<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>17.4.2012</Date><Ref>B7-0202/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni f'Burma</p>
</Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2604" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2604">2012/2604(RSP)</ANCHOR>)</p>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="22097">Véronique De Keyser</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="4429">Robert Goebbels</Author>, <Author id="29579">Marc Tarabella</Author>, <Author id="97228">Pino Arlacchi</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE486.756v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0202/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni f'Burma</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2604" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2604">2012/2604(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra s-sett ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni Ewropea kif stipulati fil-Pożizzjoni Komuni tal-PESK (2010/232/PESK) u l-aktar riċentement emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1083/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' April 2011 dwar is-sospensjoni tal-laqgħat ta' livell għoli kif ukoll dwar il-projbizzjoni ta' viżi għall-membri ċivili tal-gvern (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/239/PESK),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-2 ta' April 2012 dwar l-elezzjonijiet f'Burma/il-Mjanmar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012 dwar it-triq tar-riformi fil-Mjanmar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE dwar Burma/il-Mjanmar tat-23 ta' Jannar 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli, b'mod partikolari d-Dikjarazzjonijiet tat-13 ta' Novembru 2010 dwar il-ħelsien ta' Aung San Suu Kyi, tat-13 ta' Jannar 2011 u tat-12 ta' Ottubru 2011 dwar il-ħelsien tal-priġunieri politiċi, u tat-2 ta' April 2012 dwar it-twettiq tal-by-elections,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit tal-ASEAN tat-3 ta' April 2012 dwar l-eżitu tal-by-elections tal-1 ta' April 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Burma, Tomás Ojea Quintana, ippreżentat lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fit-12 ta' April 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra ż-żjara riċenti tad-delegazzjoni tal-PE f'Burma/il-Mjanmar u l-laqgħat li saru b'mod partikolari mal-President Thein Sein u ma' Aung San Suu Kyi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Burma/il-Mjanmar, b'mod partikolari dawk tal-25 ta’ Novembru 2010 u tal-20 ta’ Mejju 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi fl-1 ta' April 2012 saru by-elections biex jimtlew 44 siġġu battal fil-parlament; billi 43 siġġu ntrebħu mill-NLD u l-elezzjonijiet saru f'atmosfera pjuttost pożittiva, minkejja xi rapporti ta' irregolaritajiet u intimidazzjoni; billi għal dik ir-raġuni ma jistgħux jitqiesu ġenwinament ħielsa u ġusti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-elezzjonijiet tal-2010 kienu bbojkottjati mil-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija minħabba li kienu organizzati abbażi tal-Kostituzzjoni tal-2008 u liġijiet adottati sussegwentament, li m'għamluhiex possibbli li tiġi stabbilita demokrazija ġenwina f'Burma/il-Mjanmar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-oppożizzjoni bħalissa għandha 6.6 % biss tas-siġġijiet fil-Parlament (43 minn 659) filwaqt li l-maġġoranza l-kbira tas-siġġijiet hija kkontrollata mill-Partit tal-Unjoni għas-Solidarjetà u l-Iżvilupp (USDP) li jinsab fil-gvern, inklużi l-25 fil-mija tas-siġġijiet miżmuma għal uffiċjali militari, sitwazzjoni li ma tiżgurax li l-oppożizzjoni se titħalla tassumi rwol attiv sabiex tipproponi r-riformi meħtieġa biex il-pajjiż jimxi dejjem aktar lejn id-demokrazija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-elezzjonijiet ġenerali li jmiss, li huma skedati għall-2015 u li fihom se  se jiġu kkontestati 75 % tas-siġġijiet, se jkunu l-vera test tar-rieda tal-awtoritajiet ta' Burma li jiddemokratizzaw il-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-President Thein Sein adotta politika aktar rikonċiljatorja fir-rigward tal-oppożizzjoni prodemokratika minn meta ħa l-kariga f'Marzu 2011, billi ħeles mijiet ta' priġunieri politiċi, ipparteċipa fi djalogu ma' Aung San Suu Kyi, u billi beda l-proċess ta' riforma fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi fil-perjodu ta' qabel il-by-elections, il-gvern rattab il-politika tiegħu fir-rigward tal-midja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll rigward l-oppożizzjoni politika organizzata u d-dissidenti; billi kienet l-ewwel elezzjoni fl-istorja ta' Burma fejn ġew mistiedna osservaturi barranin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi skont ir-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Burma/il-Mjanmar, għad baqa’ preokkupazzjonijiet serji rigward id-drittijiet tal-bnidem, inkluż id-detenzjoni ta' ħafna priġunieri tal-kuxjenza f'kundizzjonijiet ta' min jistmerrhom; nuqqas ta' progress fl-iżgurar tal-indipendenza tal-ġudikatura u tar-riformi legali u l-persekuzzjoni kontinwa ta' xi minoranzi etniċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi minkejja l-fatt li l-gvern beda negozjati għall-waqfien mill-ġlied ma' numru ta' gruppi etniċi ribelli armati, għad hemm ġlied kontinwu fl-istat ta’ Kachin, b'diversi rapporti ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u l-ispostament ta' 'l fuq minn 75 000 persuna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-gvern ta' Burma għadu qed jimblokka l-aċċess għall-għajnuna umanitarja għall-parti l-kbira tal-persuni spustati internament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi l-maġġoranza tal-priġunieri politiċi inħelsu biss fuq bażi kondizzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi r-Rohyingya u minoranzi oħra