Dokument ta' sessjoni
4.2.2013 B7‑0079/2013
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI DWAR IL-FTUĦ U L-MANDAT TA' NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI
imressqa skont l-Artikolu 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta' Proċedura
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni
( COM(2011)0625 – C7‑0336/2011 – COM(2012)0552 – C7‑0311/2012 – 2011/0280(COD) – 2013/2528(RSP) )
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (*)
(*) Tim tan-negozjati: President, Rapporteur u shadow rapporteurs
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ftuħ u l-mandat ta' negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni
( COM(2011)0625 – C7‑0336/2011 – 2011/0280(COD) – 2013/2528(RSP) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– billi l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;
Jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:
MANDAT
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali" tistabbilixxi sfidi, objettivi u orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013. Fid-dawl tad-dibattitu dwar dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tkun irriformata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Dik ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riforma, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u jinbidel b’test ġdid. Ir-riforma għandha wkoll, kemm jista’ jkun, tagħmel id-dispożizzjonijiet konformi u sempliċi. | (1) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali" tistabbilixxi sfidi, objettivi u orjentazzjonijiet potenzjali għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2013. Fid-dawl tad-dibattitu dwar dik il-Komunikazzjoni, il-PAK għandha tkun irriformata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Dik ir-riforma għandha tkopri l-istrumenti ewlenin kollha tal-PAK, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni tar-riforma, huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u jinbidel b’test ġdid. Ir-riforma għandha wkoll, kemm jista’ jkun, tagħmel id-dispożizzjonijiet konformi u sempliċi. |
Or. en
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Jeħtieġ li jkun hemm PAK b'saħħitha, appoġġjata minn baġit suffiċjenti b’żieda f’termini reali fuq il-perjodu 2007 sal-2013 sabiex l-Unjoni Ewropea, f'kull mument, tkun tista' tipproduċi l-kwantità u l-varjetà meħtieġa ta' prodotti tal-ikel ta' kwalità għolja u biex tgħin fil-promozzjoni tal-impjiegi, tippreserva u tipproduċi beni ambjentali, tikkumbatti t-tibdil fil-klima u tiġġestixxi t-territorju. Il-PAK, barra minn hekk, għandha tkun ibbażata fuq dispożizzjonijiet li jinftiehmu mill-ewwel mill-bdiewa, mill-partijiet l-oħra kkonċernati u miċ-ċittadini b'mod ġenerali, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fl-implimentazzjoni, ikun jista' jkun hemm sorveljanza u jitnaqqsu l-ispejjeż għall-operaturi u l-amministraturi. |
Or. en
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1b) Wieħed mill-objettivi u r-rekwiżiti ewlenin tar-riforma tal-PAK huwa t-tnaqqis fil-piż amministrattiv. Dan l-għan għandu jitqies sew meta jitfasslu d-dispożizzjonijiet rilevanti għall-iskema ta’ appoġġ dirett. In-numru ta’ skemi ta’ appoġġ ma għandux jaqbeż il-limitu meħtieġ, filwaqt li l-bdiewa u l-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-obbligi rispettivi mingħajr burokrazija żejda. Il-piż amministrattiv futur tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji għandu jitnaqqas permezz ta’ livelli ta’ tolleranza orjentati lejn il-prattika, limiti de minimis u bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll. |
Or. en
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Biex titqies leġiżlazzjoni ġdida dwar skemi ta’ appoġġ li jistgħu jkunu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-emendar tal-lista ta’ skemi ta’ appoġġ koperta b'dan ir-Regolament. | (8) Biex titqies leġiżlazzjoni ġdida dwar skemi ta’ appoġġ li jistgħu jkunu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa biex l-atti delegati jiġu adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-emendar tal-lista ta’ skemi ta’ appoġġ stipulata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Biex jitqiesu elementi ġodda speċifiċi u biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-istipular ta’ aktar definizzjonijiet dwar l-aċċess għall-appoġġ skont dan ir-Regolament, u jiġi stabbilit qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li b'mod naturali jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif ukoll il-kriterji li jridu jilħqu l-bdiewa biex jitqies li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għall-produzzjoni u l-kriterju biex tiġi determinata l-predominanza ta' ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor fir-rigward tal-bwar permanenti. | (9) Biex jitqiesu elementi ġodda speċifiċi u biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji li bihom l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li b'mod naturali jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif ukoll il-qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li jridu jilħqu l-bdiewa biex jitqies li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għall-produzzjoni. |
Or. en
