<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>10.9.2012</Date><Ref>B7-0425/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2788(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="22097">Véronique De Keyser</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="25718">Saïd El Khadraoui</Author>, <Author id="97228">Pino Arlacchi</Author>, <Author id="4348">Emilio Menéndez del Valle</Author>, <Author id="96701">María Muñiz De Urquiza</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="96656">Boris Zala</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">&lt;&lt;&lt;</p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE493.586v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0425/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2788" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2788">2012/2788(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b'mod partikolari dik tas-16 ta' Frar 2012 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0057" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0057/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2012)0057</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ġunju 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja tat-23 ta' Lulju, tal-25 ta' Ġunju, tal-14 ta' Mejju, tat-23 ta' April u tat-23 ta' Marzu 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">–<span padding-left="12pt"> </span></span>wara li kkunsidra l-bosta dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President, Catherine Ashton, dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari dik tal-5 ta' Settembru 2012 dwar it-telefonata tagħha ma' Lakhdar Brahimi; dik tat-18 ta' Awwissu 2012 dwar il-ħatra tas-Sur Lakhdar Brahimi bħala Rappreżentant Speċjali Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Lega tal-Istati Għarab għas-Sirja; dik tal-4 ta' Awwissu dwar l-espulsjonijiet taċ-ċittadini Sirjani mill-awtoritajiet Libaniżi lejn is-Sirja; dik tal-20 ta' Lulju 2012 dwar il-votazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sirja; dik tat-8 ta' Lulju 2012 dwar l-inkursjonijiet tal-forzi Sirjani fit-territorju Libaniż; dik tas-6 ta' Lulju 2012 wara l-laqgħa tal-Ħbieb tal-Poplu Sirjan; dik tat-18 ta' Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni attwali tas-Sirja; dik tat-3 ta' Ġunju u tas-27 ta' Mejju 2012 dwar is-Sirja; dik tas-27 ta' April 2012 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja; dik tal-14 ta' April 2012 fejn laqgħet b'sodisfazzjon ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sirja li awtorizzat l-iskjerament ta' missjoni preparatorja ta' osservazzjoni; u dik tal-15 ta' Marzu 2012 fejn ikkundannat it-tkomplija tar-repressjoni u l-vjolenza fis-Sirja u fakkret fl-anniversarju tar-rewwixta,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Kristalina Georgieva tad-29 ta' Awwissu u tal-31 u s-17 ta' Lulju 2012 dwar is-sitwazzjoni tas-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 2059 tal-20 ta' Lulju, Nru 2043 tal-21 ta' April, u Nru 2042 tal-14 ta' April 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966; il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966; il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra tal-1984; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Protokoll Fakultattiv dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati tal-2000, li s-Sirja hija firmatarja tagħhom kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tas-6 ta' Lulju, tal-1 ta' Ġunju u tal-1 ta' Marzu 2012 dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sirja tal-15 ta' Awwissu 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Communiqué Finali tal-laqgħa tal-Grupp ta' Azzjoni għas-Sirja tat-30 ta' Ġunju 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-'Patt Nazzjonali' u l-'Viżjoni Politika Komuni għat-tranżizzjoni fis-Sirja' li ħarġu wara l-konferenza tal-oppożizzjoni Sirjana li saret taħt l-awspiċji tal-Lega tal-Istati Għarab fil-Kajr fit-2 u t-3 ta' Lulju 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-'Proġett tal-organizzazzjoni "The Day After": Appoġġ għal Tranżizzjoni Demokratika fis-Sirja' li ġie ppubblikat f'Awwissu 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi nqatlu kważi 20 000 ruħ u ħafna oħrajn indarbu waqt ir-repressjoni brutali tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni tiegħu minn Marzu 2011 'l hawn; billi 235 000 rifuġjat mis-Sirja ġew irreġistrati jew qed jistennew li jiġu rreġistrati mal-Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati; billi għexieren ta' eluf oħrajn li jaħarbu mis-Sirja lejn il-pajjiżi ġirien ma jirreġistrawx; billi, skont l-istimi tan-Nazzjonijiet Uniti, aktar minn 1.2 miljun ruħ ġew spostati internament ġewwa s-Sirja u madwar 3 miljun ruħ għandhom bżonn għajnuna umanitarja urġenti; billi l-kriżi ħadet xejra partikolarment brutali, li wasslet għaż-żieda mgħaġġla ta' dawn iċ-ċifri, f'Awwissu 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-massakru tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni tiegħu, li wassal lill-pajjiż f'xifer il-gwerra ċivili, għadu għaddej; billi r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sirja tal-15 ta' Awwissu 2012 ikkonkluda li l-forzi tal-gvern u l-ġellieda Shabbiha wettqu reati kontra l-umanità kif ukoll reati tal-gwerra u ksur gravi tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u d-dritt umanitarju, u li dawn l-azzjonijiet segwew il-politika tal-Istat bil-parteċipazzjoni tal-ogħla livelli tal-forzi armati u tas-sigurtà kif ukoll tal-gvern; billi l-Kummissjoni Għolja tan-Nazzjonijiet Uniti rrapportat ukoll li twettqu reati tal-gwerra minn gruppi armati li huma kontra l-gvern, għad li dawn ir-reati ma kinux tal-istess gravità, frekwenza u skala bħal dawk li twettqu mill-forzi tal-gvern u l-grupp ta' Shabbiha; billi l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem Navi Pillay appellat kemm-il darba lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex is-sitwazzjoni fis-Sirja tiġi riferita quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-uniku triq lejn Sirja ħielsa u demokratika hija tranżizzjoni politika inklużiva mmexxija mis-Sirjani li tissodisfa l-aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi tal-poplu Sirjan; billi aktar militarizzazzjoni tal-kunflitt jista' biss iġib miegħu tbatija akbar lill-poplu Sirjan u lir-reġjun kollu kemm hu; billi l-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sirja osservat li f'dawn l-aħħar xhur intużaw tattiċi aktar brutali u kapaċitajiet militari ġodda miż-żewġ naħat; billi l-armi qed ikomplu jidħlu s-Sirja permezz ta' diversi mezzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-President Bashar al-Assad u r-reġim awtoritarju tiegħu ma baqax post għalihom fis-Sirja fil-futur; billi r-riżenja tal-President hija l-unika triq biex jiġi evitat li l-kriżi tkompli taggrava u biex ikun possibbli li sseħħ tranżizzjoni paċifika u demokratika fil-pajjiż; billi bosta persuni li qabel kienu mexxejja poltiċi u militari tar-reġim kif ukoll ambaxxaturi telqu f'pajjiżi ġirien u lil hinn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi hemm bżonn alternattiva kredibbli għar-reġim attwali; billi din l-alternattiva għandha tkun inklużiva u rappreżentattiva tad-diversità tas-soċjetà Sirjana u għandha tirrispetta bis-sħiħ il-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b'attenzjoni speċjali għad-drittijiet tal-minoranzi etniċi, kulturali u reliġjużi kif ukoll tan-nisa; billi l-ħolqien ta' gvern proviżorju inklużiv u rappreżentattiv mill-forzi tal-oppożizzjoni jista' jikkontribwixxi għal din l-alternattiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi matul ix-xhur li għaddew ir-rappreżentanti tal-oppożizzjoni Sirjana organizzaw diversi laqgħat bil-għan li jegħlbu diverġenzi interni u li joħolqu front magħqud, u ħarġu 'Patt Nazzjonali' u 'Viżjoni Politika Komuni għat-tranżizzjoni fis-Sirja' kif ukoll konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet fil-kuntest tal-'Proġett tal-organizzazzjoni "The Day After": Appoġġ għal Tranżizzjoni Demokratika fis-Sirja'; billi, minkejja l-isforzi kollha, għad hemm firdiet u tensjonijiet