<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>3.7.2012</Date><Ref>B7-0407/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ġunju 2012)</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2011/2923(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28248">Gabriele Zimmer</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2950"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE492.022v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0407/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (28-29 ta' Ġunju 2012)</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2011-2923" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2011-2923">2011/2923(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi tat-30 ta’ Mejju 2012 mill-Kummissjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-kriżi ekonomika u soċjali hija r-riżultat tal-politiki neoliberali tal-Unjoni Ewropea li ppromovew swieq finanzjari deregolati, swieq liberalizzati tal-prodotti u tas-servizzi u l-finanzjalizzazzjoni dejjem akbar tal-ekonomija kif ukoll it-tnaqqis tal-investiment pubbliku u suq tax-xogħol li qed ikun dejjem iżjed deregolarizzat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-miżuri ta' kontra l-kriżi tal-UE se jwasslu biex il-kriżi kapitalista globali ssir aktar profonda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi seħħew salvataġġi li qatt ma kien hawn bħalhom ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li wasslu għal soċjalizzazzjoni qawwija ta’ telf u defiċits pubbliċi għolja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi r-rimedji segwiti mill-Kunsill spiċċaw biex fallew; billi l-miżuri ta' awsterità aggravaw b'mod sinifikanti l-kriżi ekonomika u soċjali u wasslu għal faqar mifrux, qgħad u prekarjetà ta' strutturi ta' impjiegi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-istrutturi demokratiċi ġew imfixkla sew minħabba l-iffukar eċċessiv fuq l-awsterità u l-hekk imsejħa ‘dixxiplina tas-suq’ imposta mit-trojka;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-ingwaljanzi soċjoekonomiċi żdiedu b'mod sinifikanti minħabba r-ridistribuzzjoni kontinwa mill-pagi għall-kapital;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Itenni l-kritika tiegħu dwar il-politika falluta ta' awsterità tal-UE u jappoġġja kull pass meħud biex din titreġġa’ lura; iqis li l-miżuri proposti mill-Kunsill huma kompletament insuffiċjenti biex isolvu l-kriżi u għat-trasformazzjoni tal-Istati Membri tal-UE f’ soċjetajiet demokratiċi u inklussivi għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jinsisti li l-ippjanar u l-kontroll baġitarju jibqa’ ħidma ġenwina ta’ parlamenti u gvernijiet demokratikament eletti tal-Istati Membri tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jieħu nota li l-Kunsill għadu jaderixxi mal-politiki falluti stabbiliti fil-pakketti dwar il-governanza ekonomika, jiġifieri is-“six pack” u t-“two pack”; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż ġew adottati taħt is-Semestru Ewropew; jopponi b'mod qawwi l-proċess tas-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet makroekonomiċi relatati; huwa imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet saħansitra se tkompli żżid l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi peress li l-miżuri proposti, se jkollhom impatti negattivi speċjalment fuq l-aktar nies vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Itenni t-talbiet tiegħu għal tniżżil fil-valur tad-dejn pubbliku mingħajr kundizzjonijiet kif ukoll għal intervent dirett tal-BĊE fuq is-swieq tal-bonds primarji sabiex jeħilsu l-Istati minn dak li jiddettaw is-swieq finanzjarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jiddispjaċih li l-hekk imsejjaħ "Patt għat-tkabbir u l-impjiegi" huwa prinċipalment ripetizzjoni ta’ politiki li diġà jeżistu u mhux probabbli li jkollhom effett fit-tul fir-rigward tal-kriżi tal-kapital;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jenfasizza l-urġenza għal trasformazzjoni soċjali u ekoloġika tal-ekonomiji Ewropej peress li jekk din ma sseħħx bla dubju twassal għal aktar deklin ekonomiku u faqar mifrux; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Ifakkar lill-Kunsill li t-tkabbir ekonomiku huwa prerekwiżit għall-benesseri, iżda mhux għall-benesseri fih innifsu u għalhekk għandu jkun hemm iktar enfasi fuq it-tkabbir kwalitattiv, sostenibbli u inklussiv, u li kull ċittadin, b’mod partikolari gruppi foqra u emerġinati, għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxi għalih u jibbenefikaw minnu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jistieden lill-Istati Membri jqassmu l-ġid fl-Unjoni Ewropea b’mod indaqs billi jiġġieldu kontra l-evażjoni fiskali, billi jintroduci taxxi fuq il-ġid, billi jżidu t-taxxi fuq id-dħul għal dawk bl-ogħla dħul, u billi jintaxxaw s-settur finanzjarju u l-prodotti finanzjarji spekulattivi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Ifakkar li l-industrija finanzjarja u l-prodotti finanzjarji spekulattivi u kumplessi żżejjed tagħhom kkontribwew b'mod sinifikattiv għall-kriżi ekonomika li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħha; ifakkar li l-kontribwenti kellhom isalvaw b’livell li qatt ma kien hemm bħalu lill-istituzzjonijiet finanzjarji li bbenefikaw bil-kbir minn profitti eżorbitanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jiddispjaċih mid-dewmien tal-mexxejja Ewropej fir-rigward ta’ superviżjoni aħjar tas-swieq finanzjarji u l-atturi tagħhom; ifakkar li l-forzi tax-xellug dejjem talbu kontroll pubbliku strett ta' dawn is-swieq u l-istrumenti tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jemmen li sorveljanza aktar stretta tal-istituzzjonijiet finanzjarji tista' tkun biss l-ewwel pass lejn kontroll pubbliku ġenwin tas-settur finanzjarju; jikkonferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-industrija finanzjarja tiċċekken sabiex tkun tista' tibda tappoġġja l-ekonomija reali minflok toħloq bżieżaq spekulattivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Itenni t-talbiet tiegħu li l-banek u l-atturi finanzjarji l-oħra, li għamlu profitti enormi b’valur miżjud limitat biss għas-soċjetà bħala tali, jeħtieġ li jikkontribwixxu b'mod adegwat biex tissolva l-kriżi li ħolqu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jinsisti li Parlament Ewropew jitlob li l-pożizzjonijiet politiċi li qabel dwarhom il-Kunsill Ewropew jiġu negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill, kif ukoll mill-Parlamenti Nazzjonali, qabel ma l-Kunsill jissottometti l-proposti tiegħu formalment bil-għan li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament dwar ir-regolament tal-QFM skont l-Artikolu 312 tat-TFUE; jenfasizza li n-negozjati dwar il-proposti leġiżlattivi relatati mal-programmi multiannwali se jsiru skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u se jiġu finalizzati ġaladarba jintlaħaq ftehim dwar il-pakkett finanzjarju tagħhom; jinsab determinat li jagħmel użu sħiħ, skont il-każ, tal-poteri tiegħu ta’ approvazzjoni u l-poteri leġiżlattivi ordinarji, kif imnaqqxa fit-Trattat; itenni li jinsab ferm imħasseb li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jistgħu jantiċipaw in-negozjati leġiżlattivi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-baġit tal-Unjoni jrid ikun garantit b’livell adegwat ta' riżorsi kemm f’dak li jikkonċerna l-baġit tas-snin li ġejjin kif ukoll tal-QFM 2014/2020 li jmiss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>