<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>17.4.2012</Date><Ref>B7-0201/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni f’Mali</p>
</Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2603" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2603">2012/2603(RSP)</ANCHOR>)</p>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96750">François Alfonsi</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author>, <Author id="96737">Nicole Kiil-Nielsen</Author>, <Author id="28409">Raül Romeva i Rueda</Author>, <Author id="96732">Malika Benarab-Attou</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE486.755v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0201/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni f’Mali</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2603" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2603">2012/2603(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE dwar il-kolp ta’ stat militari f’Mali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-dipartiment tal-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prevenzjoni ta’ kriżi umanitarja f’Mali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar kolp ta’ stat militari,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-ftehim ta’ Alġeri tal-2006 dwar l-iżvilupp u l-paċi fit-Tramuntana ta’ Mali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-ftehim qafas iffirmat fis-6 ta’ April 2012 bejn il-ġunta u l-ECOWAS,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-Moviment Nazzjonali tat-Tuareg għal-Liberazzjoni ta’ Ażawad iddikjara l-kontroll tat-tliet reġjuni tat-Tramuntana ta’ Mali – Gao, Kidal u Timbuktu bl-objettiv li jifforma stat ġdid;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi grupp Iżlamiku bl-isem ta’ Ansar Dine, li għandu rabtiet mill-qrib mal-Al Qaeda fil-Magreb Iżlamiku (AQIM), iddikjara li għandu kontroll fuq Timbuktu u qed jipprova jimponi l-liġi tax-Xarija f’Mali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi jfakkar li fil-passat ġew iffirmati bosta ftehimiet ta’ paċi bejn il-gvern ta’ Mali u l-Moviment tat-Tuareg għal-Liberazzjoni, li ffokaw fuq l-iżvilupp ekonomiku tat-Tramuntana, id-deċentralizzazzjoni u l-integrazzjoni tat-Tuareg fi strutturi ċivili u militari; billi minkejja serje ta’ inizjattivi ta’ paċi, it-tensjonijiet bejn il-gvern ċentrali u l-Moviment Nazzjonali tat-Tuareg għal-Liberazzjoni ta’ Ażawad baqgħu jippersistu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi jfakkar li grupp ta’ suldati ħabbru kolp ta’ stat fit-22 ta’ Marzu 2012, u waqqgħu lil Amadou Toumai Toure, il-president li kien elett demokratikament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi kien miftiehem ritorn għall-ordni kostituzzjonali, innegozjat mill-ECOWAS, u b’konformità mal-kostituzzjoni tal-pajjiż l-ispeaker tal-assemblea nazzjonali ngħata l-ġurament tal-ħatra bħala aġent president;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi s-sitwazzjoni umanitarja fiż-żona kkontrollata mir-ribelli ilha tiddeterjora, minħabba li kien hemm serq, ħtif u kaos li ġiegħlu l-popolazzjoni taħrab mir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-kombinazzjoni ta’ nixfa, faqar, prezzijiet għoljin tal-qamħ, degradazzjoni ambjentali u s-sottożvilupp kroniku qed taffettwa lill-Burkina Faso, Mali, il-Mawritanja, in-Niġer, is-Senegal, iċ-Ċad, it-Tramuntana tal-Kamerun u n-Niġerja u skont aġenziji tan-NU iktar minn 10 miljun persuna qed jissieltu biex ikollhom biżżejjed x’jieklu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi s-serje ta’ ħtif li ħadu r-responsabilità għalihom grupp terrorist b’rabta mal-Al Qaeda fil-Magreb Iżlamiku (AQIM) għadhom għaddejjin, u fil-15 ta’ April missjonarju Nisrani mill-Iżvizzera nħataf minn grupp f’Timbuktu, li diġà