interni fi ħdan din l-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi, minħabba l-veto tar-Russja u ċ-Ċina, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti s'issa għadu ma rnexxilux jagħti tweġiba adegwata għall-kriżi fis-Sirja; billi, fir-riżoluzzjoni tagħha adottata fil-31 ta' Awwissu 2012, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddeplorat il-fatt li l-Kunsill tas-Sigurtà ma rnexxilux jilħaq qbil dwar il-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità tal-awtoritajiet Sirjani mad-deċiżjonijiet tiegħu; billi, abbażi tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, intbagħtu osservaturi militari mhux armati tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sirja; billi l-operazzjonijiet ta' din il-missjoni ta' osservazzjoni ntemmu fl-20 ta' Awwissu 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi l-pjan ta' paċi msejjes fuq sitt punti li ppropona Kofi Annan bħala rappreżentant konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Lega tal-Istati Għarab falla, u dan irriżenja; billi l-eks-Ministru Alġerin għall-Affarijiet Barranin Lakhdar Brahimi dan l-aħħar inħatar bħala r-Rappreżentant Speċjali Konġunt il-ġdid tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Lega tal-Istati Għarab għas-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi, fit-30 ta' Ġunju 2012, is-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Lega tal-Istati Għarab, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, Franza, l-Iraq, il-Kuwajt, il-Qatar, ir-Russja, it-Turkija, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea ltaqgħu Ġinevra bħala l-Grupp ta' Azzjoni għas-Sirja, ippresedut mir-Rappreżentant Speċjali Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Lega tal-Istati Għarab għas-Sirja; billi dan il-Grupp ta' Azzjoni qabel dwar 'prinċipji u linji gwida dwar tranżizzjoni mmexxija mis-Sirjani': perspettiva għall-ġejjieni li tista' tiġi kondiviża minn kulħadd fis-Sirja, li tistabbilixxi passi ċari skont kalendarju rigoruż lejn it-twettiq tagħha, li tista' tiġi implimentata f'ambjent ta' sigurtà għal kulħadd, ta' stabbiltà u ta' kalma, li tista' tinkiseb malajr mingħajr aktar vjolenza u tixrid ta' demm, u li hija kredibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi twaqqaf Grupp tal-Ħbieb tas-Sirja u dan organizza diversi konferenzi fil-livell tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin inklużi n-Nazzjonijiet Uniti, il-Lega tal-Istati Għarab, l-Unjoni Ewropea, l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, l-Unjoni tal-Magreb Għarbi u l-Unjoni Afrikana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi l-kriżi fis-Sirja hija theddida kbira għas-sigurtà u l-istabbilità fraġli tar-reġjun kollu kemm hu; billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, minkejja d-diffikultajiet kollha tagħhom, il-pajjiżi ġirien tas-Sirja s'issa aċċettaw lil dawk kollha li talbuhom protezzjoni ; billi, minħabba li n-numru ta' rifuġjati u persuni spostati Sirjani kulma jmur qed jikber b'pass imgħaġġel, qed tiżdied il-pressjoni fuq dawk il-pajjiżi li jeħtieġu appoġġ internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">L.  billi l-Unjoni Ewropea imponiet sanzjonijiet immirati fuq is-Sirja f'diversi fażijiet, inklużi projbizzjoni fuq vjaġġar, iffriżar tal-assi, projbizzjoni fuq esportazzjoni ta' oġġetti lussużi u oġġetti ta' użu doppju lejn il-pajjiż, u kompliet issaħħaħ l-embargo tagħha fuq l-armi kontra s-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jerġa’ jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-massakru brutali tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni tiegħu; ifaħħar il-kuraġġ tal-poplu Sirjan; jesprimi s-solidarjetà tiegħu u l-appoġġ tiegħu għas-Sirjani li qed jitqabdu għad-demokrazija, id-dinjità, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jappella lill-atturi armati kollha sabiex iwaqqfu minnufih il-vjolenza fis-Sirja; jappella lill-gvern Sirjan sabiex jirtira l-armata Sirjana mill-bliet u l-irħula assedjati mingħajr dewmien; jerġa' jenfasizza li d-dritt umanitarju internazzjonali