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Biex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta' regoli dwar il-bażi tal-kalkolu ta’ tnaqqis li għandhom ikunu applikati mill-Istati Membri lill-bdiewa skont l-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja. | imħassar |
Or. en
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-esperjenza mill-applikazzjoni tad-diversi skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa uriet li, f'għadd ta' każijiet, l-appoġġ ingħata lill-benefiċjari li l-fini tan-negozju tagħhom ma kinitx immirata lejn l-attività agrikola, jew kienet immirata b’mod marġinali biss, bħall-ajruporti, il-kumpaniji ferrovjarji, il-kumpaniji ta’ proprjetà immobbli u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-grawnds tal-isports. Biex jiżguraw l-immirar aħjar tal-appoġġ, l-Istati Membri għandhom jevitaw li jagħtu pagamenti diretti lil persuni fiżiċi u ġuridiċi bħal dawn. Il-bdiewa part-time żgħar jikkontribwixxu direttament għall-vitalità taż-żoni rurali, u għalhekk ma għandhomx jiċċaħħdu milli jingħataw pagamenti diretti. | (13) L-esperjenza mill-applikazzjoni tad-diversi skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa uriet li, f'għadd ta' każijiet, l-appoġġ ingħata lil persuni fiżiċi u ġuridiċi li l-fini tan-negozju tagħhom ma kinitx immirata lejn l-attività agrikola. Biex jiġi żgurat li l-appoġġ ikun immirat aħjar u is-sitwazzjonijiet reali jkunu riflessi mill-qrib kemm jista’ jkun, huwa importanti li r-responsabilità għad-definizzjoni ta’ "bidwi attiv" tingħata lill-Istati Membri. Dawn għandhom, għalhekk, jevitaw li jagħtu pagamenti diretti lil entitajiet bħall-kumpaniji tat-trasport, l-ajruporti, il-kumpaniji ta’ proprjetà immobbli, il-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-grawnds tal-isports, l-operaturi tas-siti tal-kampeġġ u l-kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri; sakemm entitajiet bħal dawn ma jistgħux jippruvaw li huma jissodisfaw il-kriterji għad-definizzjoni bħala bdiewa attivi. Il-bdiewa part-time żgħar jikkontribwixxu direttament għall-vitalità taż-żoni rurali, u għalhekk ma għandhomx jiċċaħħdu milli jingħataw pagamenti diretti. |
Or. en
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Id-distribuzzjoni ta’ appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa hija kkaratterizzata mill-allokazzjoni ta’ ammonti sproporzjonati ta’ pagamenti lil għadd relattivament żgħir ta’ benefiċjarji kbar. Minħabba ekonomiji tal-qies, benefiċjarji akbar ma jeħtiġux l-istess livell ta’ appoġġ unitarju biex l-objettiv ta’ appoġġ għad-dħul jintlaħaq b’mod effiċjenti. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-adattament jagħmilha eħfef għal benefiċjarji akbar biex joperaw b’livelli aktar baxxi ta’ appoġġ unitarju. Għalhekk, ikun ġust li tiddaħħal sistema għall-benefiċjarji kbar fejn il-livell ta’ appoġġ jinżel gradwalment u fl-aħħar nett ikollu limitu massimu biex titjieb id-distribuzzjoni ta’ pagamenti bejn il-bdiewa. Madankollu, sistema bħal din għandha tqis l-intensità tax-xogħol bil-paga biex ikunu evitati effetti sproporzjonati fuq azjendi agrikoli kbar b’ħafna impjegati. Dawk il-livelli massimi ma għandhomx japplikaw għal pagamenti mogħtijin lil prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent minħabba li l-objettivi ta’ benefiċċju li huma jsegwu jistgħu jonqsu b’riżultat t’hekk. Biex il-limitu massimu jkun effikaċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xi kriterji biex jevitaw operazzjonijiet abbużivi minn bdiewa li jfittxu li jevadu l-effetti tiegħu. Ir-rikavat mit-tnaqqis u mil-limitu massimu ta’ pagamenti lil benefiċjarji kbar għandu jibqa’ fl-Istati Membri fejn kien iġġenerat u għandu jintuża għall-finanzjament ta’ proġetti b’kontribut sinifikanti ta’ innovazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’….dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [RDR]. | (15) Id-distribuzzjoni ta’ appoġġ dirett għad-dħul fost il-bdiewa hija kkaratterizzata mill-allokazzjoni ta’ ammonti sproporzjonati ta’ pagamenti lil għadd relattivament żgħir ta’ benefiċjarji kbar. Minħabba ekonomiji tal-qies, benefiċjarji akbar ma jeħtiġux l-istess livell ta’ appoġġ unitarju biex l-objettiv ta’ appoġġ għad-dħul jintlaħaq b’mod effiċjenti. Barra minn hekk, il-potenzjal għall-adattament jagħmilha eħfef għal benefiċjarji akbar biex joperaw b’livelli aktar baxxi ta’ appoġġ unitarju. Għalhekk, ikun ġust li tiddaħħal sistema għall-benefiċjarji kbar fejn il-livell ta’ appoġġ jinżel gradwalment u fl-aħħar nett ikollu limitu massimu biex titjieb id-distribuzzjoni ta’ pagamenti bejn il-bdiewa. Madankollu, sistema bħal din għandha tqis ix-xogħol impjegat, inklużi s-salarji u l-ispejjeż tal-kuntratturi, biex ikunu evitati effetti sproporzjonati fuq azjendi agrikoli kbar b’ħafna impjegati. Dawk il-livelli massimi ma għandhomx japplikaw għal pagamenti mogħtijin lil prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent minħabba li l-objettivi ta’ benefiċċju li huma jsegwu jistgħu jonqsu b’riżultat t’hekk. Biex il-limitu massimu jkun effikaċi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xi kriterji biex jevitaw operazzjonijiet abbużivi minn bdiewa li jfittxu li jevadu l-effetti tiegħu. Ir-rikavat mit-tnaqqis u mil-limitu massimu ta’ pagamenti lil benefiċjarji kbar għandu jibqa’ fl-Istati Membri fejn kien iġġenerat u għandu jintuża għall-finanzjament ta’ proġetti b’kontribut sinifikanti għall-innovazzjoni u l-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’….dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [RDR]. Imbagħad ikun possibbli li l-Istati Membri jallokaw is-somom ġenerati mil-limitu massimu lill-benefiċjarji ikbar, li kienu suġġetti għall-eżerċizzju tal-limitu massimu, għal iskopijiet ta' investiment fl-innovazzjoni. |
