<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>11.6.2012</Date><Ref>B7-0312/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2685(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96994">Fiorello Provera</Author>, <Author id="97198">Mara Bizzotto</Author>, <Author id="96993">Lorenzo Fontana</Author>, <Author id="96654">Jaroslav Paška</Author>, <Author id="96693">Juozas Imbrasas</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2960"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f’isem il-Grupp EFD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE491.931v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0312</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2685" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2685">2012/2685(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina u t-Tibet, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2011 u tal-24 ta' Novembru 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu dwar il-projbizzjoni tal-elezzjonijiet għall-Gvern Tibetan fl-eżilju fin-Nepal tas-7 ta' April 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jiggarantixxi liċ-ċittadini kollha d-dritt għal-libertà tat-twemmin reliġjuż,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-ħatra mistennija tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-libertà tal-identità, il-kultura u r-reliġjon u għall-libertà tal-assoċjazzjoni huma prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE u l-politika barranija tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi d-Djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem ma rriżulta fl-ebda titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bnidem għat-Tibetani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-Parlament Ewropew ħa nota tal-okkupazzjoni tat-Tibet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-mibgħuta tal-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama avviċinaw lill-gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex tinstab soluzzjoni paċifika u reċiprokament benefika għall-kwestjoni tat-Tibet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina użaw saħħa sproporzjonata huma u jopponu l-protesti tal-2008 fit-Tibet u minn dak iż-żmien imponew miżuri ta' sigurtà restrittivi li jxekklu l-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tat-twemmin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-għadd ta' vittmi tal-protesti tal-2008 jista’ jkun li qabeż il-200 ruħ u l-għadd ta' dawk miżmuma taħt arrest ivarja minn 4 434 għal aktar minn 6 500 u fi tmiem l-2010 kien hemm 831 priġunier politiku magħruf fit-Tibet li minnhom 360 ġew ikkundannati ġuridizzjalment u 12 qed iservu sentenza ta' għomor il-ħabs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi t-tortura, pereżempju s-swat, l-użu ta' armi li jagħtu xokk elettriku, il-priġunerija solitarja fit-tul, il-ġuħ u miżuri simili oħra huma rappurtati li jintużaw għall-estorsjoni ta' konfessjonijiet fil-ħabsijiet fit-Tibet mill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi 38 Tibetan, fil-maġġorparti patrijiet u sorijiet, ġew irrappurtati li taw in-nar lilhom infushom mill-2009 ’l hawn, bi protesta kontra l-politiki restrittivi taċ-Ċina fit-Tibet u bħala talba għar-ritorn tad-Dalai Lama u għad-dritt tal-libertà reliġjuża fil-prefettura tal-kontea Aba/Ngaba fil-provinċja ta' Sichuan u f'partijiet oħra tal-plateau Tibetana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi l-istat attwali tal-benessri u ta' fejn jinsabu għadd ta' persuni li sfaw vittmi tas-sagrifikar tagħhom infushom permezz tal-ħruq baqgħu mhux magħrufa jew mhux ċari, partikolarment dawk ta' Chimey Palden, Tenpa Darjey, Jamyang Palden, Lobsang Gyatso, Sona Rabyang, Dawa Tsering, Kelsang Wangchuck, Lobsang Kelsang, Lobsang Kunchok u Tapey;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi Gedhun Choekyi Nyima, il-11-il Panchen Lama, inżamm mill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u ma deherx aktar mill-14 ta' Mejju 1995 ’l hawn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi l-identità, il-lingwa, il-kultura u r-reliġjon Tibetani, ix-xhieda ta' ċivilizzazzjoni storikament għanja, huma pperikolati miċ-ċaqliq ta’ nies Han biex jikkolonizzaw it-territorju storiku tat-Tibet u mill-esterminazzjoni tal-istil ta' għajxien nomadiku tradizzjonali tat-Tibetani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi l-UE tinsab fil-proċess li tistipula l-mandat u taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">M. billi t-talbiet preċedenti tal-Parlament Ewropew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE biex tindirizza s-sitwazzjoni fit-Tibet mal-kontropartijiet Ċiniżi tagħha ma wasslux għar-riżultati mistennija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Itenni li s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha tkun ibbażata fuq prinċipji u valuri komuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jitlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE iżżid u ssaħħaħ l-isforzi biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tat-Tibetani fil-qafas tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jagħtu awtonomija bis-serjetà lit-territorju storiku tat-Tibet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina ma kienx lest jissokta bid-djalogu mal-mibgħuta tal-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama minn Jannar 2010 ’l hawn u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jingaġġaw ruħhom f’diskussjoni ta’ sinifikat mar-rappreżentanti tal-Amministrazzjoni Ċentrali Tibetana dwar il-ġejjieni tat-Tibet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jinsisti li l-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà tat-twemmin tat-Tibetani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jippermettu li jitmexxa stħarriġ internazzjonali indipendenti dwar il-protesti tal-2008 u dak li seħħ warajhom u jitlob għal-liberazzjoni tal-priġunieri politiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jikkundanna kwalunkwe sura ta' tortura tal-persuni li jinsabu arrestati u jistieden u jitlob lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jippermettu li ssir spezzjoni internazzjonali indipendenti tal-ħabsijiet u taċ-ċentri ta' detenzjoni fit-Tibet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Itenni l-kundanna tiegħu tal-azzjoni qawwija ta’ trażżin li għadha għaddejja min-naħa tal-awtoritajiet Ċiniżi fuq il-monasteri Tibetani u jitlob lill-Gvern Ċiniż jiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon lill-poplu tat-Tibet kif ukoll liċ-ċittadini kollha tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jinsisti li l-awtoritajiet Ċiniżi jiżvelaw x'sar mill-persuni kollha li sfaw vittmi tas-sagrifikar tagħhom infushom permezz tal-ħruq fit-Tibet, u fejn jinsabu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jinsisti li l-awtoritajiet Ċiniżi jiżvelaw x'sar minn Chedun Choekyi Nyima, il-11-il Panchen Lama, u fejn jinsab;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jappoġġjaw il-libertajiet fundamentali lingwistiċi, kulturali, reliġjużi u libertajiet fundamentali oħra tat-Tibetani u jżommu lura milli jċaqilqu persuni Han biex jikkolonizzaw territorji storiċi tat-Tibet kif ukoll milli jġiegħlu lin-nomadi Tibetani jabbandunaw l-istil ta' għajxien tradizzjonali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż jirratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jistenna li r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem jirrapporta regolarment dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, b'mod partikolari ir-rigward tat-Tibet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE tindirizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tibet f'kull laqgħa li ssir mar-rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE taħtar Rappreżentant Speċjali tal-UE għat-Tibet bil-għan li jiġi avvanzat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem tal-poplu Tibetan, inkluż għad-dritt tiegħu li jippreserva u jiżviluppa l-identità distintiva tiegħu u t-turijiet reliġjużi, kulturali u lingwistiċi tiegħu; jiġu appoġġjati djalogu u negozjati kostruttivi bejn il-gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-mibgħuta tal-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama; u biex tingħata assistenza lir-refuġjati Tibetani, b'mod partikolari fin-Nepal u fl-Indja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Gvern Tibetan fl-Eżilju, lill-Parlament Tibetan fl-Eżilju kif ukoll lill-Qdusija Tiegħu id-Dalai Lama.</p>
</Section></Motion>