<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>21.5.2012</Date><Ref>B7-0248/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsijiet għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0115" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0115">B7&#8209;0115/2012</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0116" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0116">B7&#8209;0116/2012</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kwoti Svizzeri dwar in-numru ta' permessi ta' residenza mogħtija liċ-ċittadini tal-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2661(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96773">Rafał Trzaskowski</Author>, <Author id="28223">Andreas Schwab</Author>, <Author id="28120">Simon Busuttil</Author>, <Author id="23819">Csaba Őry</Author>, <Author id="2002">José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="28297">Jacek Saryusz-Wolski</Author>, <Author id="96785">Lena Kolarska-Bobińska</Author>, <Author id="33982">Marian-Jean Marinescu</Author>, <Author id="28291">Romana Jordan</Author>, <Author id="96776">Róża Gräfin von Thun und Hohenstein</Author>, <Author id="102886">Ildikó Gáll-Pelcz</Author>, <Author id="28275">Małgorzata Handzlik</Author>, <Author id="4246">Othmar Karas</Author>, <Author id="96781">Danuta Jazłowiecka</Author>, <Author id="2307">Hubert Pirker</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96859">Ioan Enciu</Author>, <Author id="1913">Evelyne Gebhardt</Author>, <Author id="96718">Olga Sehnalová</Author>, <Author id="28380">Marek Siwiec</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4529">Sarah Ludford</Author>, <Author id="96873">Jürgen Creutzmann</Author>, <Author id="97022">Robert Rochefort</Author>, <Author id="97230">Kristiina Ojuland</Author>, <Author id="39713">Renate Weber</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="28116">Marian Harkin</Author>, <Author id="97203">Ramon Tremosa i Balcells</Author>, <Author id="1965">Jan Mulder</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4294">Heide Rühle</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author>, <Author id="28619">Tatjana Ždanoka</Author>, <Author id="96734">Franziska Keller</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28324">Milan Cabrnoch</Author>, <Author id="23788">Adam Bielan</Author>, <Author id="28615">Roberts Zīle</Author>, <Author id="23784">Janusz Wojciechowski</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE489.270v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0248/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kwoti Svizzeri dwar in-numru ta' permessi ta' residenza mogħtija liċ-ċittadini tal-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2661" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2661">2012/2661(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles tat-22 ta' Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, u b'mod partikolari l-Anness I tiegħu dwar il-moviment ħieles tal-persuni u l-Anness III dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Protokoll tas-26 ta' Ottubru 2004 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq in-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni fir-rigward tal-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka skont l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 89, 28.3.2006, p. 30. </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Protokoll tas-27 ta' Mejju 2008 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq in-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni fir-rigward tal-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija skont l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 124, 20.5.2009, p. 53.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar iż-ŻEE-Svizzera: Ostakli fir-rigward tal-implimentazzjoni sħiħa tas-suq intern<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, P7_ TA(2010)0300.