Or. en
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Biex tkun żgurata distribuzzjoni aħjar ta’ appoġġ fost artijiet agrikoli fl-Unjoni, inkluż f’dawk l-Istati Membri li applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, skema ġdida ta’ pagament bażiku għandha tissostitwixxi l-iskema ta’ pagament uniku stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa , u li ssoktat bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, li għaqqad mekkaniżmi ta’ appoġġ eżistenti qabel fi skema waħda ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati. Pass bħal dan għandu jġib miegħu l-iskadenza ta’ drittijiet għall-pagament miksubin skont dawk ir-Regolamenti u l-allokazzjoni ta’ oħrajn ġodda, għalkemm ikunu għadhom ibbażati fuq l-għadd ta’ ettari eliġibbli għad-dispożizzjoni tal-bdiewa fl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-iskema. | (20) Biex tkun żgurata distribuzzjoni aħjar ta’ appoġġ fost artijiet agrikoli fl-Unjoni, inkluż f’dawk l-Istati Membri li applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, skema ġdida ta’ pagament bażiku għandha tissostitwixxi l-iskema ta’ pagament uniku stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa , u li ssoktat bir-Regolament (KE) Nru 73/2009, li għaqqad mekkaniżmi ta’ appoġġ eżistenti qabel fi skema waħda ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati. L-Istati Membri għandhom jimmodifikaw is-sistemi ta' appoġġ eżistenti tagħhom sabiex jallinjawhom ma' dan ir-Regolament, mingħajr ma jabolixxu neċessarjament il-mudelli ta' pagament dirett attwali tagħhom. |
Or. en
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Minħabba l-integrazzjoni suċċessiva ta’ diversi setturi fl-iskema ta’ pagament uniku u l-perjodu ta’ wara ta’ aġġustament mogħti lill-bdiewa, sar dejjem iżjed diffiċli biex wieħed jiġġustifika l-preżenza ta' differenzi individwali sinifikanti fil-livell ta' appoġġ għal kull ettaru li jirriżulta mill-użu ta' referenzi storiċi. Għalhekk l-appoġġ għad-dħul dirett għandu jkun imqassam b’mod iktar ekwu bejn l-Istati Membri, billi titnaqqas ir-rabta mar-referenzi storiċi u jiġi kkunsidrat il-kuntest kumplessiv tal-baġit tal-Unjoni. Biex tiġi żgurata distribuzzjoni iktar ekwa ta’ appoġġ dirett, filwaqt li jitqiesu d-differenzi li għad hemm fil-livelli salarjali u l-ispejjeż tad-dħul, il-livelli tal-appoġġ dirett għal kull ettaru għandhom jiġu aġġustati progressivament. Matul dan il-perjodu, l-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti inqas minn 90 % tal-medja għandhom jagħlqu terz mid-distakk bejn il-livell attwali tagħhom u dan il-livell. Din il-konverġenza għandha tiġi ffinanzjata b’mod proporzjonali mill-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti 'l fuq mill-medja tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-drittijiet kollha għall-pagamenti attivati fl-2019 fi Stat Membru jew f’reġjun għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi wara konverġenza lejn dan il-valur li għandha sseħħ matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni fi stadji lineari. Madankollu, biex ikunu evitati konsegwenzi finanzjarji ta’ tfixkil għall-bdiewa, l-Istati Membri, wara li jkunu użaw l-iskema ta’ pagament uniku, u partikolarment il-mudell storiku, għandhom ikunu jistgħu jqisu fatturi storiċi b’mod parzjali meta jikkalkulaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema l-ġdida. Id-dibattitu dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss għall-perjodu li se jibda fl-2021 għandu jiffoka wkoll fuq l-objettiv ta' konverġenza kompleta permezz tad-distribuzzjoni ekwa tal-appoġġ dirett mal-Unjoni Erwopea kollha matul dak il-perjodu. | (21) Minħabba l-integrazzjoni suċċessiva ta’ diversi setturi fl-iskema ta’ pagament uniku u l-perjodu ta’ wara ta’ aġġustament mogħti lill-bdiewa, sar dejjem iżjed diffiċli biex wieħed jiġġustifika l-preżenza ta' differenzi individwali sinifikanti fil-livell ta' appoġġ għal kull ettaru li jirriżulta mill-użu ta' referenzi storiċi. Għalhekk l-appoġġ għad-dħul dirett għandu jkun imqassam b'mod iktar ekwu billi titnaqqas gradwalment ir-rabta mar-referenzi storiċi u jiġi kkunsidrat il-kuntest kumplessiv tal-baġit tal-Unjoni. Biex tiġi żgurata distribuzzjoni iktar ekwa ta’ appoġġ dirett, filwaqt li jitqiesu d-differenzi li għad hemm fil-livelli salarjali u l-ispejjeż tad-dħul, il-livelli tal-appoġġ dirett għal kull ettaru għandhom jiġu aġġustati progressivament. Id-drittijiet kollha għall-pagamenti attivati fl-2019 fi Stat Membru jew f’reġjun għandhom joqorbu lejn jew jilħqu valur ta’ unità uniformi wara konverġenza lejn dan il-valur li għandha sseħħ matul perjodu ta’ tranżizzjoni flessibbli fi stadji. Biex ikunu evitati konsegwenzi finanzjarji ta' tfixkil għall-bdiewa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jillimitaw telf individwali, u l-Istati Membri, wara li jkunu użaw l-iskema ta' pagament uniku, u partikolarment il-mudell storiku, għandhom ikunu jistgħu jqisu fatturi storiċi b'mod parzjali meta jikkalkulaw il-valur tad-drittijiet għall-pagament. |
