<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>27.6.2012</Date><Ref>B7-0341/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 202(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-istabbiliment ta' qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq (2012/2670(RSP))</p></Title><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96817">Erminia Mazzoni</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2878"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE491.976v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0341/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istabbiliment ta' qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2670" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2670">2012/2670(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-għadd kbir ta' petizzjonijiet minn ċittadini tal-UE li jitolbu l-istabbiliment ta' qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq (1613/10, 1274/2011, 1321/2011, 1377/2011, 1412/2011 u oħrajn),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi (CETS Nru 125),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 202(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-Artikolu 13 tat-TFUE jistipula li, peress li l-annimali huma ħlejjaq senzjenti, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa għar-rekwiżiti tal-benessri tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi m'hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq, minkejja l-fatt li l-popolazzjoni tal-annimali domestiċi tal-UE hija stmata li tammonta għal aktar minn mitt miljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi għadha ma ġietx iffirmata mill-Istati Membri kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq huma vittmi ta' trattament ħażin u moħqrija f'ħafna Stati Membri, u billi l-petizzjonanti jirreferu prinċipalment għall-Istati Membri fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jirratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali Domestiċi u biex jittrasponu d-dispożizzjonijiet tagħha fis-sistemi legali nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq qafas legali tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali domestiċi u l-annimali li jiġru fit-toroq, inkluż:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.8pt">•     regoli għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.8pt">•     strateġiji għall-ġestjoni tal-annimali li jiġru fit-toroq, inkluż programmi ta' tilqim u sterilizzazzjoni, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.8pt">•     miżuri li jippromwovu sjieda responsabbli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.8pt">•     il-projbizzjoni ta' postijiet fejn jinżammu l-klieb u xelters li ma jkollhomx permess,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.8pt">•     il-projbizzjoni ta' qtil ta' annimali li jiġru barra mingħajr indikazzjoni medika,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.8pt">•     programmi informattivi u edukattivi dwar il-benessri tal-annimali fl-iskejjel, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.8pt">•     sanzjonijiet severi li jiġu imposti fuq kull Stat Membru li jonqos milli jikkonforma mar-regoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
</Section></Motion>