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Pajjiżi tal-EFTA,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Federali Svizzeru tat-18 ta’ Mejju 2012 dwar l-invokazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja għar-rigward ta’ tmien Stati Membri tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tal-14 ta’ Mejju 2012 u tas-16 ta’ Mejju 2012 lill-Kummissjoni dwar il-kwoti Svizzeri dwar in-numru ta' permessi ta' residenza mogħtija liċ-ċittadini tal-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2012-000113" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2012-000113">O&#8209;000113/2012</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0115" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0115">B7&#8209;0115/2012</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2012-000115" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2012-000115">O&#8209;000115/2012</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0116" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0116">B7&#8209;0116/2012</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-Kunsill Federali tal-Isvizzera ddeċieda li jdaħħal, mill-1 ta' Mejju 2012, limitazzjonijiet kwantittattivi fuq il-permessi ta' residenza tal-kategorija B għal permanenzi sa ħames snin mogħtijin lil nazzjonali tal-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi fit-teħid ta’ din id-deċiżjoni, l-awtoritajiet Svizzeri fakkru klawżola hekk-imsejħa ta’ salvagwardja minquxa fl-Artikolu 10 tal-Ftehim tal-1999, li tippermettilhom idaħħlu miżuri restrittivi temporanji jekk, f’xi sena li tkun, il-għadd ta’ permessi ta’ residenza mogħtijin ikun jeċċedi t-tliet snin ta’ qabel b’mill-anqas 10 %;  billi l-awtoritajiet Svizzeri ddikjaraw li sitwazzjoni bħal din kienet seħħet fil-każ ta’ nazzjonali tat-tmien Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-klawżola ta’ salvagwardja mfakkra mill-awtoritajiet Svizzeri, kif tinsab fl-Artikolu 10 tal-Ftehim tal-1999, ma tipprevedix differenzjazzjoni abbażi tan-nazzjonalità fejn ikunu għandhom jiġu stabbiliti limiti massimi għall-permessi ta’ residenza, jew kwoti fuq il-għadd tagħhom, u tirreferi għal ‘persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom tal-Komunità Ewropea’;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi, f’dak li għandu x’jaqsam man-nazzjonali ta’ tmienja mill-Istati Membri li ssieħbu fl-UE fl-2004, ir-restrizzjonijiet kwantittattivi ġew applikati mill-Isvizzera sat-30 ta’ April 2011, kif permess mill-Protokoll tal-2004; billi f’għeluq dak il-perijodu tranżitorju, japplika l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim tal-1999;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi s-sitwazzjoni jeħtieġ li tiġi perċepita f’kuntest usa’ peress li l-awtoritajiet Svizzeri ħadu għadd ta’ miżuri li jistgħu jqiegħdu fil-periklu l-progress ġa miksub fl-implementazzjoni tal-ftehimiet bilateriali, u li dwaru l-Parlament ġa esprima t-tħassib tiegħu fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Settembru 2010;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-Isvizzera addottat għadd ta’ hekk-imsejħa miżuri ta’ akkumpanjament, li jakkumpanjaw il-Ftehim dwar il-Moviment Ħieles tal-Persuni (FMĦP), li jistgħu jxekklu l-forniment ta’ servizzi min-negozji tal-UE – l-aktar l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) – fl-Isvizzera, u billi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għadd minn dawn il-miżuri ta' sostenn jistgħu biss jintlaqgħu jekk kemm-il darba jipproteġu, b'manjiera proporzjonata, l-interess ġenerali li mhux ġa protett fl-istat tal-oriġini tal-fornituri tas-servizzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi wħud minn dawn il-miżuri ta' akkumpanjament  huma sproporzjonati apparagun tal-objettivi intiżi, bħalma huwa l-obbligu tal-għoti ta' preavviż b'terminu ta' stennija ta' tmint ijiem, ir-rekwiżit tal-kontribuzzjoni għall-kostijiet tal-eżekuzzjoni tal-kommissjonijiet tripartitiċi, u l-obbligu għall-impriżi barranin li jagħtu servizzi transfruntiera li jagħtu garanzija ta’ serjetà finanzjarja; billi dawn il-miżuri u ta' piż speċjali għall-SMEs li jixtieq jagħtu s-servizzi tagħhom fl-Isvizzera;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-awtoritajiet Svizzeri ddeċidew, bi ksur tal-FMĦP, li ma jippermettux lit-taxis Ġermaniżi u Awstrijaċi jieħdu lill-passiġġieri fl-ajruporti Svizzeri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi dawn il-kwestjonijiet ġew ripetutament diskussi mal-Isvizzera fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont il-FMĦP; billi l-Kumitat Konġunt ma rnexxilux isolvihom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi huma permessi biss bidliet żgħar lill-FMĦP għall-fini ta’ adattament għall-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni; billi l-FMĦP ma fihx mekkaniżmu effettiv ta’ sorveljanza u kontroll ġudizzjarju jixbah lil dawk li jintużaw fl-UE u fiż-ŻEE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Kwoti Svizzeri fuq il-għadd ta’ permessi ta' residenza mogħtijin lin-nazzjonali tal-UE</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jiddispjaċih ħafna li l-awtoritajiet Svizzeri ddeċidew li jistabbilixxu mill-ġdid il-limiti kwantittattivi fuq il-permessi ta' residenza fit-tul mogħtijin liċ-ċittadini tal-UE li