Or. en
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) Flimkien mal-konverġenza ta’ pagamenti ta’ appoġġ fil-livell nazzjonali u reġjonali, il-pakketti nazzjonali għall-pagamenti diretti għandhom jiġu aġġustati biex fl-Istati Membri b’livell attwali ta’ pagamenti diretti għal kull ettaru inferjuri għal 70% tal-medja tal-Unjoni, dak id-distakk jitnaqqas bi 30%. Fl-Istati Membri b’livell ta’ pagamenti diretti bejn 70% u 80% tal-medja, id-differenza ta’ inferjorità għandha titnaqqas b’25% u f’dawk l-Istati Membri fejn il-livell huwa ogħla minn 80% tal-medja għandha tjitnaqqas b’10%. Wara li jkunu saru dawn l-aġġustamenti, il-livell irċevut ma għandux, fl-ebda Stat Membru, ikun inferjuri għal 65% tal-medja tal-Unjoni. Fil-każ ta’ Stati Membri b’livelli ta’ pagamenti ’l fuq mill-medja tal-Unjoni, l-isforz tal-konverġenza ma għandux jirriżulta b’mod li dawk il-livelli jaqgħu taħt il-medja. Din il-konverġenza għandha tiġi ffinanzjata b’mod proporzjonali mill-Istati Membri kollha b’pagamenti diretti ’l fuq mill-medja tal-Unjoni. |
Or. en
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku turi li xi wħud mill-elementi ewlenin tagħha għandhom jinżammu, inkluża d-determinazzjoni ta' limiti massimi nazzjonali biex ikun żgurat li l-livell totali ta' appoġġ ma jaqbiżx ir-restrizzjonijiet baġitarji attwali. L-Istati Membri għandhom ukoll ikomplu joperaw riżerva nazzjonali li tkun tista’ tintuża biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ ġodda fl-iskema jew jistgħu jintużaw biex jitqiesu ħtiġijiet speċifiċi f’ċerti reġjuni. Għandhom jinżammu regoli dwar it-trasferiment u l-użu ta' drittijiet għall-pagament, iżda fejn ikun possibbli, b'mod simplifikat. | (22) L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku turi li xi wħud mill-elementi ewlenin tagħha għandhom jinżammu, inkluża d-determinazzjoni ta' limiti massimi nazzjonali biex ikun żgurat li l-livell totali ta' appoġġ ma jaqbiżx ir-restrizzjonijiet baġitarji attwali. L-Istati Membri, mill-inqas fl-ewwel sena tal-iskema l-ġdida ta' pagamenti bażiċi, għandhom ukoll ikomplu joperaw riżerva nazzjonali li tista’ tiġi ġestita reġjonalment u li għandha tintuża biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda fl-iskema jew tista’ tintuża biex jitqiesu ħtiġijiet speċifiċi f’ċerti reġjuni. Għandhom jinżammu regoli dwar it-trasferiment u l-użu ta' drittijiet għall-pagament, iżda fejn ikun possibbli, b'mod simplifikat. |
Or. en
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (22a) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiffissaw koeffiċjent ta’ tnaqqis, li jista’ jkun iffissat għal valur żero sabiex ikollhom l-opportunità li jnaqqsu l-erjas eliġibbli b’potenzjal ta’ rendiment aktar baxx jew għal produzzjonijiet speċifiċi. |
Or. en
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) Biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji u biex ikunu kkjarifikati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa fil-każ ta’ wirt u wirt antiċipat, wirt taħt kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni jew fil-każ ta' fużjoni jew diviżjoni fl-impriża; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew dwar iż-żieda fil-valur ta’ drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament, inklużi regoli dwar il-possibbiltà ta’ valur u għadd provviżorju jew ta’ żieda provviżorja ta’ drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi, dwar il-kundizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u l-għadd provviżorju u definittiv tad-drittijiet għall-pagament u dwar il-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament; l-adozzjoni ta’ regoli biex ikunu stabbiliti u kkalkulati l-valur u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità ta’ drittijiet għall-pagament fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ drittijiet għall-pagament u kriterji għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont l-użu tar-riżerva nazzjonali u għall-bdiewa li ma applikawx għall-appoġġ fl-2011. | (23) Biex tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji u biex ikunu kkjarifikati s-sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jinqalgħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess fir-rigward tal-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa fil-każ ta’ wirt u wirt antiċipat, wirt taħt kirja, bidla fl-istatus legali jew fid-denominazzjoni jew fil-każ ta' fużjoni jew diviżjoni fl-impriża; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew dwar iż-żieda fil-valur ta’ drittijiet għall-pagament b’rabta mal-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament, inklużi regoli dwar il-possibbiltà ta’ valur u għadd provviżorju jew ta’ żieda provviżorja ta’ drittijiet għall-pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi, dwar il-kundizzjonijiet biex ikunu stabbiliti l-valur u l-għadd provviżorju u definittiv tad-drittijiet għall-pagament u dwar il-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament; l-adozzjoni ta’ regoli biex ikunu stabbiliti u kkalkulati l-valur u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament riċevuti mir-riżerva nazzjonali; l-adozzjoni ta’ regoli dwar il-modifika tal-valur tal-unità ta’ drittijiet għall-pagament fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ drittijiet għall-pagament u kriterji għall-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament skont l-użu tar-riżerva nazzjonali u għall-bdiewa li ma applikawx għall-appoġġ fil-perjodu bejn l-2009 u l-2011. |
