<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>20.11.2012</Date><Ref>B7-0520/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2829(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="988">Carlo Casini</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2876"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE493.715v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0520/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2829" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2829">2012/2829(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tal-Att rigward l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 1976, kif emendata<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/ECSC, KEE, EURATOM (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1.) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/81 (ĠU L 33, 9.2.1993, p. 15.) u b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, EURATOM (ĠU L 283, 21.10.2002, p. 1.).</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni ta'... 2012 dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi fil-livell tal-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament mill-Membri tal-Parlament Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-President tal-Kummissjoni Ewropea jiġi elett mill-Parlament fuq proposta mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, li għandu jqis ir-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Parlament u jkun wettaq il-konsultazzjonijiet xierqa qabel ma jagħmel in-nomina tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-Kummissjoni, bħala korp, għandha tkun obbligata tagħti rendikont ta' għemilha lill-Parlament Ewropew.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-Parlament il-ġdid jeħtieġ biżżejjed żmien biex jorganizza ruħu qabel l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi biex il-Kummissjoni l-ġdida tkun lesta li tibda fil-kariga tagħha fl-1 ta' Novembru 2014, l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni għandha ssir f'Lulju 2014 matul is-sessjoni parzjali kostitwenti tal-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-Parlament jivvota l-approvazzjoni tiegħu tal-kulleġġ sħiħ tal-Kummissarji wara li jkun sema' lill-kandidati proposti mill-Kunsill bi qbil komuni mal-President elett, abbażi tas-suġġerimenti magħmula mill-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Iħeġġeġ lill-familji politiċi Ewropej jinnominaw kandidati għall-Presidenza tal-Kummissjoni u jistenna li dawk il-kandidati jkollhom rwol ewlieni fil-kampanja elettorali tal-Parlament; jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-leġittimità politika kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni billi tinħoloq rabta bejn l-elezzjonijiet rispettivi tagħhom u l-għażla tal-votanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jistieden lill-President futur tal-Kummissjoni jiżgura li jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fil-Kulleġġ tal-Kummissarji li jmiss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob lill-Kunsill jikkonsulta mal-Parlament dwar l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet jew bejn il-15 u t-18 ta' Mejju jew inkella bejn it-22 u l-25 ta' Mejju 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>