<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>2.5.2012</Date><Ref>B7-0228/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2623(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2224">Klaus-Heiner Lehne</Author>, <Author id="28301">Tadeusz Zwiefka</Author>, <Author id="25919">Martin Kastler</Author>, <Author id="1927">Peter Liese</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE-DE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1913">Evelyne Gebhardt</Author>, <Author id="97156">Luigi Berlinguer</Author>, <Author id="96952">Sylvie Guillaume</Author>, <Author id="96998">Evelyn Regner</Author>, <Author id="28377">Lidia Joanna Geringer de Oedenberg</Author>, <Author id="28148">Françoise Castex</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96677">Cecilia Wikström</Author>, <Author id="97076">Corinne Lepage</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96752">Martin Häusling</Author>, <Author id="28161">Margrete Auken</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE486.802v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0228/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2623" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2623">2012/2623(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali ta' invenzjonijiet bijoteknoloġiċi <footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.</p>
</footnote>(imsejħa minn hawn 'il quddiem d-'Direttiva 98/44'), u b'mod partikolari Artikolu 4 tagħha, li jiddikjara li l-varjetajiet ta' pjanti u annimali u proċessi essenzalment bioloġiċi għall-produzzjoni ta' pjanti jew annimali ma għandhomx jiġu privatizzati,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) u l-Premessa 33 tad-Direttiva 98/44/KE, li tiddikjara li proċess għall-produzzjoni tal-pjanti jew annimali huwa essenzjalment bijoloġiku jekk jikkonsisti b'mod sħiħ minn fenomeni naturali bħalma huma l-inkroċjar jew is-selezzjoni naturali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-importanza tal-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/44, li tiżgura l-privileġġ tal-bdiewa,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-5 ta' Ottubru 1973 dwar l-Għotja ta' Privattivi Ewropej (imsejħa minn hawn 'il quddiem bħala l-'Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi') u l-Artikolu 53 (b) tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea dwar il-Privattivi tas-16 ta' Ġunju 1999 dwar l-inkorporazzjoni tad-Direttiva 98/44 fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi <footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Ġurnal Uffiċjali EPO 7/1999.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni G2/06 tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO) u d-Deċiżjoni C-34/10 tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, li tistabbilixxi li meta tinterpreta projbizzjonijiet fil-liġi tal-privattivi wieħed għandu jikkunsidra t-tagħlim tekniku kollu tal-applikazzjoni u mhux biss kliem it-talbiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet G2/07 (fuq il-brokkoli) u G1/08 (fuq it-tadam) tal-Bord Estiż tal-Appell tal-EPO, li fil-prinċipju jeskludu proċess ta' tgħammir milli jsiru privattivi fuqu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-privattivi mogħtija mill-EPO għall-produzzjoni tal-pjanti mkabbra b'mod konvenzjonali bħall-brokkoli (PE 1069819), it-tadam (PE 1211926) u l-bettieħ (PE 1962578),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-privattivi mogħtija mill-EPO għall-produzzjoni ta' annimali mgħammra b'mod konvenzjonali, bħall-għażla tas-sess u materjal użat għat-tgħammir konvenzjonali (PE 1263521, EP 1257168), l-għażla tal-baqar għall-ħalib (PE 1330552) u l-produzzjoni tal-bhejjem (PE 1506316 ), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura, li l-Unjoni Ewropea rrispettat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/869/KE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 378, 23.12.2004, p. 1.</p>
</footnote> ,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tat-2 ta' Diċembru 1961 għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti, kif riveduta f'Ġinevra fl-10 ta' Novembru 1972, 23 ta' Ottubru, 1978 u 19 ta' Marzu 1991 (imsejħa minn hawn 'il quddiem il-'Konvenzjoni UPOV'),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-Drittijiet ta' varjetajiet tal-pjanti fil-komunità<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.</p>