Or. en
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 24a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (24a) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom biex jagħtu pagament annwali kumplimentari fuq l-ewwel ettari lill-bdiewa sabiex tiġi kkunsidrata aħjar id-diversità tal-azjendi agrikoli fir-rigward tal-kobor ekonomiku tagħhom, tal-għażla ta’ produzzjoni tagħhom u tal-impjiegi. |
Or. en
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Wieħed mill-objettivi tal-PAK il-ġdida huwa t-titjib ta’ prestazzjoni ambjentali permezz ta’ komponent ta’ “titjib ekoloġiku” obbligatorju ta’ pagamenti diretti li għandu jkun ta’ appoġġ għal prattiki agrikoli li jkunu ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent applikabbli mal-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti biex jagħtu pagament annwali flimkien mal-pagament bażiku, għal prattiki obbligatorji li għandhom ikunu segwiti mill-bdiewa li jindirizzaw, bħala prijorità, miri ta’ politika kemm dwar il-klima kif ukoll l-ambjent. Dawk il-prattiki għandhom jieħdu l-għamla ta’ azzjonijiet sempliċi, ġeneralizzati, mhux kuntrattwali u annwali li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità u għandhom rabta mal-agrikoltura bħad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti u żoni ta’ fokus ekoloġiku. In-natura obbligatorja ta’ dawn il-prattiki għandha tinteressa wkoll lill-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu għalkollox jew parzjalment f’żoni ta’ “Natura 2000” koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u bid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, sakemm dawn il-prattiki jkunu kompatibbli mal-objettivi ta’ dawk id-Direttivi. Il-bdiewa li jħarsu b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom jibbenefikaw mill-komponent ta’ “titjib ekoloġiku” mingħajr ma jħarsu kull obbligu ieħor, meta jitqiesu l-benefiċċji ambjentali rikonoxxuti tas-sistemi ta’ biedja organika. In-nuqqas ta’ ħarsien tal-komponent ta’"titjib ekoloġiku" għandu jwassal għal penalitajiet abbażi tal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR]. | (26) Wieħed mill-objettivi tal-PAK il-ġdida huwa t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti biex jagħtu pagament annwali għal prattiki obbligatorji li għandhom ikunu segwiti mill-bdiewa li jindirizzaw, bħala prijorità, miri ta’ politika kemm dwar il-klima kif ukoll l-ambjent. Dawk il-prattiki għandhom jieħdu l-għamla ta’ azzjonijiet sempliċi, ġeneralizzati, mhux kuntrattwali u annwali li jmorru lil hinn mill-kundizzjonalità u għandhom rabta mal-agrikoltura bħad-diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, il-manutenzjoni ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti u żoni ta’ fokus ekoloġiku. Il-bdiewa li jħarsu b’mod sħiħ il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91, benefiċjarji ta’ pagamenti agroambjentali-klimatiċi stabbiliti skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RDR] u bdiewa li l-impriżi tagħhom jinsabu f’żoni “Natura 2000” għandhom jibbenefikaw mill-komponent ta’ “titjib ekoloġiku” mingħajr ma jħarsu ebda obbligu ieħor. F’ċerti kundizzjonijiet, bdiewa li l-impriża tagħhom hija ċertifikata taħt skemi ta’ ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-komponent ta’ “titjib ekoloġiku”. Il-bdiewa għandhom ikunu eżentati mill-obbligu ta’ diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ u mill-obbligi marbuta ma’ erjas b’fokus ekoloġiku, fejn mill-anqas 75% tar-farm tagħhom ikun kopert minn bur jew mergħa permanenti jew uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma. Din l-eżenzjoni għandha tapplika biss fejn ir-raba’ li jinħarat tal-art agrikola eliġibbli li fadal ma jaqbiżx il-50 ettaru. |
Or. en
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Biex ikun żgurat li l-art taħt bwar permanenti tinżamm bħala tali mill-bdiewa, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-applikazzjoni tal-miżura. | (28) Biex ikun żgurat li l-art taħt bwar permanenti u mergħat permanenti tinżamm bħala tali mill-Istati Membri, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini tal-adozzjoni ta’ regoli dwar l-applikazzjoni tal-miżura. |
Or. en
