<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>11.6.2012</Date><Ref>B7-0306/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2676(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96718">Olga Sehnalová</Author>, <Author id="96837">Petra Kammerevert</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1191">Doris Pack</Author>, <Author id="96843">Marco Scurria</Author>, <Author id="96776">Róża Gräfin von Thun und Hohenstein</Author>, <Author id="1941">Roberta Angelilli</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE489.336v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0306/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2676" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2676">2012/2676(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea, li tħabbar li l-Kummissjoni se twettaq rieżami tal-politika tagħha ta’ konsultazzjoni fl-2011 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0543" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0543">COM(2010)0543</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2011 jisimha ‘L-Att dwar is-Suq Uniku Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja "Flimkien għal tkabbir ġdid"’ (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0206" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0206">COM(2011)0206</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ Krakovja adottata fil-Forum tas-Suq Uniku fit-3 u l-4 ta’ Ottubru 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsija bil-miktub tal-14 ta’ Marzu 2011 lill-Kummissjoni, bl-isem ‘Strateġija għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni / Ilsna għall-konsultazzjoni pubblika’ (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/E-7-2011-002327" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/E-7-2011-002327">E&#8209;002327/2011</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsija orali tat-22 ta’ Marzu 2012 lill-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-disponibilità tagħhom bl-ilsna kollha tal-UE (X&#8209;XXXXXX),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Regola 110 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-Kummissjoni pproponiet li s-sena 2013 tingħażel bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini ħalli tkattar l-għarfien tan-nies dwar il-benefiċċji u d-drittijiet miksuba biċ-ċittadinanza tal-UE u biex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-involviment tal-pubbliku huwa komponent fundamentali tal-governanza demokratika, ġaladarba l-konsultazzjonijiet pubbliċi mfasslin u kkomunikati tajjeb huma waħda mill-għodod ewlenin li jagħtu sustanza lill-politika ta’ trasparenza tal-UE, u billi sal-lum il-potenzjal tagħhom ħalli tingħeleb il-qabża ta’ komunikazzjoni u informazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-UE għadu ma ġiex sfruttat sa barra;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jistieden lill-Kummissjoni tfittex attivament li tikkomunika maċ-ċittadini ordinarji billi tagħmel użu sħiħ mill-kanali eżistenti tal-komunikazzjoni ħalli tiddisemina l-konsultazzjonijiet u twettaqhom flimkien mal-NGOs u stakeholders oħrajn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-jedd ta' kull ċittadin tal-UE li jindirizza lill-istituzzjonijiet tal-UE bi kwalunkwe wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-UE jkun rispettat bis-sħiħ u implementat billi jkun żgurat li l-konsultazzjonijiet pubbliċi jkunu disponibbli bl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE, li l-konsultazzjonijiet kollha jkunu ttrattati b'mod ugwali u li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni msejsa fuq l-ilsien bejn il-konsultazzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-konsultazzjonijiet kollha jkunu jinftehmu miċ-ċittadini ordinarji u jitwettqu fi żmien biżżejjed twil li jippermetti parteċipazzjoni akbar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>