<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>10.9.2012</Date><Ref>B7-0427/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-użu politiku tal-ġustizzja fir-Russja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2789(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2295">Hannes Swoboda</Author>, <Author id="23707">Libor Rouček</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="96840">Knut Fleckenstein</Author>, <Author id="22097">Véronique De Keyser</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE493.597v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0427/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu politiku tal-ġustizzja fir-Russja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2789" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2789">2012/2789(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra n-negozjati kontinwi għal ftehim ġdid li jipprovdi qafas komprensiv ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, kif ukoll  is-"Sħubija għall-Modernizzazzjoni" mibdija fl-2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapporti u riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu<span font-weight="bold"> tas-16 ta' Frar 2012</span><footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="21.25pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt">     Test adottat, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0054" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0054/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2012)0054</ANCHOR></p>
</footnote><span font-weight="bold"> dwar l-elezzjoni presidenzjali imminenti fir-Russja, tal-14</span> ta' Diċembru 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="21.25pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt">     Test adottat, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0575" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0575/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2011)0575</ANCHOR></p>
</footnote> dwar l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat u tas- 7 ta' Lulju 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="21.25pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt">     Test adottat, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0335" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0335/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2011)0335</ANCHOR></p>
</footnote> dwar <span font-weight="bold">il-preparamenti għall-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat Russa f'Diċembru 2011,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton dwar il-kundanna tal-membri tal-grupp punk Pussy Riot fir-Russja (<span font-weight="bold">17 ta' Awwissu 2012)</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-Unjoni Ewropea għadha impenjata li ssaħħaħ u tiżviluppa ulterjorment ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, li jidher mill-impenn tal-Unjoni biex tidħol f'negozjati għal ftehim qafas ġdid għall-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, u billi l-Unjoni Ewropea u r-Russja stabbilixxew relazzjonijiet profondi u komprensivi, partikolarment fis-setturi tal-enerġija, l-ekonomija u l-kummerċ, u saru reċiprokament interdipendenti fl-ekonomija globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi għad hemm tħassib dwar l-iżviluppi fil-Federazzjoni Russa fir-rigward tar-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal prinċipji, regoli u proċeduri demokratiċi li kien intlaħaq ftehim dwarhom; billi l-Federazzjoni Russa hija membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u għalhekk impenjat ruħha favur il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-arrest u l-mewt sussegwenti fil-ħabs ta' Sergei Magnitsky jirrappreżentaw każ sostanzjali ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja; billi hemm bżonn dejjem jikber ta' politika soda u komprensiva tal-Ue fir-rigward tar-Russja, u mhux biss kritika, inkluż sanzjonijiet u miżuri restrittivi meta dan ikun meħtieġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-kundanna tal-membri tal-grupp punk Pussy Riot għal sentejn ħabs għal prestazzjoni ta' protesta kontra l-President Vladimir Putin fil-Katedral Ortodoss ta' Moska hija sproporzjonata, tqajjem tħassib serju dwar il-mod kif il-sistema ġudizzjarja tittratta liċ-ċittadini u għandha l-għan li tintimidixxi lis-soċjetà ċivili Russa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi ttieħdu passi deplorevoli biex Gennady Gudkov, membru tad-Duma mill-partit tal-oppożizzjoni <span font-style="italic">Just Russia Party</span> u <span font-style="italic" font-weight="bold">parteċipant fil-protesti tal-massa kontra l-iggvernar tal-President Putin,</span> jitneħħielu l-mandat tiegħu permezz tal-proċedura