<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>9.1.2013</Date><Ref>B7-0013/2013</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-Mistoqsija għal Tweġiba Orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0552" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0552">B7–0552/2012</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini ta’ ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi ("magħmul fi")</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2923(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28219">Daniel Caspary</Author>, <Author id="108080">Franck Proust</Author>, <Author id="96774">Jarosław Leszek Wałęsa</Author>, <Author id="96763">Pablo Zalba Bidegain</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f’isem il-grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="36396">Gianluca Susta</Author>, <Author id="96930">Vital Moreira</Author>, <Author id="1909">Bernd Lange</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2949"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97229">Niccolò Rinaldi</Author>, <Author id="97022">Robert Rochefort</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f’isem il-grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE503.522</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0013/2013</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini ta’ ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi ("magħmul fi")</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2923" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2923">2012/2923(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2005-0661" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2005-0661">COM(2005)0661</ANCHOR> – C7 0048/2010 – 2005/0254 (COD)), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tiegħu għall-Kummerċ Internazzjonali (<ANCHOR href="#reds:iPlRp/A-7-2010-0273" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRp/A-7-2010-0273">A7-0273/2010</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tagħha fl-ewwel qari adottata fil-21 ta' Ottubru 2010<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 212.</p>
</footnote> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-anness għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2013", tat-23 ta' Ottubru 2012 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0629" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0629">COM(2012)0629</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar immarkar tal-oriġini, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ir-regolament dwar obbligatorju mmarkar tal-oriġini għal ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2012-000217" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2012-000217">O-000217/2012</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2012-0552" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2012-0552">B7&#8209;0552/2012</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi fil-21 ta' Ottubru 2010 adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi (minn hawn 'il quddiem ir-Regolament "Magħmul fi") b'525 voti għal 49, u bi 44 astensjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi, għalkemm għaddew aktar minn sentejn, il-Kunsill għadu ma adottax il-pożizzjoni komuni tiegħu, u ħalla l-proċess ta' kodeċiżjoni fi stat ta' staġnar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi fil-Programm ta' Ħidma tagħha 2013 il-Kummissjoni tindika li, minbarra n-nuqqas ta' qbil fil-Kunsill, l-iżviluppi reċenti fl-interpretazzjoni legali tar-regoli tad-WTO mill-Korp Appellate tal-organizzazzjoni rendew il-proposta tagħha antikwata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-UE ma jkollhiex fis-seħħ regoli armonizzati dwar id-dikjarazzjoni tal-oriġini ta' oġġetti importati, ħlief għal ċerti każijiet fis-settur agrikolu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi skemi tal-immarkar tal-oriġini obbligatorji ġew implimentati għal ċerti prodotti minn pajjiżi terzi membri tad-WTO bħall-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina u l-Istati Uniti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi dispożizzjonijiet komuni huma meħtieġa biex tittejjeb il-kompetittività fost il-pajjiżi membri tad-WTO u biex jiġi żgurat ambjent b'kundizzjonijiet ekwi mal-produtturi f'dawk tal-pajjiżi sħab tal-UE ewlenin li implimentaw immarkar tal-oriġini;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">G. billi l-informazzjoni hija waħda mill-pedamenti tal-libertà taċ-ċittadini u l-ħarsien tal-konsumatur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira r-Regolament dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini għal ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi, approvat fl-ewwel qari mill-Parlament, mingħajr ma informatu kif dovut fil-ħin u mingħajr ma pprovdiet spjegazzjoni dettaljata lill-koleġiżlaturi tal-iskop tagħha, qabel ma ħadet id-deċiżjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis id-deċiżjoni tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, inkella, biex tippreżenta proposta riveduta u aġġornata għal dan ir-Regolament, li jkopri dawk is-setturi li diġà huma inklużi fit-test preċedenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jistieden b'urġenza lill-Kummissjoni, biex tibda studju komparattiv tar-regolamenti leġiżlattivi dwar immarkar tal-oriġini attwalment fis-seħħ u implimentat f'kull pajjiż membru tad-WTO, bil-għan li tanalizza l-prinċipji sottostanti u l-tewalva l-kompatibbiltà mar-regoli tad-WTO;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Ifakkar li s-suċċess tal-kummerċ miftuħ u ġust tal-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi tmur id f'id mal-konformità mar-regoli tad-WTO;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Ifakkar, hekk kif għamel f'okkażjonijiet preċedenti, l-importanza li jiġu preżervati, bħala parti mill-kummerċ multilaterali, kundizzjonijiet indaqs bejn l-impriżi tal-UE u l-kompetituri tagħhom minn pajjiżi terzi u li jkun hemm approċċ konsistenti sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jistieden lill-Kunsill jiddefinixxi l-pożizzjoni komuni tiegħu wara l-ewwel qari tal-Parlament sabiex jippermettu d-dibattitu interistituzzjonali normali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>