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) Biex tkun żgurata l-implimentazzoni tal-miżura dwar erjas b’fokus ekoloġiku b’mod effikaċi u koerenti, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tal-Istati Membri, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni għall-fini ta' aktar definizzjoni tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku msemmija skont dik il-miżura u ż-żieda u d-definizzjoni ta' tipi oħra ta' erjas b'fokus ekoloġiċi li jistgħu jitqiesu biex jiġi rispettat il-perċentwali msemmi f’dik il-miżura. | (29) Biex tkun żgurata l-implimentazzoni tal-miżura dwar erjas b’fokus ekoloġiku b’mod effikaċi u koerenti, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifitajiet tal-Istati Membri, is-setgħa biex l-atti delegati jiġi adottati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ definizzjoni aktar fil-fond tat-tipi ta' erjas b'fokus ekoloġiku msemmija skont dik il-miżura, iż-żieda u d-definizzjoni ta' tipi oħra ta' erjas b'fokus ekoloġiċi li jistgħu jitqiesu biex jiġi rispettat il-perċentwali msemmi f’dik il-miżura u biex jiġi stabbilit qafas fl-UE kollha ta’ koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni biex jiġu kkalkulati l-ettari rappreżentati minn varji tipi ta’ erjas b’fokus ekoloġiku. |
Or. en
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(33) L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti għal appoġġ akkoppjat f’ċerti setturi f’każijiet definiti b’mod ċar. Ir-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe appoġġ akkoppjat għandhom ikunu limitati għal livell xieraq, waqt li appoġġ bħal dan jitħalla jingħata fl-Istati Membri jew fir-reġjuni speċifiċi tagħhom li jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet partikolari, fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, ambjentali u/jew soċjali. L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sa 5 % mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal dan l-appoġġ, jew 10 % fil-każ li l-livell tagħhom ta’ appoġġ akkoppjat f’sena waħda mis-snin tal-perjodu mill-2010 sal-2013 ikun aktar minn 5 %. Madankollu, f’każijiet ġustifikati kif imiss fejn jintwerew ċerti ħtiġijiet sensittivi f’reġjun, u wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw aktar minn 10 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom. L-appoġġ akkoppjat għandu jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali ta’ produzzjoni f’dawk ir-reġjuni. Dan l-appoġġ għandu wkoll ikun disponibbli għall-bdiewa li jkollhom, fil-31 ta’ Diċembru 2013, drittijiet speċjali għall-pagamenti allokati skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li ma jkollhomx ettari eliġibbli għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament. Fir-rigward tal-approvazzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju li jkun aktar minn 10 % tal-limitu massimu nazzjonali ffissat għal kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa biex tadotta atti ta' implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011. | (33) L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw parti mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal pagamenti diretti għal appoġġ akkoppjat f’ċerti setturi f’każijiet definiti b’mod ċar. Ir-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe appoġġ akkoppjat għandhom ikunu limitati għal livell xieraq, waqt li appoġġ bħal dan jitħalla jingħata fl-Istati Membri jew fir-reġjuni speċifiċi tagħhom li jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet partikolari, fejn tipi speċifiċi ta’ biedja jew setturi agrikoli speċifiċi jkunu partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, ambjentali u/jew soċjali. L-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sa 15 % mil-limiti massimi nazzjonali tagħhom għal dan l-appoġġ. Din il-perċentwali tista’ tiżdied bi tliet punti perċentwali għal dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw mill-inqas 3% tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom sabiex jappoġġaw il-produzzjoni ta' uċuħ tal-proteina. L-appoġġ akkoppjat għandu jingħata biss sakemm ikun meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali ta' produzzjoni f'dawk ir-reġjuni, minbarra fejn l-iskop tal-appoġġ huwa ambjentali. Dan l-appoġġ għandu wkoll ikun disponibbli għall-bdiewa li jkollhom, fil-31 ta’ Diċembru 2013, drittijiet speċjali għall-pagamenti allokati skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 u li ma jkollhomx ettari eliġibbli għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament. Fir-rigward tal-approvazzjoni tal-appoġġ akkoppjat volontarju, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati għandha tingħata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. |
Or. en
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 38
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(38) Għandha tiġi stabbilita skema sempliċi u speċifika għall-bdiewa żgħażagħ biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ġestjoni u l-kontroll tal-appoġġ dirett. Għal dan il-għan, għandu jiġi stabbilit ħlas ta’ ammont f’daqqa li jissostitwixxi l-pagamenti diretti kollha. Għandhom jiddaħħlu regoli ta’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet biex jitnaqqsu, fost affarijiet oħra, l-obbligi imposti fuq il-bdiewa żgħar bħal dawk relatati mal-applikazzjoni għall-appoġġ, ma’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent, ma’ kundizzjonalità u ma’ kontrolli kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], mingħajr ma jkun hemm periklu għall-kisba tal-objettivi globali tar-riforma, hekk kif jinftiehem li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR] tapplika għall-bdiewa żgħar. L-objettiv ta' dik l-iskema għandu jkun li tappoġġa l-istruttura agrikola eżistenti tal-azjendi agrikoli żgħar fl-Unjoni mingħajr ma tmur kontra l-iżvilupp lejn strutturi aktar kompetittivi. Għal dik ir-raġuni, l-aċċess għall-iskema għandu jkun limitat għall-impriżi eżistenti. | (38) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu skema sempliċi u speċifika għall-bdiewa żgħażagħ biex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-ġestjoni u l-kontroll tal-appoġġ dirett. