<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>10.12.2012</Date><Ref>B7-0561/2012</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2911(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1934">Daniel Cohn-Bendit</Author>, <Author id="4385">Hélène Flautre</Author>, <Author id="96737">Nicole Kiil-Nielsen</Author>, <Author id="28161">Margrete Auken</Author>, <Author id="96732">Malika Benarab-Attou</Author>, <Author id="28409">Raül Romeva i Rueda</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author>, <Author id="97017">Ulrike Lunacek</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="96750">François Alfonsi</Author>, <Author id="102931">Keith Taylor</Author>, Jean&#8209;Jacob Bicep, <Author id="96821">Rui Tavares</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1107"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE502.558v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0561/2012</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2911" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2911">2012/2911(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani, b’mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar is-sitwazzjoni f'Gaża<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0454" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0454/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2012)0454</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tad-19 ta' Novembru 2012 dwar Gaża,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-2 ta’ Diċembru 2012 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Catherine Ashton, dwar l-intenzjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon rigward it-3 000 unità ta' insedjament Iżraeljani ġodda awtorizzati f'Ġerusalemm tal-Lvant u fix-Xatt tal-Punent,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/HRC/RES/S-12/1 dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fit-Territorju Palestinjan Okkupat, inkluża Ġerusalemm tal-Lvant, adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU waqt it-12-il Sessjoni Speċjali tiegħu fis-16 ta’ Ottubru 2009,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kapijiet ta’ Missjoni tal-UE dwar Ġerusalemm tal-Lvant,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi fit-22 ta' Novembru 2012, b'maġġoranza kbira, l-Asemblea Ġenerali tan-NU appoġġat il-proposta tal-President tal-Awtorità Palestinjana Mahmoud Abbas li tibdel l-istatus tal-Palestina fin-NU għal dak ta' Stat osservatur mhux membru;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-Gvern Iżraeljan ċaħad b'mod unanimu d-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, filwaqt li ddeskriva dan l-iżvilupp bħala vjolazzjoni serja tal-ftehimiet li kienu ġew iffirmati mal-Istat ta' Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi fil-jum ta' wara l-votazzjoni fl-Assemblea Ġenerali tan-NU, il-Gvern Iżraeljan ħabbar l-awtorizzazzjoni ta' 3 000 unità residenzjali f'Ġerusalemm tal-Lvant u fix-Xatt tal-Punent, u ddeċieda li jkompli x-xogħol ta' pjannar u ta' tqassim f'lotts għall-iżvilupp tal-hekk imsejjaħ proġett E1 bejn Ġerusalemm u l-insedjament ta' Ma’ale Adumim;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi, jekk jitwettaq, il-proġett E1 jaqta' lil Ġerusalemm tal-Lvant mill-bqija tax-Xatt tal-Punent u jissepara parzjalment in-naħat tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tax-Xatt tal-Punent; billi, fi kliem is-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon, dan "jirrappreżenta daqqa kważi fatali għall-possibilitajiet li għad fadal biex tinstab soluzzjoni b'żewġ stati";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi, apparti dan, il-Gvern Iżraeljan ħabbar li kien se jwaqqaf it-trasferiment tad-dħul mit-taxxi miġbura dan ix-xahar f'isem l-Awtorità Palestinjana, u li minflok kien se juża l-flus biex iħallas madwar nofs id-dejn li akkumulat l-Awtorità mal-Korporazzjoni Iżraeljana tal-Elettriku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-UE naqset milli tadotta pożizzjoni komuni dwar il-vot fl-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'14-il Stat Membru jivvotaw favur, 12 jastjenu u wieħed jivvota kontra t-talba Palestinjana; billi xi Stati Membri kkonvokaw lill-ambaxxaturi Iżraeljani biex jesprimu tħassib dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi n-negozjati bejn iż-żewġ naħat għal ftehim komprensiv tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina ġew sospiżi; billi l-insedjamenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent qed jespandu kostantement, kif intwera wkoll bil-pubblikazzjoni reċenti ta’ sejħiet għal offerti għal aktar minn 1 200 unità residenzjali fl-insedjamenti ta’ Ramot u Pisgat Ze’ev;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">H. billi, fin-nuqqas ta’ mekkaniżmu effikaċi ta’ kontroll min-naħa tal-UE, il-prodotti tal-insedjamenti Iżraeljani għadhom qed jaslu fis-suq Ewropew taħt is-sistema ta’ trattament preferenzjali; billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2012, il-Parlament Ewropew appella għall-implimentazzjoni sħiħa u effikaċi tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE għall-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn l-UE u l-Iżrael biex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu ta' kontroll tal-UE - “l-arranġamenti tekniċi” - ma jippermettix li prodotti mill-insedjamenti Iżraeljani jiġu importati fis-suq Ewropew skont it-termini preferenzjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">I.   billi t-tmiem tal-espansjoni tal-insedjamenti huwa meqjus min-naħa Palestinjana bħala prekundizzjoni biex it-taħdidiet