huma mċaħħda miċ-ċittadinanza abbażi tal-liġi taċ-ċittadinanza tal-1982 u għadhom jiffaċċjaw persekuzzjoni ħarxa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi l-miżuri restrittivi attwalment fis-seħħ se jiġu riveduti waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali fit-23 ta' April;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi ħafna setturi tal-attività ekonomika f'Burma/il-Mjanmar bħall-estrazzjoni, l-injam, iż-żejt, il-gass u l-kostruzzjoni ta' digi ġew konnessi direttament ma' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u mal-qerda ambjentali, u kienu fl-istess ħin is-sors ewlieni tad-dħul għall-gvern militari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">N. billi Aung San Suu Kyi tappoġġa s-sospensjoni kundizzjonali tal-miżuri restrittivi tal-UE peress li din iżżomm il-pressjoni fuq il-gvern ta' Burma biex ikompli bir-riformi u toffri perspettiva ta' aktar “premji” jekk il-proċess ta' riforma jkompli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">O. billi żjara mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'Burma/il-Mjanmar hija ppjanata li sseħħ ftit wara d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jilqa' r-riżultat pożittiv tal-by-elections tal-1 ta' April bħala l-ewwel pass konkret fil-proċess ta' demokratizzazzjoni f'Burma/il-Mjanmar li, jekk jitkompla b'mod sostenibbli u irriversibbli, joffri perspettiva tal-istabbiliment ta' relazzjonijiet ġodda u kooperattivi mal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Iħeġġeġ lill-gvern ta' Burma jieħu passi oħra bħala prova tal-impenn ġenwin tiegħu fir-rigward tad-demokratizzazzjoni tal-pajjiż; jitlob b'mod partikolari l-ħelsien rapidu u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi li għad fadal, l-għoti ta' aċċess mingħajr xkiel għaż-żoni ta' kunflitt lill-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali u lokali, ir-riforma tal-liġijiet li jippenalizzaw l-espressjoni ħielsa u li jippermettu ċ-ċensura tal-midja u r-revoka tal-liġi taċ-ċittadinanza tal-1982;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jistieden lill-UE u lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tagħha biex matul iż-żjara imminenti tagħha jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti li jiġu adottati riformi politiċi f'erba' oqsma ewlenin:</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="35.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   id-detenzjoni kontinwa tal-priġunieri tal-kuxjenza u l-iffastidjar tal-attivisti politiċi</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="35.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   l-attakki kontinwi kontra l-persuni ċivili u d-delitti serji kontra l-minoranzi etniċi</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="35.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   il-liġijiet ripressivi u s-sistema ġudizzjarja li tiddependi mill-politiki tal-gvern</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="35.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   il-ġustizzja u r-rendikont għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew fil-passat u li qed iseħħu fil-preżent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jistieden lill-gvern u lill-parlament ta' Burma/il-Mjanmar biex jimmodifika d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali li jagħtu lill-militar setgħat li jikkontrolla gvern ċivili, u dan qabel l-elezzjonijiet tal-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jilqa' l-ġesti pożittivi tal-UE bħala appoġġ għall-bidu tat-tranżizzjoni politika fil-pajjiż, inkluż il-wegħda ta' EUR 150 miljun għal għajnuna umanitarja maħsuba b'mod partikolari għall-iżvilupp tal-faċilitajiet tas-saħħa u tal-edukazzjoni fil-pajjiż u għall-assistenza għall-persuni spustati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jistieden lill-UE tinvolvi ruħha mas-soċjetà ċivili fir-rigward tat-taħriġ u t-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali għat-tħejjija tal-elezzjonijiet tal-2015; jitlob li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE tappoġġa l-progress lejn l-ilħuq ta' punti ta' riferiment speċifiċi u żżid l-għadd ta' ċittadini ta' Burma li jibbenefikaw mir-riformi; itenni li l-għajnuna għall-iżvilupp għandha tkun konnessa ma' standards ta' governanza u ma' djalogu mas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-Kunsill jissospendi l-miżuri restrittivi attwalment fis-seħħ għal perjodu inizjali ta' sena u jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni fil-pajjiż speċjalment fir-rigward tar-riformi politiċi, bil-ħsieb li sussegwentament jitnaqqsu s-sanzjonijiet pass pass bħala reazzjoni għal passi sinifikanti lejn ir-riforma min-naħa tal-gvern ta' Burma u għal titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Iħeġġeġ lill-President Thein Sein jagħti lill-aġenziji tal-għajnuna internazzjonali aċċess mingħajr xkiel għaż-żoni kollha ta' kunflitt fi stati etniċi biex jagħtu għajnuna umanitarja lill-persuni spustati internament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jilqa' d-deċiżjoni tad-19-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li jestendi l-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Burma/il-Mjanmar għal sena oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jilqa' ż-żjara uffiċjali imminenti tar-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll id-deċiżjoni li tiġi stabbilita preżenza diplomatika fil-pajjiż u li jiġi inawgurat l-Uffiċċju tal-UE f'dik l-okkażjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Itenni l-istedina lir-Rebbieħa tal-Premju Sakharov Daw Aung San Suu Kyi biex iżżur il-Parlament Ewropew biex tirċievi b'mod uffiċjali l-Premju Sakharov li kienet ingħatat fl-1991;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, kif ukoll lill-Parlament u l-Gvern ta' Burma/il-Mjanmar.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>