<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>6.6.2012</Date><Ref>B7-0276/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar in-negozjati dwar it-Trattat tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT)</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2636(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28314">Anneli Jäätteenmäki</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2856"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE489.305v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0276/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-negozjati dwar it-Trattat tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT)</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2636" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2636">2012/2636(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konferenza tan-Nаzzjonijiet Uniti għan-negozjar ta’ trattat dwar il-kummerċ tal-armi (ATT) li se ssir fi New York bejn it-2 u s-27 ta’ Lulju 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 61/89<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N06/499/77/PDF/N0649977.pdf?OpenElement" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N06/499/77/PDF/N0649977.pdf?OpenElement</span></a></p>
</footnote> tas-6 ta’ Diċembru 2006 intitolata “Lejn trattat dwar il-kummerċ tal-armi: l-istabbiliment ta’ standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali” appoġġjata minn 153 Stat Membru tan-NU, li timmarka l-bidu formali ta’ proċess lejn ATT, u 64/48<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N09/464/71/PDF/N0946471.pdf?OpenElement" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://daccess-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N09/464/71/PDF/N0946471.pdf?OpenElement</span></a></p>
</footnote> tat-2 ta’ Diċembru 2009 dwar it-trattat dwar il-kummerċ tal-armi, appoġġjata minn 153 Stat Membru tan-NU, skont liema ġie deċiż li tissejjaħ Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti rigward it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li titlaqqa’ għal erba’ ġimgħat konsekuttivi fl-2012 biex telabora strument vinkolanti dwar l-ogħla standards komuni internazzjonali possibbli rigward it-trasferiment tal-armi konvenzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Deċi¿joni tal-Kunsill 2010/336/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 u deċi¿jonijiet tal-Kunsill preċedenti dwar l-attivitajiet tal-UE b’appoġġ għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-UE 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjoni ta' teknoloġija u tagħmir militari<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 335, 13 ta' Diċembru 2008, p. 99.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dawk tal-10 ta’ Diċembru 2007 u tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Ġunju 2007 rigward trattat dwar il-kummerċ tal-armi u l-istabbiliment ta’ standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2007-0282" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2007-0282/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2007)0282</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-13 ta’ Marzu 2008 dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0101" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0101/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2008)0101</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tal-4 ta’ Diċembru 2008 dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0580" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-6-2008-0580/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P6_TA(2008)0580</ANCHOR>.</p>
</footnote> li jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti ta’ trattat dwar il-kummerċ tal-armi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra t-tweġiba tal-UE għat-talba li għamel is-Segretarju Ġenerali tal-UN għal fehmiet dwar l-elementi ta’ trattat dwar il-kummerċ tal-armi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-bosta kampanji tas-soċjetà ċivili madwar id-dinja favur trattat qawwi u robust dwar il-kummerċ tal-armi, inkluża l-Kampanja “Control Arms” u s-sejħa li saret minn rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 146, 10 ta’ Ġunju 2009, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34 tat-Trattat ta’ Lisbona,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi ma jeżisti l-ebda trattat globali vinkolanti li jirregola t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 64/48 tħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU biex jilħqu ftehim fuq strument vinkolanti, effikaċi u bilanċjat dwar l-ogħla standards komuni internazzjonali possibbli għat-trasferiment tal-armi konvenzjonali, u biex jikkkonkludu trattat b’saħħtu u robust;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU ddefiniet l-għan tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) bħala “trattat vinkolanti li jistabbilixxi standards komuni dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta’ armi konvenzjonali”<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Ir-Riżoluzzjoi tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 61/89.</p>
</footnote> u ddikjarat li l-Istati għandhom “jiżguraw li s-sistemi nazzjonali u l-kontrolli interni tagħhom jkunu tal-ogħla standards possibbli biex jipprevjenu d-diverżjoni tal-armi konvenzjonali mis-suq legali għal dak illeċitu, fejn jistgħu jintużaw għal atti terroristiċi, għall-kriminalità organizzata u għal attivitajiet kriminali oħra”<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Ir-Riżoluzzjoi tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 63/240.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-kummerċ tal-armi mhux ikkontrollat u mhux irregolat jirrappreżenta theddida serja għall-paċi, is-sigurtà u l-istabilità lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, iżda wkoll għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli; billi l-kummerċ tal-armi mhux irregolat huwa fattur kontributorju għall-kunflitti armati, l-ispustament tan-nies, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi li se jiġi nnegozjat fl-2012 jeħtieġ li jinkludi dispożizzjonijiet ċari u vinkolanti li jkunu konsistenti mal-ogħla standards internazzjonali, inkluża l-konformità sħiħa mal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi approċċ unit, koerenti u konsistenti min-naħa tal-UE huwa kruċjali biex trattat bħal dan ikun jista’ jiġi adottat u implimentat b’mod effikaċi fil-livell dinji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi, fil-qasam tat-trasferiment tal-armi, ma jeżistux impenji vinkolanti li jissalvagwardjaw bla ambigwità l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-Kunsill issottolinja li għandu jsir kull sforz possibbli biex jiġi żgurat li s-sessjonijiet tal-Kumitat Preparatorju jkunu inklussivi kemm jista’ jkun; billi, għal dan il-għan, fl-14 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/336/PESK dwar l-attivitajiet tal-UE b’appoġġ għall-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea dwar is-Sigurtà, biex jippromwovi l-ATT fost l-Istati Membri tan-NU, is-soċjetà ċivili u l-industrija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi, mill-adozzjoni tagħha ‘l hawn, il-Pożizzjoni Komuni tal-UE li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir militari kkontribwiet għall-armonizzazzjoni tal-politiki nazzjonali ta’ kontroll tal-esportazzjoni tal-armi tal-Istati Membri tal-UE u l-prinċipji u l-kriterji tagħha ġew approvati uffiċjalment minn diversi pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi jeħtieġ li jsaħħaħ l-obbligu ta’ rendikont u billi l-implimentazzjoni tiegħu jeħtieġ li tkun ċara u trasparenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi l-Karta tan-Nazzjonijiet uniti tikkonferixxi drittijiet u responsabilitajiet lill-Istati Membri tan-NU, inkluż, skont l-Artikolu 51, id-dritt inerenti ta’ kull Stat għall-awtodifiża individwali jew kollettiva; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Trasparenza u responsabilità – l-elementi kruċjali għal Trattat robust dwar il-Kummerċ tal-Armi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jinnota li l-valur tal-esportazzjoni globali tal-armi qed ikompli jikber, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja, u li l-Istati Membri tal-UE għandhom sehem konsistenti ta’ madwar 30% tal-esportazzjonijiet kollha, u huma fost l-akbar produtturi u esportaturi tal-armi fid-dinja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Ċifri meħuda mis-SIPRI Trend Indicator Values (espressi f’USD skont prezzijiet kostanti tal-1990), disponibbli fis-sit: http://www.sipri.org/databases/armstransfers/background/explanations2_default</p>