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu ħlas ta’ ammont f'daqqa jew pagament annwali fiss għal kull benefiċjarju li jissostitwixxi l-pagamenti diretti kollha. Bdiewa b’pagament annwali ta’ mhux aktar minn EUR 1 500 għandhom jiġu inklużi awtomatikament f’din l-iskema. Għandu jkun hemm il-possibilità li jiddaħħlu regoli ta’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet biex jitnaqqsu, fost affarijiet oħra, l-obbligi imposti fuq il-bdiewa żgħar bħal dawk relatati mal-applikazzjoni għall-appoġġ, ma’ prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent, ma’ kundizzjonalità u ma’ kontrolli kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], mingħajr ma jkun hemm periklu għall-kisba tal-objettivi globali tar-riforma, hekk kif jinftiehem li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR] tapplika għall-bdiewa żgħar. L-objettiv ta' dik l-iskema għandu jkun li tappoġġa l-istruttura agrikola eżistenti tal-azjendi agrikoli żgħar fl-Unjoni mingħajr ma tmur kontra l-iżvilupp lejn strutturi aktar kompetittivi. Għal dik ir-raġuni, l-aċċess għall-iskema għandu jkun limitat għall-impriżi eżistenti. |
Or. en
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 40
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(40) Fl-interess tas-simplifikazzjoni u biex titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-pagamenti diretti f’dawk ir-reġjuni għandhom ikunu mmaniġġati fil-programmi ta’ appoġġ stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 247/2006. Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament relatati mal-iskema ta’ pagament bażiku u ma’ pagamenti relatati u ma’ appoġġ akkoppjat ma għandhomx japplikaw għal dawk ir-reġjuni. | (40) Fl-interess tas-simplifikazzjoni u biex titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-pagamenti diretti f’dawk ir-reġjuni għandhom ikunu mmaniġġati fil-programmi ta’ appoġġ stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 247/2006. Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament relatati mal-iskema ta’ pagament bażiku u ma’ pagamenti relatati u ma’ appoġġ akkoppjat ma għandhomx japplikaw għal dawk ir-reġjuni. Madankollu, għandha ssir valutazzjoni tal-impatt li kwalunkwe tibdil għal dan ir-Regolament jista’ jkollu fuq dawn ir-reġjuni. |
Or. en
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 40a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (40a) F’ċerti żoni iżolati, id-diversità tas-settur tal-biedja, flimkien mal-preżenza ta’ sistemi ta’ produzzjoni ineffiċjenti tiġġustifika l-użu ta’ strumenti speċifiċi tal-politika agrikola, li bihom l-Unjoni għandha esperjenza suffiċjenti, sabiex is-settur ikun aktar orjentat lejn is-suq, jonqos l-impatt fuq l-ambjent permezz tal-abbandun tal-attività agrikola u jiġu ppreservati l-komunitajiet rurali f’konformità mal-objettiv tas-sostenibilità. Arranġamenti speċifiċi għal dawk it-territorji gżejjer tal-Unjoni li għandhom fatturi simili għal territorji li fihom tali strumenti ta’ politika agrikola taw prova ta’ suċċess għandhom jiġu studjati fil-fond. |
Or. en
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 43
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(43) Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-politika tal-iżvilupp rurali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mil-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti għall-appoġġ assenjat għall-iżvilupp rurali. Fl-istess ħin, l-Istati Membri fejn il-livell ta’ appoġġ dirett għadu aktar baxx minn 90 % tal-livell medju ta' appoġġ tal-Unjoni għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mill-appoġġ tagħhom assenjat għall-iżvilupp rurali għal-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti. Dawn it-tipi ta’ għażliet għandhom isiru darba u għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fi ħdan ċerti limiti. | (43) Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-politika tal-iżvilupp rurali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mil-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti għall-appoġġ assenjat għall-iżvilupp rurali. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu kapaċi li jissupplimentaw it-trasferiment b’somma proporzjonali għall-flus li ma ntefqux għat-“titjib ekoloġiku” sabiex jingħata appoġġ addizzjonali għal miżuri agroambjentali-klimatiċi. . Fl-istess ħin, l-Istati Membri fejn il-livell ta’ appoġġ dirett għadu aktar baxx minn 90 % tal-livell medju ta' appoġġ tal-Unjoni għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mill-appoġġ tagħhom assenjat għall-iżvilupp rurali għal-limitu massimu tagħhom tal-pagamenti diretti. Dawn it-tipi ta’ għażliet għandhom isiru, sa ċerti limiti, u għandhom jiġu riveduti jew sal-1 ta’ Awwissu 2015 jew sal-1 ta’ Awwissu 2017. |
