Dokument ta' sessjoni

 

6.6.2012                                                                                                           B7‑ B7‑0297/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura

dwar negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun

(( 2012/2651(RSP) )

Jarosław Leszek Wałęsa, Daniel Caspary

f’isem il-Grupp PPE

Bernd Lange, Gianluca Susta

f’isem il-Grupp S&D

Yannick Jadot

f’isem il-Grupp Verts/ALE

Helmut Scholz

f’isem il-Grupp GUE/NGL

 

B7‑ B7‑0297/2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun

(( 2012/2651(RSP) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 218(2) u (10) TFUE,

–   wara li kkunsidra r-rapport minn Copenhagen Economics bl-isem "Assessment of barriers to trade and investment between the EU and Japan", ippubblikat fit-30 ta' Novembru 2009,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt id-dsatax-il Samit bejn UE u l-Ġappun li sar f'Tokjo fit-28 ta' April 2011,

–   wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun, ippubblikati fil-21 ta' Frar 2011,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u tal-25 ta’ Marzu 2011,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn UE u l-Ġappun[1],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt l-għoxrin Samit bejn l-UE u l-Ġappun li sar fi Brussell fit-28 ta' Mejju 2011,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 90(2) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni nnotaw li l-kapaċità tal-Ġappun li jneħħi l-ostakli regolatorji għall-kummerċ hija prekundizzjoni għall-varar ta’ negozjati dwar il-ftehim ta' kummerċ bejn l-UE u l-Ġappun, u b'hekk titrawwem integrazzjoni ekonomika eqreb bejn iż-żewġ sħab kummerċjali strateġiċi;

B.  billi waqt l-għoxrin Samit bejn l-UE u l-Ġappun li sar fit-28 ta’ Mejju 2011 fi Brussell, il-mexxejja tas-samit iddeċidew li ż-żewġ naħat jibdew diskussjonijiet bil-ħsieb li jiddefinixxu l-ambitu u l-livell ta’ ambizzjoni ta’ tali negozjati;

C. billi l-Grupp ta’ Valutar (Scoping Group) ġie stabbilit biex jivvaluta l-fehim komuni dwar l-ambitu u l-livell ta’ ambizzjoni tan-negozjati kummerċjali potenzjali bejn il-Ġappun u l-UE;

1.  Jitlob lill-Kunsill biex ma jawtorizzax il-ftuħ tan-negozjati kummerċjali qabel ma l-Parlament ikun iddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mandat ta’ negozjar propost, fuq il-bażi ta’ rapport mill-kumitat responsabbli;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-informazzjoni.

.

[1] Testi adottati, P7­_TA(2011)0225.