huma nazzjonali ta' tmienja mill-Istati Membri li ssieħbu fl-UE fl-2004, u b’hekk illimitaw il-moviment liberu tan-nies kif sanċit fil-Ftehim tal-1999 mal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Iqis li din id-deċiżjoni hija diskriminatorja u illegali billi ma għandha l-ebda bażi ġuridika għal xi differenzjazzjoni nazzjonali bħal din fit-trattati eżistenti bejn l-Isvizzera u l-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Svizzeri jirrevedu d-deċiżjoni tagħhom u jirtiraw mill-invokazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jinnota li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(4) tal-Ftehim tal-1999, kif kompletati mill-Protokoll tal-2004, ma ġew sodisfatti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jilqa’ d-dikjarazzjoni f’waqtha u kritika tar-Rappreżentant Għoli/Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, li biha ħeġġet lis-servizzi tagħha jieħdu l-azzjoni kollha neċessarja ħalli tintalab l-abrogazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Svizzeri tad-deċiżjoni tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jinnota li l-Isvizzera estendiet il-jeddijiet tal-libertà tal-moviment għall-Bulgarija u r-Rumanija fil-Protokoll II fl-2008; jiddispjaċih, imma, li l-ftehim jipprevedi perijodi ta’ tranżizzjoni sa mhux aktar minn seba’ snin; jiddeplora l-fatt li f’Mejju 2011 il-Gvern Svizzera ddeċieda li jipproroga l-perijodu tranżitorju għall-Bulgari u r-Rumeni sal-31 ta’ Mejju 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Iqis li flok ma jdaħħlu l-miżuri restrittivi fil-qafas kurrenti, iż-żewġ naħiet għandhom jaħdmu fuq l-iżvilupp ta’ sistema aktar adegwata, effettiva u flessibbli ta’ kooperazzjoni ħalli jiffaċilitaw aktar il-moviment liberu tal-persuni; jistieden lill-Kummissjoni tqanqal il-kwestjoni mal-awtoritajiet Svizzeri mal-ewwel opportunità, u tqiegħed il-kwestjoni fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf bis-saħħa tal-Ftehim;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Xkilijiet għall-implementazzjoni sħiħa tas-suq uniku</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jitlob lill-Kummissjoni tindika liema azzjonijiet ittieħdu, mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta’ Settembru 2010 ’l hawn, għar-riżoluzzjoni tal-problemi marbutin mal-miżuri ta' akkumpanjament li jagħmluha diffiċli għall-SMEs mill-UE li jagħtu s-servizzi tagħhom fl-Isvizzera, u sabiex l-awtoritajiet Svizzeri jiġu persważi jabrogaw ir-regolamenti li jobbligaw lill-impriżi barranin li jagħtu servizzi transfruntiera li jiddepożitaw garanzija ta’ serjetà finanzjarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Huwa mħasseb dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill Federali Svizzeru li jeżamina miżuri addizzjonali ta’ akkumpanjament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-ajruporti Svizzeri fejn, b’konsegwenza tar-rifjut tal-awtoritajiet Svizzeri, it-taxis Ġermaniżi u Awstrijaċi ma jitħallewx jieħdu l-passiġġieri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-kompatibilità ta' din id-deċiżjoni mal-FMĦP;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jiddispjaċih li l-Ftehim ma jqisx id-Direttiva 2004/38 tal-KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri; jitlob li jkun hemm adattament dinamiku tal-ftehimiet fl-oqsma marbutin mas-suq intern għall-evoluzzjoni fl-acquis tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jemmen li huwa kruċjali li jkun hemm żvilupp ulterjuri tal-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fis-suq uniku u li r-regoli jagħtu lill-operaturi ekonomiċi miż-żewġ naħiet ambjent aktar trasparenti u prevedibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jitlob li jkun hemm progress ġdid fis-sejbien ta’ soluzzjonijiet orizzontali għal kwestjonijiet marbutin mal-ħtieġa ta’ adattament dinamiku tal-ftehimiet mal-acquis li qiegħed jevolvi, interpretazzjoni omoġenea tal-ftehimiet, mekkaniżmi ta’ sorveljanza indipendenti u eżekuzzjoni ġudizzjarja fis-sistema ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u fil-komunikazzjoni bejn il-Kumitati Konġunti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jisħaq li l-mekkaniżmi għall-kontroll tal-ottemperanza li jmorru lil hinn mill-mezzi purament nazzjonali huma importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Ifisser li huwa mħejji jagħti s-sostenn tiegħu għall-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Isvizzera ħalli jingħelbu l-isfidi li ż-żewġ naħiet qed iħabbtu wiċċhom magħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern u l-parlament tal-Isvizzera.</p>
</Section></Motion>