ta' suspett;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-Parlament Russu, f'Lulju 2012, adotta liġi li tagħti stejtus ta' "aġent barrani" lil organizzazzjonijiet mhux kummerċjali Russi impenjati f'attivitajiet politiċi u ffinanzjati minn barra l-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. <span font-style="italic" font-weight="bold">billi azzjonijiet reċenti minn awtoritajiet Russi kisru d-drittijiet tal-popolazzjoni ċivili u l-libertà tal-midja f'Sochi, fir-Russja, u dan kien ċar mill-fastidju kontinwu lill-attivisti u lill-ġurnalisti indipendenti qabel il-Logħob Olimpiku tax-Xitwa tal-2014;</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Itenni t-twemmin tiegħu li r-Russja għadha waħda mis-sieħba l-iktar importanti tal-Unjoni Ewropea fil-bini ta' kooperazzjoni strateġika, u jaqsmu mhux biss interessi ekonomiċi u kummerċjali iżda wkoll valuri politiċi u soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  <span font-style="italic">Ifakkar fil-każ ta' Mikhail Khodorkovsky, l-eks kap eżekuttiv tal-kumpanija Yukos oil, li għadu jinsab il-ħabs wara li ġie kkundannat f'żewġ proċessi separati fuq akkużazzjonijiet ikkunsidrati bħala motivati politikament; iqis li l-każ tiegħu huwa eżempju ċar tal-politiċizzazzjoni u n-nuqqas ta' indipendenza tas-sistema ġudizzjarja fil-Federazzjoni Russa; jinnota li t-tieni proċess tas-Sur Khodorkovsky kien deskritt mill-International Bar Association’s Human Rights Institute bħala inġust; jinnota li s-Sur Khodorkovsky ġie ddikjarat bħala priġunier tal-kuxjenza minn Amnesty International; jistieden lill-President Vladimir Putin jirrispetta għalkollox u jimplimenta s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Presidenzjali għad-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-każ tas-Sur Khodorkovsky;</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob lill-Kunsill jesplora l-possibilità li tiġi stabbilita lista komuni tal-UE ta' uffiċjali responsabbli għall-mewt ta' Sergei Magnitsky, għall-kopertura ġudizzjarja sussegwenti u għall-fastidju kontinwu u qawwi ta' ommu u ta' martu, u biex jivvaluta l-possibilità li tiġi imposta projbizzjoni ta' viża madwar l-UE fuq dawn l-uffiċjali, flimkien ma' sanzjonijiet oħra amministrattivi u finanzjarji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jesprimi d-diżappunt qawwi tiegħu bil-verdett u s-sentenza sproporzjonata maħruġa mill-Qorti Distrettwali ta' Khamovnichesky fil-każ ta' Nadezhda Tolokonnikova, Maria Alyokhina u Ekaterina Samutsevitch, membri tal-grupp punt ‘Pussy Riot’; jinnota bi tħassib li dan il-każ għandu jingħaqad maż-żieda reċenti fl-intimidazzjonijiet motivati politikament u fil-persekuzzjoni tal-attivisti tal-oppożizzjoni fil-Federazzjoni Russa, tendenza li tippreżenta tħassib dejjem jiżdied għall-Unjoni Ewropea; itenni t-twemmin tiegħu li din is-sentenza se tiġi riveduta u revokata bi qbil mal-impenji internazzjonali tar-Russja; <span font-style="italic" font-weight="bold">jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-unjoni apparentement politika bejn il-gvern statali Russu u l-Knisja Ortodossa Russa;</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jenfasizza li t-tnedija tal-proċedura politika parlamentari biex lil Gennady Gudkov, membru tal-oppożizzjoni tal-partit Just Russia, jitneħħielu l-mandat politiku tiegħu hija meqjusa b'mod wiesa' bħala intimidazzjoni mmirata lejn attività politika leġittima ta' partit tal-oppożizzjoni li appoġġat domanda mill-moviment ta' protesta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jesprimi t-tħassib tiegħu wara li l-Parlament Russu adotta liġi li tagħti stejtus ta' "aġent barrani" lil organizzazzjonijiet mhux kummerċjali Russi impenjati f'attivitajiet politiċi u ffinanzjati minn barra l-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jressqu spjegazzjonijiet u kjarifiki dwar il-kontenut tal-liġi, filwaqt li interprestazzjonijiet żbaljati jistgħu jiġġeneraw konsegwenzi negattivi serji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jenfasizza l-importanza tal-iskambju kontinwu ta' fehmiet dwar id-drittijiet tal-bniedem mar-Russja fil-kuntest tal-Konsultazzjonijiet dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-Ue u r-Russja, bħala mezz kif tiġi kkonsolidata l-interoperabilità tagħna fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni u jitlob li jkun hemm titjib fil-format ta' dawn il-laqgħat sabiex tiżdied l-effikaċja, billi tingħata attenzjoni spċjali lill-azzjoni komuni kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u biex dan il-proċess jinfetaħ għal input effettiv mill-Parlament Ewropew, id-Duma tal-Istat u l-NGOs dwar id-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li d-djalogu għandu jseħħ fir-Russja jew fi Stat Membru tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>