<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>6.6.2012</Date><Ref>B7-0277/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2660(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE489.306v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0277/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Ginea Bissaw</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2660" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2660">2012/2660(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-RGħ tal-31 ta’ Mejju 2012 dwar il-miżuri adottati mill-Kunsill biex jissaħħu s-sanzjonijiet kontra l-ġunta militari fil-Ginea Bissaw,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-elezzjoni presidenzjali bikrija li nżammet fit-18 ta’ Marzu 2012 fil-Ginea Bissaw wara l-mewt tal-President Malam Bacai Sanha fid-9 ta’ Jannar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni presidenzjali tal-21 ta’ April 2012 tal-Kunsill tas-Sigurtà li tikkundanna l-kolp ta’ Stat militari fil-Ginea Bissaw,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi, sa mill-indipendenza tiegħu mill-Portugall fis-sebgħinijiet, wara ġlieda mdemmija għall-indipendenza, il-Ginea Bissaw baqa’ fqir u fi stat ta’ kunflitt kważi kostanti bejn l-awtoritajiet ċivili u dawk militari li nvolva sensiela ta’ qtil politiku; billi, sa mill-indipendenza fl-1973, l-ebda mexxej politiku ma rnexxielu jtemm il-mandat tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi deċennji ta’ insabilità politika tal-Ginea Bissaw wasslu lill-pajjiż fi kriżi profonda, karatterizzata min-nuqqas ta’ aċċess għal ilma nadif, saħħa u edukazzjoni u b’ħaddiema tas-servizz ċivili li ilhom żmien ma jitħallsu, u billi l-pajjiż huwa wieħed minn numru żgħir ta’ Stati fuq l-aġenda tal-Kummissjoni għall-Bini tal-Paċi tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandha l-għan tgħin il-pajjiżi foqra jevitaw li jerġgħu lura għall-gwerra jew fil-kaos;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi fit-12 ta’ April, il-forzi armati ħadu l-poter u bagħtu l-ħabs lill-President interim Raimundo Pereira, l-ex Prim Ministru u l-kandidat presidenzjali Carlos Gomes Junior, kif ukoll diversi uffiċjali oħra, filwaqt li kienu abbandunati t-tħejjijiet għat-tħejjija għall-elezzjonijiet presidenzjali proposti għat-22 ta’ April; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi r-ribelli ħadu l-kontroll tal-uffiċċji stabbiliti tal-PAIGC u tal-istazzjonijiet tar-radju, kif ukoll iġġieldu kontra l-uffiċjali tal-pulizija leali għall-Gvern, li mbagħad ġew sfurzati jirtiraw wara li ġew attakkati mill-RPGs; billi t-toroq lejn u ’l barra mill-belt kapitali ġew imblokkati u t-trażmissjonijiet televiżivi u tar-radju ġew interrotti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi, wara l-kolp ta’ Stat Militari f’April tal-2012, il-Ginea Bissaw ġie sospiż mill-Unjoni Afrikana sakemm terġa’ tkun stabbilita l-liġi kostituzzjonali fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-Bank Dinji u l-Bank Afrikan ta’ Żvilupp issospendew l-għajnuna finanzjarja lill-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-għajuna għall-iżvilupp tal-UE lill-Ginea Bissaw ġiet sospiża sa mill-kunflitt militari fl-1 ta’ April 2010, u minħabba l-ħatra suċċessiva tal-atturi ewlenija tiegħu bħala l-kap tal-persunal tad-difiża u l-kap tal-Ammiraljat;  u billi l-għajnuna umanitarja u l-appoġġ dirett lill-popolazzjoni ma ġewx affettwati minn dan l-iffriżar; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea żied ħmistax-il persuna mal-lista ta’ dawk li huma pprojbiti jidħlu fl-UE u li l-assi tagħhom fi ħdan l-UE ġew iffriżati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-impenn tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) ippreveda li jikkombina miżuri għall-bini tas-sigurtà, li jinvolvu kontinġent ta’ 629 suldat reġjonali għaż-żamma tal-paċi, u negozjati pragmatiċi u inċisivi, b'theddida ta' rikors għal sanzjonijiet ekonomiċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi l-kokaina