<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>9.1.2013</Date><Ref>B7-0004/2013</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar vittmi ta' nirien li seħħew reċentement f'fabbriki tat-tessuti, b'mod partikolari fil-Bangladexx</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2908(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f’isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE503.509v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0004/2013</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar vittmi ta' nirien li seħħew reċentement f'fabbriki tat-tessuti, b'mod partikolari fil-Bangladexx</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2908" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2908">2012/2908(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Novembru 2012 tad-delegazzjoni tal-UE fil-Bangladexx,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta' Mejju 2006 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd (COM/2006/0249),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi fl-24 ta' Novembru 2012 iktar minn 110 persuna mietu f’nirien li seħħew f'fabbrika tat-tessuti ta’ Tazreen Fashions, li tinsab f’Ashulia, ftit ’il barra minn Daka;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi fil-Bangladexx hemm iktar minn 4 500 fabbrika tal-ħwejjeġ li jimpjegaw iktar minn erba’ miljun ħaddiem, li ħafna minnhom huma nisa; billi l-industrija hija kruċjali għall-ekonomija nazzjonali bħala sors ta’ impjieg u munita barranija, peress li l-ħwejjeġ jammontaw għal madwar 80 % tal-esportazzjonijiet tal-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi l-fabbriki tal-ħwejjeġ tal-Bangladexx jipproduċu għal ħafna ditti internazzjonali tal-ħwejjeġ, inklużi ditti tal-ħwejjjeġ Ewropej, b’57 % tal-esportazzjonijiet kollha tal-pajjiż imorru għall-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-kundizzjonijiet fil-fabbriki tat-tessuti ta’ sikwit ikunu ħżiena, bi ftit li xejn kunsiderazzjoni għad-drittijiet tax-xogħol bħalma huma dawk rikonoxxuti mill-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO, u xi kultant ma tingħata l-ebda attezzjoni jew ftit li xejn tingħata attenzjoni għas-sikurezza kontra n-nirien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi l-fabbrika Tazreen Fashions ipproduċiet ħwejjeġ għas-C&amp;A, fost l-oħrajn; billi s-C&amp;A wiegħdet EUR 5 miljun bħala kumpens għall-vittmi u programmi biex jissaħħu l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza għall-ħaddiema tal-fabbriki tat-tessuti fil-Bangladexx;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi l-UE, skont il-proġett “Il-Promozzjoni ta’ Standards tax-Xogħol fis-settur tal-Ħwejjeġ Lesti”, attwalment qed tagħti appoġġ lill-Ministru tax-Xogħol u l-Impjiegi u lill-Assoċjazzjoni tal-Manifatturi u l-Esportaturi tal-Ħwejjeġ tal-Bangladexx sabiex jiġu pprovduti verifiki ta’ konformità lill-fabbriki u għat-taħriġ ta' spetturi tax-xogħol u awdituri tal-konformità tal-fabbriki; billi, barra minn hekk, l-UE pprovdiet tagħmir u taħriġ lis-Servizz tat-Tifi tan-Nar u d-Direttorat għall-Protezzjoni Ċivili tal-Bangladexx;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi fix-xhur riċenti kien hemm għadd dejjem ikbar ta’ nirien f’fabbriki tat-tessuti, fil-Bangladexx u f’pajjiżi oħrajn, inklużi dawk fil-bliet Pakistani ta’ Karachi u Lahore fil-11 ta' Settembru 2012, fejn mietu 315-il persuna u iktar minn 250 sfaw midruba serjament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jinsab ixxukkjat fir-rigward tan-nirien li ħatfu l-fabbrika Tazreen u jesprimi s-solidarjetà u l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi u l-familji tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fenomenu rikorrenti ta’ nirien fil-fabbriki tat-tessuti fil-Bangladexx u f’pajjiżi oħrajn li jipproduċu l-ħwejjeġ b’pagi baxxi bħalma hu l-Pakistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx ikompli l-investigazzjonijiet tiegħu fil-kawżi tan-nirien u jressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk misjuba responsabbli; jistieden, barra minn hekk, lill-Gvern tal-Bangladexx jinvesti fi programmi ta’ spezzjonijiet madwar il-pajjiż kollu sabiex jiġu żgurat li l-binjiet użati attwalment huma adegwati għall-funzjoni tagħhom u li l-binjiet u s-sistema tal-wajers tagħhom jissodisfaw l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jistieden lis-sidien kollha tal-fabbriki fil-Bangladexx jirrevedu immedjatament il-proċeduri ta’ sikurezza fis-seħħ fil-fabbriki tagħhom u jwettqu kontrolli tal-binjiet, inkluż fir-rigward tas-sikurezza elettrika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lid-ditti tal-ħwejjeġ Ewropej jinvestigaw bir-reqqa l-ktajjen ta’ provvista tagħhom u jikkooperaw mas-sottokuntratturi tagħhom biex isaħħu l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha jiġġieldu l-korruzzjoni fil-katina ta' provvista li tista’ twassal għal sitwazzjonijiet ta' theddida għall-ħajja bħal dawk ikkawżati minn ċertifikati ta’ sikurezza ffalzifikati jew miksuba b'mod illegali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jitlob lill-Kummissjoni  tkompli, u jekk ikun neċessarju, tespandi l-impenji attwali tagħha rigward is-sikurezza tal-fabbriki fil-Bangladexx u f’pajjiżi oħrajn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern, il-Parlamenti u l-Ministeru tal-Intern tal-Bangladexx, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>