<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>5.12.2012</Date><Ref>B7-0541/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0368" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0368">B7-0368/2012</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kriżi fl-industrija tal-azzar</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2833(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1941">Roberta Angelilli</Author>, <Author id="33775">Jean-Pierre Audy</Author>, <Author id="23816">András Gyürk</Author>, Lena Kolarska&#8209;Bobińska, <Author id="108080">Franck Proust</Author>, <Author id="28225">Herbert Reul</Author>, <Author id="4423">Amalia Sartori</Author>, <Author id="39721">Theodor Dumitru Stolojan</Author>, <Author id="1945">Salvatore Tatarella</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f’isem il-grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE502.547v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0541/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi fl-industrija tal-azzar</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2833" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2833">2012/2833(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-fatt li t-Trattat UE huwa bbażat fuq it-Trattat KEFA,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-fatt li, wara tmiem it-Trattat KEFA, is-setturi tal-faħam u tal-azzar huma ggvernati bid-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-fatt li wieħed mill-objettivi tal-Unjoni Ewropea huwa li tappoġġa l-industrija tal-azzar u tagħmilha kompetittiva u reattiva għat-tibdil fil-kundizzjonijiet tas-swieq Ewropej u mhux Ewropej,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-fatt li l-industrija tal-azzar hija essenzjali għat-tkabbir u l-prosperità fl-Ewropa,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-fatt li l-industrija Ewropea tal-azzar għaddejja minn tnaqqis sostanzjali tad-domanda, li qed joħloq telf progressiv ta' impjiegi u kompetittività,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-industrija tal-azzar u r-ristrutturazzjoni, it-trasferiment u l-għeluq ta' kumpaniji fl-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2011 bl-isem ‘Naffrontaw l-isfidi fis-swieq tal-prodotti bażiċi u dawk marbuta mal-materja prima’ (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0025" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0025">COM(2011)0025</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropa2020,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bl-isem ‘Industrija Ewropea aktar b’saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku’ (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0582" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0582">COM(2012)0582</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea kollha li tippreserva l-attivitajiet li jiffurmaw it-tessut industrijali tagħha u li tiżgura s-sikurezza u l-provvista tal-enerġija permezz ta' produzzjoni interna;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-industrija tal-azzar għandha rwol ewlieni fl-ekonomija Ewropea, u billi industrija Ewropea tal-azzar kompetittiva tifforma s-sisien tal-iżvilupp u tal-ħolqien tal-valur f'bosta setturi industrijali ewlenin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi s-settur qed jiffaċċja kompetizzjoni qawwija fis-suq globali, prinċipalment minn pajjiżi barra l-UE li joperaw skond regolamenti u standards differenti, kif ukoll aċċess diffiċli għal materja prima u spejjeż ogħla;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi f'dawn l-aħħar snin l-industrija tal-azzar iffaċċjat sfidi f'termini ta' ristrutturazzjoni u ta' fużjonijiet industrijali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi industriji b'teknoloġija għolja - bħal pereżempju s-settur tal-azzar - huma meqjusa bħala mudell ta' għarfien teknoloġiku, u għalhekk għandhom ikunu protetti bit-teħid ta' azzjoni immedjata biex tiġi evitata d-delokalizzazzjoni tagħhom barra t-territorju tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi malajr stampa ċara tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-isfidi ewlenin li qed jiffaċċja s-settur tal-azzar fl-Ewropa; jenfasizza li huwa importanti li l-Kummissjoni timmonitorja b'reqqa żviluppi attwali sabiex tissalvagwardja l-wirt industrijali Ewropew u l-ħaddiema involuti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Ifakkar li l-Kummissjoni, wara li skada t-Trattat KEFA, għandha d-dritt tindirizza l-impatt ekonomiku u soċjali ta' żviluppi fl-industrija Ewropea tal-azzar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq riflessjoni attenta dwar inizjattivi fuq medda medja u twila ta' żmien biex tappoġġa u tmantni l-industrija tal-azzar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħti iktar importanza lill-politika industrijali biex tqajjem il-kompetittività tal-industrija Ewropea, meta mqabbla mas-suq dinji, sabiex tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi filwaqt li tiżgura standards soċjali u ambjentali għoljin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lill-Kummissjoni ġġedded il-mekkiżmu preċedenti ta' sorveljanza stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1241/2009 tas-16 ta' Diċembru 2009<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 332, 17.12.2009, p. 54.</p>
</footnote>, li se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jemmen li l-irkupru ekonomiku Ewropew jiddependi wkoll minn industrija tal-manifattura iktar b'saħħitha, li fiha l-azzar għandu rwol ewlieni, u li l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni hija kruċjali biex din tii rilanċjata u mġedda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal żvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni Ewropew għas-settur tal-azzar sa l-2013, iżda jenfasizza l-bżonn li dan jiġi ppreżentat mill-iktar fis;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri konkreti biex tnaqqas l-ispejjeż tal-enerġija fuq medda meja u twila ta' żmien, speċjalment għall-industriji b'użu għoli ta' enerġija, u wkoll biex tħeġġeġ it-twaqqif ta' konsorzji kummerċjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibilità ta' introduzzjoni ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità għall-prodotti marbuta mal-azzar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-iżviluppi fl-istabbilimenti li jinsabu fi Florange, Liège, Terni, Targoviste, Schifflange, Piombino, Campia Turzii, Rodange, Otelu Rosu, Trieste u fi bnadi oħra, li l-eżistenti tagħhom fil-forma attwali tirrappreżenta riskju, sabiex taċċerta li l-kompetittività tas-settur Ewropew tal-azzar u l-importanza tiegħu bħala settur ta' impjieg ma jkunux mhedda; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>