taqsam l-Oċean Atlantiku mill-Amerika tan-Nofsinhar fuq dgħajjes u ajruplani li jieqfu fl-arċipelagu tal-Gżejjer Verġni tal-Ginea Bissaw, qabel id-drogi, imbagħad, jittieħdu l-Ewropa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi fit-30 ta’ Settembru 2010, il-missjoni ta’ riforma fis-settur tas-sigurtà tal-UE (SSR) fil-Ginea Bissaw temmet il-mandat tagħha li beda f’Ġunju 2008;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jikkundanna l-aħħar azzjonijiet illegali u mhux kostituzzjonali tal-militar, meta l-kolp ta’ Stat fixkel l-elezzjonijiet presidenzjali u installa ġunta militari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li dawn l-avveniment saru qabel it-tnedija tal-kampanja għat-tieni ċiklu tal-elezzjoni presidenzjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Ifaħħar l-organizzazzjoni tal-ECOWAS għat-tmexxija soda tagħha fit-tweġiba għal din il-kriżi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jeżerċitaw kontroll massimu, jieqfu mill-vjolenza, iżommu kalmi u jagħmlu l-almu tagħhom biex jistabilizzaw il-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jilqa’ r-rifjut tan-Nazzjonijiet Uniti u l-PAIGC (il-partit politiku ewlieni li fil-Gvern preċedenti, kellu 2/3 tas-siġġijiet), tad-dikjarazzjoni tal-‘Kmand Militari’ li ppropona l-ħolqien ta’ Kunsill Tranżitorju Nazzjonali, u li jkunu organizzati elezzjonijiet politiċi u leġiżlattivi fi żmien sentejn,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jirrifjuta l-leġittimità tal-Gvern tranżitorju, inkwantu li dan mhuwiex riżultat ta’ proċess demokratiku u li jħalli l-pajjiż taħt il-kontroll dirett tal-forzi armati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jitlob ir-ritorn tar-rappreżentanti eletti b'mod demokratikament u r-restawr immedjat tal-awtorità ċivili fuq dik militari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jenfasizza li jeżisti l-perikolu li l-Ginea Bissaw jibqa' instabbli u inkapaċi li jindirizza l-korruzzjoni rampanti jew li jbiddel l-istatus tiegħu bħala pajjiż ta' tranżitu ewlieni għad-drogi, sakemm l-istituzzjonijiet tiegħu jibqgħu strutturalment dgħajfa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jitlob lir-RGħ, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, in-Nazzjonijiet Uniti, l-UA, il-Komunità Ewropea tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), il-Komunità tal-Pajjiżi li Jitkellmu l-Portugiż (CPLP) u membri oħra tal-komunità internazzjonali biex jissorveljaw l-iżviluppi fil-Ginea Bissaw, jgħinu fl-ippreservar tal-liġi kostituzzjonali u jkomplu jappoġġaw l-isforzi għall-bini tal-paċi fil-pajjiż. </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jinsab imħasseb dwar it-theddid li l-ispedizzjonijiet tad-droga minn postijiet imbiegħda bħall-Kolombja u l-Afganistan u mit-traffikar tal-persuni qed tqiegħed għall-konsolidazzjoni tal-paċi fil-Ginea Bissaw u għall-istabilità tar-reġjun tal-Afrika tal-Punent, u jitlob lill-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, bl-appoġġ xieraq tal-ECOWAS, jiżviluppaw pjan reġjonali ta’ azzjoni biex jindirizzaw din l-isfida;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jenfasizza li r-restawr tad-demokrazija fil-Ginea Bissaw huwa fl-interess tal-pajjiżi tal-Punent, inkwantu li l-pajjiż iservi bħala intermedjarju ewlieni għat-trasport ta’ drogi bil-baħar bejn in-Nofsinhar tal-Amerika u l-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jitlob lill-Unjoni Afrikana, in-Nazzjonijiet Uniti u l-UE jappoġġaw il-pajjiż biex jimxi l-quddiem b’determinazzjoni sabiex jiżgura d-drittijiet demokratiċi u ċivili għaċ-ċittadini kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jagħti struzzjonijiet lill-President biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, is-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ECOWAS, l-istituzzjonijiet tal-UA, l-Assemblea Parlamentari Konġunta UE-ACP, is-Segretarjat tas-CPLP u l-Gvern u l-Parlament tal-Ginea Bissaw.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>