qed iżomm 13-il ostaġġ mill-Punent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-proliferazzjoni tal-armi li qed jemanaw mil-Libja, it-traffikar tad-drogi, il-livell għoli ta' qgħad u faqar jikkontribwixxu għad-destabilizzazzjoni tar-reġjun b’mod ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi s-sitwazzjoni tal-Libja wasslet għal fluss bla kontroll ta’ arsenal ta’ armi kbar mil-Libja lejn il-pajjiżi ġirien u r-ritorn ta’ merċenarji mgħammra sew f’Mali, u dan għandu konsegwenzi negattivi fuq is-sigurtà u l-istabilità tal-pajjiżi kollha tas-Sahel u tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi l-qawmien ta’ Iżlam politiku fl-Afrika tal-Punent bħall-“Bako Haram” għandu jiġi bbilancat billi jiġu indirizzati l-kawżi strutturali tal-faqar kemm f’Mali kif ukoll fl-Afrika tal-Punent, li huma l-iżvilupp ekonomiku u soċjali kif ukoll id-distribuzzjoni tal-ġid;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi l-kawżi ta’ dawn il-konflitti ġeneralment huma nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tal-bniedem, in-nuqqas tal-istat tad-dritt, it-tensjonijiet etniċi u reliġjużi, il-kriminalità organizzata, l-inġustizzji, l-inugwaljanzi u n-nuqqas ta’ żvilupp ekonomiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi d-drittijiet tal-bniedem huma indiviżibbli u r-rispett tad-drittijiet ċiviċi kif ukoll tad-drittijiet soċjoekonomiċi huma vitali għall-iżvilupp sostenibbli u l-paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jilqa’ l-azzjoni deċiżiva tal-ECOWAS, li wasslet biex terġa’ tiġi stabbilita l-ordni kostituzzjonali f’Mali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jistieden lill-awtoritajiet ta’ Mali u lill-Moviment tat-Tuareg għal-Liberazzjoni sabiex jilħqu soluzzjoni paċifika u fit-tul permezz ta’ djalogu kostruttiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Huwa tal-fehma li soluzzjoni paċifika għall-konflitt ta’ Mali tirrikjedi l-indirizzar tal-kawża prinċipali tal-konflitt, u dan jimplika aċċess ġust għar-riżorsi, l-iżgurar ta’ żvilupp sostenibbli u ekwu tar-reġjuni u d-distribuzzjoni mill-ġdid tal-ġid, filwaqt li jiġu garantiti d-drittijiet tal-bniedem bażiċi inklużi d-drittijiet tal-minoranzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jitlob il-ftuħ ta’ kuritur umanitarju bħala għajnuna għal għexieren ta’ eluf ta’ persuni spustati minħabba l-ġlied f’Mali, li ħafna minnhom fittxew rifuġju f’pajjiżi ġirien bħan-Niġer, il-Mawritanja u l-Burkina Faso, u jitlob ukoll reazzjoni komprensiva u rapida għall-kriżi umanitarja ta’ Sahel b’mod ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lill-gvernijiet tal-Afrika tal-Punent jiġġieldu l-proliferazzjoni tal-armi u t-traffikar tad-drogi billi jpoġġu l-iżvilupp ibbilanċat u sostenibbli fil-qalba tal-politika għall-iżvilupp tagħhom biex jipprovdu servizzi pubbliċi lill-popolazzjoni b’mod ġenerali u impjiegi għaż-żgħażagħ b’mod partikolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jitlob lill-awtoritajiet ta’ Mali, lill-gvernijiet tal-Afrika tal-Punent u lill-Moviment Nazzjonali tat-Tuareg għal-Liberazzjoni ta’ Azwad, jagħmlu l-almu tagħhom għar-rilaxx tal-ostaġġi kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Huwa konvint li soluzzjoni dejjiema fir-reġjun għandu jkollha l-għan li ssaħħaħ l-istituzzjonijiet statali u l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u li twitti t-triq għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u ekwu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu inizjattiva flimkien mal-ECOWAS biex jiġi ffaċilitat id-djalogu għall-paċi fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE, lill-Kummissjoni, u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lill-Unjoni Afrikana, u lill-ECOWAS.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>