għandu jiġi rispettat bis-sħiħ mill-atturi kollha involuti fil-kriżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jappella għal għajnuna umanitarja immedjata għal dawk kollha li jinsabu fil-bżonn fis-Sirja, b'attenzjoni speċjali għall-midrubin, ir-refuġjati, il-persuni spostati internament, in-nisa u t-tfal; ifaħħar l-isforzi tas-Salib l-Aħmar Internazzjonali u tal-UNRWA f'dan ir-rigward; jappella lill-gvern Sirjan sabiex jippermetti lill-organizzazzjonijet umanitarji jkollhom aċċess sħiħ għall-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-isforzi tagħhom biex isibu modi alternattivi ħalli jkunu jistgħu jwasslu l-għajnuna umanitarja lill-poplu Sirjan minkejja l-ostakli u d-diffikultajiet kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Itenni l-appell tiegħu lill-President Bashar al-Assad u lir-reġim tiegħu biex jirriżenjaw minnufih, sabiex jippermettu li sseħħ tranżizzjoni demokratika, inklużiva u paċifika fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jerġa' jenfasizza li dawk li għandhom responsabbiltà għall-ksur mifrux, sistemiku u gravi tad-drittijiet tal-bniedem li twettaq fis-Sirja matul dawn l-aħħar tmintax-il xahar għandhom jinżammu responsabbli; f'dan il-kuntest, jappoġġja bis-sħiħ l-appelli li għamlet il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex is-sitwazzjoni fis-Sirja tiġi riferita quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jieħu nota tal-isforzi li għamlu r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni Sirjana biex joħolqu front magħqud tal-forzi tal-oppożizzjoni, kif ukoll tal-'Patt Nazzjonali', il-'Viżjoni Politika Komuni għat-tranżizzjoni fis-Sirja' u l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-'Proġett tal-organizzazzjoni "The Day After": Appoġġ għal Tranżizzjoni Demokratika fis-Sirja' li ħarġu dan l-aħħar; iħeġġeġ lill-oppożizzjoni Sirjana biex tkompli miexja f'din it-triq bil-għan li toħloq alternattiva kredibbli għar-reġim;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Ifaħħar l-isforzi tal-pajjiżi ġirien biex jospitaw ir-refuġjati Sirjana u jagħtuhom għajnuna umanitarja u f'dan il-kuntest jappella għal żieda fl-appoġġ u l-għajnuna internazzjonali; jenfasizza l-importanza kruċjali li tinstab tweġiba sostenibbli għall-kriżi umanitarja kemm fis-Sirja kif ukoll fost ir-refuġjati Sirjani fil-pajjiżi ġirien; iħeġġeġ lill-pajjiżi ġirien tas-Sirja biex ikomplu jagħtu protezzjoni lir-refuġjati u lill-persuni spostati Sirjani u biex, b'konformità mal-obbligi internazzjonali, iżommu milli jkeċċu u jibagħtu lura kwalunkwe persuna ta' dan it-tip lejn is-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Itenni l-appell tiegħu lill-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari r-Russja u ċ-Ċina, biex jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom sabiex il-vjolenza u r-repressjoni kontra l-poplu Sirjan jaslu fit-tmiem; ikompli jsostni l-isforzi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha f'dan il-qasam;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Speċjali Konġunt il-ġdid tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Lega tal-Istati Għarab għas-Sirja sabiex jadotta approċċ ambizzjuż u proattiv; jappella lill-komunità internazzjonali, inklużi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tagħtih appoġġ sħiħ u magħqud;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Ikompli jappoġġja l-isforzi li għaddejjin bħalissa min-naħa tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha biex jagħmlu dejjem aktar pressjoni fuq ir-reġim Sirjan permezz ta' miżuri restrittivi; jappella sabiex is-sanzjonijiet immirati jkomplu jissaħħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika Popolari taċ-Cina, lill-gvern u l-parlament tal-Iraq, lill-gvern u l-parlament tal-Ġordan, lill-gvern u l-parlament tal-Libanu, lill-gvern u l-parlament tar-Russja, lill-gvern u l-parlament tat-Turkija, lill-President u lill-Kungress tal-Istati Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, u lill-gvern u l-parlament tas-Sirja.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>