</footnote>; jenfasizza, għaldaqstant, li l-UE għandha sew responsabilità kif ukoll interess li tiżviluppa u tikkontribwixxi biex il-kummerċ tal-armi fil-livell dinji jkun aktar irregolat, trasparenti u kkontrollat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jirrikonoxxi l-kontribut tal-industrija tal-armi għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku; jemmen, madankollu, li l-kummerċ tal-armi nieqes mir-regolamentazzjoni tajba, mill-kontroll u mit-trasparenza jwassal għal kummerċ irresponsabbli tal-armi, ikkawża tbatija bla bżonn lin-nies, kebbes il-kunflitti armati, l-instabilità, l-attakki terroristiċi u l-korruzzjoni, immina l-proċessi tal-bini tal-paċi, il-governanza tajba u l-iżvilupp soċjoekonomiku u wassal biex waqgħu gvernijiet li kienu ġew eletti b’mod demokratiku u għal vjolazzjonijiet tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob, għaldaqstant, li n-negozjar f’Lulju 2012 ta’ Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ tal-Armi jimmarka pass storiku ’l quddiem, b’aktar trasparenza u responsabilità, billi jistabbilixxi l-ogħla standards u kriterji internazzjonali għall-valutazzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar it-trasferiment, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ armi konvenzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jitlob li l-komunità internazzjonali turi l-impenn tagħha biex tirregola l-kummerċ internazzjonali tal-armi billi tagħmel użu sħiħ mir-Regoli ta’ Proċedura ħalli tilħaq qbil fuq test komprensiv li jkopri l-kwistjonijiet ewlenin kollha meħtieġa biex jintlaħaq ftehim fuq Trattat robust waqt il-konferenza ta’ Lulju 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jitlob li jkun hemm negozjar b’ħeffa, u adozzjoni u dħul fis-seħħ b’urġenza, ta’ Trattat globali u komprensiv tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Ambitu</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jissottolinja li Trattat effikaċi għandu jkopri l-usa’ firxa possibbli ta’ attivitajiet fil-kummerċ tal-armi konvenzjonali, iklużi l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasferiment (inkluż it-tranżitu u t-trasbord kif ukoll l-importazzjoni u l-esportazzjoni temporanji u r-riesportazzjoni), il-manifattura taħt liċenzja barranija, il-ġestjoni tal-ħażniet, u s-servizzi relatati kollha inklużi s-senserija, it-trasport u l-finanzjament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jemmen li Trattat effikaċi għandu jkopri l-aspetti kollha tal-kummerċ fl-armi konvenzjonali, inklużi trasferiment bejn Stat u ieħor, trasferimenti bejn Stat u utent aħħari privat, bejgħ kummerċjali u kirjiet, kif ukoll self, għoti b’rigal jew assistenza, jew kwalunkwe xorta oħra ta’ trasferiment; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jemmen li Trattat effikaċi għandu jkopri wkoll l-usa’ firxa possibbli ta’ armi konvenzjonali, inklużi l-armi żgħar u ħfief kif ukoll il-munizzjon, it-trasferimenti intanġibbli, il-komponenti u t-teknoloġiji assoċjati mal-użu, il-manifattura jew il-manutenzjoni tagħhom, kemm għal użu militari kif ukoll għal finijiet oħra relatati mas-sigurtà u mal-infurzar tal-liġi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jemmen li għandha tingħata attenzjoni xierqa għall-immarkar u t-traċċabilità tal-armi u l-munizzjon konvenzjonali, għat-tisħiħ tar-responsabilità u l-prevenzjoni tad-diverżjoni tat-trasferiment tal-armi lil riċevituri illegali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Kriterji u standards internazzjonali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jemmen li s-suċċess fit-tul tal-ATT jiddependi mill-adozzjoni ta’ sett ta’ standards l-aktar għoljin, qawwija u ċari possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jitlob li l-ATT ifakkar lill-Istati Kontraenti li kull deċiżjoni dwar it-trasferiment tal-armi għandha tkun għalkollox konsistenti mal-impenji internazzjonali tagħhom, b’mod partikolari rigward il-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, kif ukoll bi qbil mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi s-sanzjonijiet u l-embargoes fuq l-armi ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; huwa tal-fehmali l-Istati Kontraenti m’għandhomx jirttrasferixxu armi lejn pajjiżi fejn