<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>5.12.2012</Date><Ref>B7-0534/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni /Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni rigward l-istabbiliment ta’ Lvant Nofsani ħieles mill-armi ta' qerda massiva</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2890(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="107973">Tarja Cronberg</Author>, <Author id="28409">Raül Romeva i Rueda</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="4531">Jean Lambert</Author>, <Author id="102931">Keith Taylor</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author>, <Author id="28161">Margrete Auken</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE493.740v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0534/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni rigward l-istabbiliment ta’ Lvant Nofsani ħieles mill-armi ta' qerda massiva</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2890" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2890">2012/2890(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-26 ta’ Frar 2004<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 98 E, 23.4.2004, p. 152.</p>
</footnote>, tal-10 ta’ Marzu 2005<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 253.</p>
</footnote>, tas-17 ta’ Novembru 2005<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 280E, 18.11.2006, p.453.</p>
</footnote> u tal-14 ta’ Marzu 2007<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 301 E, 13.12.2007, p.146.</p>
</footnote> dwar in-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm nukleari, u tal-10 ta’ Marzu 2010<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 77.</p>
</footnote> dwar Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Sigurtà Ewropea li l-Kunsill Ewropew qabel dwarha fil-11 ta’ Diċembru 2008,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (AQM), adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, b'mod partikolari l-punti 6, 8 u 9 tagħha, li tesprimi “d-determinazzjoni tal-UE li tiġġieled kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u tal-mezzi ta’ konsenja tagħhom”,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliemi tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton tal-24 ta' Novembru 2012 dwar il-posponiment tal-Konferenza ta’ Ħelsinki dwar l-istabbiliment ta’ Lvant Nofsani ħieles mill-armi ta’ qerda massiva,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra t-tliet seminsars tal-UE dwar “Is-Sigurtà tal-Lvant Nofsani, in-Nonproliferazzjoni tal-AQM u d-Diżarm" li saru f'Pariġi f’Ġunju 2008, l-ewwel Seminar tal-Konsorzju għan-Nonproliferazzjoni dwar il-Lvant Nofsani li sar fi Brussell fis-6 u s-7 ta’ Lulju 2011, u t-tieni Seminar tal-Konsorzju għan-Nonproliferazzjoni dwar il-Lvant Nofsani li sar fil-5 u s-6 ta’ Novembru 2012, bil-għan li jħejji għall-konferenza tan-NU dwar żona tal-Lvant Nofsani ħielsa minn armi ta’ qerda massiva,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dokument finali tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2010 tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT), b’mod speċjali d-Dokument Finali Volum I, Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet ta’ segwitu, paragrafi 104 u 116, kif ukoll il-Kapitolu IV dwar il-Lvant Nofsani, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-1995 dwar il-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra t-trattati dwar żoni reġjonali ħielsa mill-AQM bħat-Trattat tal-1967 għall-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari fl-Amerika Latina u fil-Karibew, it-Trattat tal-1985 dwar Żona Ħielsa mill-Armi Nukleari fin-Nofsinhar tal-Paċifiku, it-Trattat tal-1996 dwar Żona Ħielsa mill-Armi Nukleari fl-Afrika u t-Trattat dwar Żona Ħielsa mill-Armi Nukleari fl-Asja Ċentrali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 1540 (2004) u 1673 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta’ Novembru 2012 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, li fiha tenna l-appoġġ tiegħu għat-tlaqqigħ ta’ Konferenza mnedija min-Nazzjonijiet Uniti bl-attendenza tal-istati kollha fil-Lvant Nofsani bil-għan li tiġi stabbilita żona ħielsa minn armi nukleari u minn armi oħra ta’ qerda massiva,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva (AQM) u l-mezzi ta’ konsenja tagħhom, kemm lil atturi statali kif ukoll lil oħrajn li mhumiex, hija waħda mill-aktar theddidiet serji għall-istabilità u s-sigurtà internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi jeħtieġ li l-NPT jissaħħaħ, bħala l-ġebla tax-xewka tar-reġim dinji tan-nonproliferazzjoni, u li jingħaraf li hemm ħtieġa urġenti ta’ tmexxija politika kuraġġuża u li jittieħdu għadd ta’ passi progressivi u konsekuttivi biex terġa’ tiġi sostnuta l-validità tal-NPT u biex jissaħħu l-ftehimiet, it-trattati u l-aġenziji li jsawru r-reġim eżistenti tan-nonproliferazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-UE impenjat ruħha li tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi, twaqqaf u, jekk ikun possibbli, telimina l-programmi ta’ proliferazzjoni li qed joħolqu tħassib fil-livell dinji, kif inhu espress b’mod ċar mill-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi seħħet ġeneralizzazzjoni tal-“klawsoli ta’ nonproliferazzjoni” li ġew introdotti fil-ftehimiet konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi mill-2003 ‘l hawn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-Kapitolu IV tad-Dokument Finali tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-NPT tal-2010 ħeġġeġ lill-istati kollha tar-reġjun biex jieħdu l-passi relevanti u jwettqu miżuri għat-tkabbir tal-fiduċja ħalli jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-objettivi tar-Riżoluzzjoni tal-1995 dwar il-Lvant Nofsani; billi d-dokument lill-partijiet ħeġġiġhom ukoll biex jorganizzaw konferenza fl-2012, bl-attendenza tal-istati kollha tal-Lvant Nofsani, dwar l-istabbiliment ta’ żona tal-Lvant Nofsani ħielsa mill-armi nukleari u minn armi oħra ta' qerda massiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-Kapitolu IV tad-Dokument Finali tal-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-NPT tal-2010 talab li is-Segretarju Ġenerali tan-NU u l-parrini tar-Riżoluzzjoni tal-1995 jaħtru faċilitatur bil-mandat li jirfed l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-1995 u li jħejji għat-tlaqqigħ tal-Konferenza tal-2012; billi s-Sottosegretarju tal-Istat Finlandiż, Jaakko Laajava, inħatar bħala faċilitatur u billi l-Finlandja ġiet iddikjarata l-pajjiż ospitanti għall-Konferenza tal-2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, iddikjara fl-24 ta' Novembru 2012 li l-Konferenza tal-2012 tista' ssir fl-2013;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jiddeplora bil-qawwa l-posponiment tal-Konferenza tal-2012 dwar l-istabbiliment ta' żona tal-Lvant Nofsani ħielsa mill-armi nukleari u minn armi oħra ta' qerda massiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-faċilitatur tan-NU, lill-parrini tar-Riżoluzzjoni tal-1995 dwar il-Lvant Nofsani, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jiżguraw li l-Konferenza tal-2012 issir mhux iktar tard mill-ewwel parti tal-2013;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Ifakkar lil-persuni interessati kollha dwar l-urġenza tal-kwistjoni, fid-dawl tal-kunflitt dwar il-programm nukleari tal-Iran u tan-negozjati dwaru, kif ukoll tal-gwerra ċivili fis-Sirja; ifakkar li l-Gvern Sirjan għadu jikkontrolla ħażna tal-armi kimiċi li hija fost l-aqwa u l-aktar perikolużi fid-dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jappella għal inizjattiva ġdida għall-bini tal-fiduċja fil-livell reġjonali, abbażi tal-eżempju tal-proċess ta’ Ħelsinki, bil-għan li jintlaħaq l-objettiv li l-Lvant Nofsani fit-tul ikun ħieles mill-kunflitti militari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jitlob li jiġu stabbiliti żoni ħielsa mill-perikli nukleari bħala pass inizjali promettenti lejn dinja bla perikli nukleari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jilqa’ bil-qawwa l-istabbiliment ta’ ħames żoni reġjonali ħielsa mill-armi nkleari, rispettivament fl-Amerika Latina u fil-Karibew, fin-Nofsinhar tal-Paċifiku, fix-Xlokk tal-Asja, fl-Asja Ċentrali u fl-Afrika; jistieden lill-Istati Membri, lill-Istati Uniti tal-Amerika u lir-Russja biex jimxu fuq dan l-eżempju billi jistabbilixxu żona Ewropea ħielsa mill-armi ta’ qerda massiva; jistieden lill-gvernijiet ta’ Franza u tar-Renju Unit biex iwarrbu l-armi nukleari tagħhom; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika biex ineħħi mill-Ewropa l-armi nukleari tattiċi kollha, u jistieden lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa biex jirtira l-armi nukleari kollha mill-parti tal-Punent tat-territorju tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati biex iġibu ‘l quddiem l-għan ta’ diżarm nukleari totali abbażi ta’ trattat internazzjonali għall-eliminazzjoni gradwali tal-armi nukleari madwar id-dinja kollha, u jtenni l-oppożizzjoni tiegħu għall-użu tal-enerġija nukleari sew għal finijiet militari kif ukoll ċivili, minħabba r-riskji inerenti ta’ użu doppju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jistieden lill-partijiet kollha biex jirrevedu d-duttrini militari tagħhom bil-ħsieb li jirrinunzjaw għal kwalunkwe għażla ta’ attakk preventiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu kull sforz ħalli jkattru l-għarfien fl-Ewropa dwar kwistjoniiet tan-nonproliferazzjoni, f’kollaborazzjoni mal-partijiet kollha u mal-atturi mhux statali li qed jaħdmu favur dinja ħielsa mill-perikli nukleari, b’mod partikolari fir-rigward tan-netwerk ta’ Parlamentari għan-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm Nukleari, in-netwerk ta’ Sindki Favur il-Paċi u n-netwerk ta’ muniċipji denuklearizzati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-faċilitatur, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti fir-reġjun.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>