</footnote> (minn hawn 'il quddiem ir- 'Regolament (KE) Nru 2100/94'),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110 (2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma importanti għall-istimular tal-iżvilupp ta' varjetajiet ta' pjanti ġodda u innovazzjonijiet relatati mal-pjanti, u huma prerekwiżit neċessarju għat-tisħiħ tat-tkabbir u l-innovazzjoni u biex tingħata għajnuna lin-negozju Ewropew, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), biex jiffaċċjaw il-kriżi ekonomika u l-kompetizzjoni globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi, speċjalment fil-qasam tat-tgħammir, protezzjoni eċċessivament wiesgħa tal-privattivi tista' tfixkel l-innovazzjoni u l-progress u ssir ta' detriment għal min ikabbar il-pjanti jew irabbi l-annimali fuq skala żgħira jew medja billi tibblokka l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi tal-annimali u l-pjanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi t-tkabbir tal-pjanti huwa prerekwiżit essenzjali għas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u, sa ċertu punt, tal-provvista tal-enerġija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi metodi ta' tkabbir konvenzjonali huma ta' importanza kritika għat-tkabbir modern tal-pjanti u l-annimali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi huwa prinċipju fundamentali tas-sistema internazzjonali tad-drittijiet fuq il-varjetajiet tal-pjanti bbażat fuq il-Konvenzjoni UPOV, u tas-sistema tal-UE bbażata fuq Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, li d-detentur ta' varjetà ta' pjanta ma jistax iżomm lil oħrajn milli jużaw il-pjanti protetti sabiex jiġi promoss l-użu ta' varjetajiet protetti għall-attivitajiet ulterjuri ta' tgħammir; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi huwa importanti li privileġġ simili għandu jeżisti fi ħdan il-liġi fuq il-privattivi fl-Unjoni Ewropea; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE u l-Artikolu 53(b) tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi jistabbilixxu li l-varjetajiet ta' pjanti u annimali u proċessi essenzalment bijoloġiċi għall-produzzjoni ta' pjanti jew annimali m'għandhomx ikunu privattizzati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi privattivi fuq prodotti derivati ​​mit-tgħammir konvenzjonali jew fuq materjal ġenetiku meħtieġ għat-tgħammir konvenzjonali jistgħu jimminaw l-esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44 u Artikolu 53 (b) tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi, fil-qasam tal-inġinerija ġenetika, il-privattivi jistgħu jingħataw iżda l-projbizzjoni tal-privattivi fuq varjetajiet ta' pjanti u annimali għandha tiġi mħarsa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi, fil-qasam tal-bijoteknoloġija, mhux biss it-test tat-talbiet, iżda t-tagħlim tekniku tal-invenzjoni b'mod ġenerali għandu jitqies meta tittieħed deċiżjoni dwar il-privattività;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi skont l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 98/44 il-Kummissjoni hija meħtieġa li tirrapporta kull sena 'fuq l-iżvilupp u l-implikazzjonijiet tal-liġi tal-privattivi fil-qasam tal-bijoteknoloġija u l-inġinerija ġenetika';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi l-Kummissjoni ma ppubblikat l-ebda rapport bħal dawn mill-2005 ’l hawn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-privattivi għal invenzjonijiet bijoteknoloġiċi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU Ċ 272E, 9.11.2006, p. 440.</p>
</footnote>, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex fir-rapport li jmiss tagħha tindirizza b'attenzjoni l-implimentazzjoni xierqa tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 98/44;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">N. billi rapporti tal-Kummissjoni bħal dawn iservu l-iskop li jżommu lill-pubbliku infurmat b' mod sħiħ, u billi l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol ewlieni fl-inkoraġġiment tad-dibattitu pubbliku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-EPO fl-appoġġ tal-kompetittività fl-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jirrikonoxxi li l-privattivi jippromwovu t-tixrid ta' informazzjoni teknika siewja u huma għodda importanti għat-trasferiment tat-teknoloġija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jilqa d-deċiżjonijiet tal-Bord Estiż tal-Appell tal-EPO fl-hekk imsejħa każijiet tal-'brokkoli' (G 2/07) u tat-'tadam' (G 1/08), li jittrattaw l-interpretazzjoni korretta tat-terminu 'proċessi essenzjalment bijoloġiċi għall-produzzjoni ta' pjanti (jew annimali)' użat fid-Direttiva 98/44 u l-Konvenzjoni Ewropea tal-Privattivi biex jiġu esklużi dawn il-proċessi mill-privattività;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jistieden lill-EPO biex teskludi wkoll li jsiru privattivi fuq prodotti derivati ​​mit-tgħammir konvenzjonali u l-metodi kollha ta' tgħammir konvenzjonali, inkluż it-tgħammir SMART (tgħammir ta' preċiżjoni) u materjal ta' tgħammir użat għat-tgħammir konvenzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza fir-rapport li jmiss tagħha d-'deċiżjonijiet fuq il-brokkoli u t-tadam' tal-Bord Estiż tal-Appell tal-EPO;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza fir-rapport li jmiss tagħha l-implikazzjonijiet potenzjali li jista' jkun hemm meta jsiru privattivi fuq metodi tat-tkabbir tal-pjanti u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tat-tgħammir, l-agrikoltura, l-industrija tal-ikel u s-sigurtà alimentari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-UE tkompli tapplika eżenzjoni komprensiva għal min irabbi fl-liġi tal-privattivi tagħha għat-tkabbir tal-pjanti u annimali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-EPO.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>