva b'sodisfazzjon r-relazzjonijiet ta' bonviċinat bejn il-Montenegro u l-Kroazja; jilqa' favorevolment il-ftehim dwar il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji Montenegrina u Kroata inkarigati mill-infurzar tal-liġi li jipprovdi qafas għal attivitajiet konġunti f'oqsma differenti tal-ħidma tal-pulizija bħall-prevenzjoni tal-kriminalità, l-għassa mal-fruntieri u l-ġlieda kontra forom kumplessi tal-kriminalità organizzata reġjonali u internazzjonali; jilqa' t-twaqqif ta' kummissjoni konġunta bejn il-Montenegro u l-Kroazja u jinnota b'sodisfazzjon li ż-żewġ partijiet qablu li jirrispettaw id-deċiżjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar il-kwistjoni li għadha mhux solvuta tal-proprjetà tat-territorju tal-peniżola ta' Prevlaka;
42. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvern u lill-parlament tal-Montenegro.
</Motion>