ikun hemm riskju sostanzjali li jintużaw biex bihom jitwettqu jew jiġu ffaċilitati vjolazzjonijiet serji tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali, inklużi l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Iħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU jadottaw kriterji addizzjonali vinkolanti (li għandhom jiġu żviluppati bħala standards internazzjonali) biex jiggwidaw lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet dwar l-esportazzjoni tal-armi; iqis li dawn għandhom jinkludu, b’mod partikolari, l-imġiba fl-imgħoddi tal-pajjiż ta' destinazzjoni fir-rigward tal-governanza, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, in-nonproliferazzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-riskju ta’ devjazzjonijiet, l-impatt fuq l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż, kif ukoll iż-żamma tal-paċi u s-sigurtà reġjonali; huwa tal-fehma li fit-Trattat għandhom jitniżżlu kriterji speċifiċi kontra l-korruzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jitlob li dawn il-kriterji jitfasslu fis-sura ta’ linji gwida għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet tar-riskji bħala bażi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tal-armi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jitlob li l-Unjoni Ewropea, irrispettivament mill-eżitu tan-negozjati tal-ATT, tkompli żżomm l-ogħla standards possibbli fl-interpretazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi (2008/944/PESK) u t-tmien kriterji tagħha, speċjalment fir-rigward tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Miżuri ta’ implimentazzjoni u rappurtar</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Jenfasizza l-importanza ta’ implimentazzjoni effikaċi u kredibbli tal-ATT, b’enfasi fuq l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza, ir-responsabilità ta’ kull Stat Kontraenti u koordinazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet kompetenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Jenfasizza li ATT robust jeħtieġlu jinkludi dispożizzjonijiet u normi ta’ kejl li lill-Istati Kontraenti jikkommettuhom biex jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali u jistabbilixxu awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tat-trasferimenti kollha ta’ oġġetti koperti bit-trattat u għall-qadi tar-rekwiżiti kollha ta’ rappurtar u implimentazzjoni; huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-ATT għandha tkopri l-kontrolli fuq l-utenti aħħarin u fuq l-attivitajiet ta’ senserija, inklużi r-reġsitrazzjoni tal-operaturi u l-liċenzjar tal-attivitajiet tagħhom, l-għoti tal-informazzjoni meħtieġa kollha min-naħa tal-applikanti u l-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni sħiħa ta’ sostenn qabel ma tinħareġ awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, kif ukoll miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu bħala reati kriminali kull trasferiment ta’ armi u munizzjon konvenzjonali mhux liċenzjat mill-awtorità nazzjonali jew mhux skont it-trattat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">17. Jemmen li l-implimentazzjoni effikaċi tat-trattat se tiddependi mill-promozzjoni tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Kontraenti dwar deċiżjonijiet relatati mal-esportazzjoni, l-mportazzjoni u t-trasferiment tal-armi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">18. Jemmen li l-esperjenza tar-Reġistru tal-Armi Konvenzjonali tan-NU, li qiegħed jevolvi, se tiffaċilita l-bini ta’ dan it-tip ta' trasparenza u skambju ta' informazzjoni, u jitlob li jkun hemm twessigħ tal-kategoriji ta' armi fir-reġistru, inklużi l-armi żgħar u ħfief u l-munizzjon tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">19. Jitlob li l-ATT, għaldaqstant, jinkludi dispożizzjonijiet qawwija u ċari dwar rappurtar regolari mill-Istati Kontraenti fuq bażi annwali rigward id-deċiżjonijiet kollha dwar trasferimenti ta’ armi, inkluża informazzjoni dwar it-tipi, l-ammonti u r-riċevituri ta’ tagħmir awtorizzat għat-trasferiment, u dwar l-implimentazzjoni tal-ambitu sħiħ u tad-dispożizzjonijiet kollha tat-trattat; jitlob li l-ATT jesiġi wkoll li l-Istati Kontraenti jistabbilixxu sistema dettaljata ta' żamma ta' rekords għal tal-anqas 20 sena, għal kull kummerċ u għal kull tranżazzjoni internazzjonali pproċessata