jissuktaw; billi l-insedjamenti Iżraeljani fit-Territorji Okkupati huma illegali skont il-liġi internazzjonali u jipperikolaw b’mod irriversibbli s-soluzzjoni ta’ żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">J.   billi d-dritt tal-Palestinjani għall-awtodeterminazzjoni u d-dritt li jkollhom l-istat tagħhom huwa inkontestabbli, daqs kemm huwa inkontestabbli d-dritt tal-Iżrael li jeżisti fi fruntieri sikuri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">K. billi fil-21 ta' Novembru 2012, l-operazzjoni "Pilastru ta' Difiża" tal-Iżrael waslet fi tmiemha konsegwenza ta' ftehim li ntlaħaq bil-medjazzjoni tal-Eġittu mal-Ħamas fil-Medda ta' Gaża; billi l-punti ta' qsim lejn il-Medd ta' Gaża u minnha ilhom magħluqin minn Ġunju 2007; billi l-imblokk tal-Medda ta' Gaża jirrappreżenta kastig kollettiv għall-popolazzjoni, bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jibqa' għaddej bl-espansjoni tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent, u b'mod partikolari li jkompli x-xogħol preliminari fuq il-proġett E1 li jfixkel b'mod irriversibbli l-kostituzzjoni futura ta' Stat Palestinjan vijabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jenfasizza li din id-deċiżjoni li ttieħdet wara titjib storiku fl-istatus tal-Palestina tidher li hi att ta' ritaljazzjoni u kastig mhux ġustifikat tal-Palestinjani bħala reazzjoni għall-inizjattiva minn Mahmoud Abbas, li kienet appoġġata minn 138 pajjiż fin-NU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Huwa tal-fehma li l-istatus il-ġdid tal-Palestina fin-NU se jgħin biex jiġi bbilanċjat aħjar ir-rwol tal-partijiet bil-ħsieb li jissoktaw in-negozjati diretti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Itenni l-fehma tiegħu li m’hemmx alternattiva għal ftehim komprensiv negozjat għall-kunflitt, li jwassal għal soluzzjoni b’żewġ stati, bi stat Iżraeljan u Palestinjan jgħixu maġenb xulxin fi fruntieri sikuri rikonoxxuti internazzjonaliment; iħeġġeġ f'dan ir-rigward lill-partijiet jagħmlu kull sforz biex joħolqu l-kundizzjonijiet għall-issoktar ta' negozjati sostanzjali diretti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lill-Gvern Iżraeljan jissokta t-trasferiment tad-dħul mit-taxxi lill-Awtorità Palestinjana bi qbil mal-ftehimiet iffirmati u biex ma jġibx għall-agħar is-sitwazzjoni umanitarja li diġà hija diffiċli fit-Territorji Okkupati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jilqa' l-ftehim tal-21 ta' Novembru 2012 li ntalaħaq bil-medjazzjoni tal-Eġittu, li ġab fi tmiemu l-kunflitt riċenti fil-Medda ta' Gaża u fin-Nosinhar tal-Iżrael, u jistieden lill-partijiet jinvolvu ruħhom f'aktar negozjati biex jikkonsolidaw il-ftehim ta' waqfien mill-ġlied u jwittu t-triq għal waqfien permanenti għall-ostilitajiet kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jitlob it-tmiem immedjat tal-imblokk Iżraeljan f’Gaża bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess fil-Medda għall-assistenza umanitarja internazzjonali u li jiġu rispettati d-dinjità u d-dritt ta’ ġejjieni aħjar tal-popolazzjoni Palestinjana li tgħix hemm;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jenfasizza li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali mill-partijiet kollha u fiċ-ċirkostanzi kollha għadha prekundizzjoni essenzjali biex tintlaħaq paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani, u jirrimarka għal darba oħra li l-unika mod kif tintlaħaq soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani huwa permezz ta' mezzi paċifiċi u mhux vjolenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jibqa' jappella għar-rikonċiljazzjoni Palestinjana, li hija l-mod biex jerġgħu jingħaqdu l-Palestinjani li jgħixu fil-Medda ta' Gaża, fix-Xatt tal-Punent u f'Ġerusalemm tal-Lvant, li huma parti tal-istess poplu Palestinjan li jgħix fit-Territorju Palestinjan Okkupat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Għal darb’oħra jitlob li l-insedjamenti Iżraejani fix-Xatt tal-Punent jiġu ffriżati sabiex, inter alia, titwitta t-triq biex jissoktaw negozjati kostruttivi u sostanzjali bejn il-partijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu kull sforz biex jiksbu l-implimentazzjoni sħiħa u effikaċi tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u l-ftehimiet bilaterali eżistenti bejn l-UE u l-Iżrael biex jiġi żgurat li l-mekkaniżmu ta' kontroll tal-UE - “l-arranġamenti tekniċi” - ma jippermettix li prodotti mill-insedjamenti Iżraeljani jiġu importati fis-suq tal-UE skont it-termini preferenzjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Iqis li ta' min jiddispjaċih li għal darb'oħra l-UE naqset milli titkellem b'vuċi waħda fin-NU dwar it-talba leġittima ta' Mahmoud Abbas li l-istatus tal-Palestina jittejjeb, u jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tislet it-tagħlima minn dan in-nuqqas Ewropew riċenti u diżappuntanti biex jinstabu modi kif jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn fil-futur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jerġa' jafferma li kwalunkwe titjib fir-relazzjonjiet bejn l-UE u l-Iżrael għandu jkun jiddependi ħafna fuq konformità stretta mal-liġi internazzjonali u mal-liġi umanitarja, inkluż it-tneħħija immedjata tal-imblokk fuq il-Medda ta' Gaża, friża totali fuq il-kostruzzjonijiet kollha ta' insedjamenti fix-Xatt tal-Punent, inkluż f'Ġerusalemm tal-Lvant, u impenji u azzjonijiet reali bl-għan li jintlaħaq ftehim komprensiv ta' paċi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Gvern Iżraeljan, lill-Knesset, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan u lill-korpi tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>