permezz tas-sistemi nazzjonali ta' kontroll tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">20. Jitlob li tiġi stabbilita Unità speċifika ta’ Implimentazzjoni u Appoġġ tal-ATT, li r-responsabilitajiet tagħha jkunu jinkludu l-ġbir u l-analiżi ta’ rapporti tal-Istati Kontraenti; u jitlob li s-Segretarju Ġenerali tan-NU jippubblika rapport annwali bi proposti ulterjuri għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet operazzjonali tat-trattat; jitlob li l-Unità ta’ Implimentazzjoni u Appoġġ tal-ATT tingħata l-jedd li tanalizza wkoll dejta fuq it-trasferimenti tal-armi u tidentifika diskrepanzi u ksur potenzjali tat-trattat u tirrapporta lill-assemblea tal-Istati Kontraenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">21. Jitlob li tali rapporti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">22. Jitlob li jsiru assemblej annwali tal-Istati Kontraenti u konferenza ta' rieżami kull ħames snin, li fiha jitħeġġu jieħdu sehem organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">23. Jemmen li s-suċċess fit-tul tal-ATT jiddependi mit-trasparenza sħiħa u mill-obbligu ta’ rendikont lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inklużi l-korpi ta’ kontroll parlamentari fil-pajjiżi li jesportaw jew jimportaw; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm mekkaniżmi robusti ta’ trasparenza, inkluż rappurtar annwali, ħalli jssaħħu r-rwol tal-parlamenti f’li jżommu lill-gvernijiet tagħhom responsabbli għad-deċiżjonijiet meħuda dwar l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-trasferiment tal-armi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">24. Jemmen li kwalunke Stat Kontraenti li jitlob sostenn għall-implimentazzjoni tal-impenji tiegħu skont it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi għandu jingħata l-appoġġ u l-assistenza teknika meħtieġa; jitlob li l-UE tissokta bl-attivitajiet tagħha fil-qasam tal-assistenza u tqawwi l-għajnuna tagħha f’oqsma bħalma huma l-assistenza leġiżlattiva, il-bini ta’ istituzzjonijiet, is-sostenn amministrattiv, kif ukoll l-appoġġ għat-titjib tal-ħiliet nazzjonali ta’ għarfien espert fil-korpi kollha involuti fis-sistema tal-kontroll tat-trasferimenti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-parlamenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Ir-rwol tal-UE u tal-PE</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">25. Jirrikonoxxi r-rwol koerenti u konsistenti tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fl-appoġġ tal-proċess internazzjonali għall-istabbiliment ta’ trattat dwar il-kummerċ tal-armi; jappella għal impenn u kuntatt kontinwu qabel il-konferenza, anke fl-ogħla livell politiku fil-proċeduri u s-samits li jwasslu għall-konferenza ta’ Lulju, kif ukoll fil-proċessi ta’ ratifikazzjoni u implimentazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">26. Jemmen li t-tweġiba tal-UE għat-talba tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għal fehmiet dwar l-elementi ta' trattat dwar il-kummerċ tal-armi jirrappreżenta l-bażi xierqa għal azzjoni koordinata mill-Istati Membri tal-UE fil-Konferenza internazzjonali dwar l-ATT; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">27. iħeġġeġ lir-RGħ/VP tagħmel sforzi intensivi biex tikkonsulta u tikkoordina mal-Istati Membri kollha tal-UE ħalli tiżgura li l-UE titkellem b’leħen wieħed u tippromwovi pożizzjoni qawwija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">28. Jistieden lill-Istati Membri, bi qbil mal-impenn tagħhom skont it-Trattat ta’ Lisbona, jiddefendu fil-Konferenza l-pożizzjonijiet tal-Unjoni bi tweġiba għas-sejħa tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, biex jiżguraw eżitu ambizzjuż u trattat robust dwar il-kummerċ tal-armi; jitlob, għalhekk, li l-Istati Membri tal-UE jiddikjaraw bil-mifuħ u bla ambigwità l-appoġġ sħiħ tagħhom għad-delegazzjoni tal-UE li se tieħu sehem fin-negozjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-17.85pt">29. Jilqa’ d-dikjarazzjoni tar-RGħ/VP, bi qbil mal-Artiolu 34(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li fiha se tippreżenta lill-Parlament il-pożizzjoni tal-UE qabel il-Konferenza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">30. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati membri tal-UE.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>