Or. en
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b – punt iiia (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iiia) skema ġdida ffinanzjata mill-Unjoni ta’ pagamenti għal kolonji tan-naħal fis-settur tal-apikoltura; |
Or. en
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 55 għall-fini tal-adattament tal-lista ta’ skemi ta’ appoġġ stipulata fl-Anness I. | Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jemenda l-lista ta' skemi ta’ appoġġ stipulata fl-Anness I sal-punt neċessarju li jiġu kkunsidrati atti leġiżlattivi ġodda dwar skemi ta' appoġġ li jistgħu jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta’ biedja, | produzzjoni agrikola li tinkludi t-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta’ biedja, |
Or. en
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
iż-żamma ta’ żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr ebda azzjoni partikolari li tmur lil hinn mill-metodi u makkinarji agrikoli standard, jew | iż-żamma ta’ żona agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni; din il-manutenzjoni hija suġġetta, fil-każ ta’ żoni agrikoli preservati fi stat bħal dan b’mod naturali, għall-istabbiliment ta’ attività minima mill-Istati Membri; |
Or. en
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
it-twettiq ta’ attività minima li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri fuq żoni agrikoli li huma miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni; | it-twettiq ta’ attività minima, fuq il-bażi ta’ densità ta’ stokk minima fejn xieraq, li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri, fuq żoni agrikoli li huma miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni; |
Or. en
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) "żona agrikola" tfisser kull żona meħuda minn raba’ li jinħarat, bwar permanenti jew uċuħ tar-raba’ permanenti; | (e) "żona agrikola" tfisser kull żona meħuda minn raba’ li jinħarat, bwar u mergħat permanenti jew uċuħ tar-raba’ permanenti; |
Or. en
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) "uċuħ tar-raba’" permanenti" tfisser uċuħ tar-raba’ li mhumiex taħt sistema ta’ rotazzjoni ħlief bwar permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet, u msaġar b’rotazzjoni qasira; | (g) "uċuħ tar-raba’" permanenti" tfisser uċuħ tar-raba’ li mhumiex taħt sistema ta’ rotazzjoni ħlief bwar permanenti u mergħat permanenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet, ġonna tas-siġar tal-frott u msaġar b’rotazzjoni qasira; |
Or. en
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) "bwar permanenti" tfisser art użata biex jitkabbru ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor b’mod naturali (jitilgħu waħedhom) jew permezz ta’ kultivazzjoni (jinżergħu) u li ma jkunux inklużi fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar; jistgħu jinkudu speċijiet oħrajn tajbin għar-ragħa sakemm il-ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor jibqgħu predominanti. | (h) "bwar permanenti u mergħat permanenti" tfisser art użata biex jitkabbru pjanti ta’ foraġġ erbaċew, arbuxelli u/jew siġar jew kwalunkwe speċi adattata għar-ragħa, b’mod naturali (jitilgħu waħedhom) jew permezz ta’ kultivazzjoni (jinżergħu), u li mhumiex inklużi fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża u mhux maħruta għal seba’ snin jew aktar; jistgħu jinkludu fatturi oħrajn ta’ importanza għall-karatterizzazzjoni tal-art bħala mergħa permanenti; |
Or. en
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) "ħxejjex jew foraġġ erbaċew ieħor" tfisser il-pjanti kollha erbaċej tradizzjonalment misjuba f’mergħat naturali u normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għall-mergħat jew meded tal-art għar-ragħa fl-Istat Membru (kemm jekk jintużaw għall-annimali li jirgħu jew le). | imħassar |
Or. en
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ja) “ġonna tas-siġar tal-frott tradizzjonali” tfisser art li fuqha jikbru siġar tal-frott li hija ta’ importanza ambjentali u kulturali; |
Or. en
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-istipular ta’ aktar definizzjonijiet dwar l-aċċess għall-appoġġ skont dan ir-Regolament; | imħassar |
Or. en
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-istabbiliment ta’ qafas li fih l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni; | (b) l-istabbiliment ta’ kriterji li fihom l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-attivitajiet minimi li għandhom jitwettqu f’żoni li jinżammu fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni; |
Or. en
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-istabbiliment tal-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-bdiewa biex ikun meqjus li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1(c); | (c) l-istabbiliment tal-qafas li fi ħdanu l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-bdiewa biex ikun meqjus li rrispettaw l-obbligu taż-żamma taż-żona agrikola fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1(c); |
Or. en
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-istabbiliment tal-kriterji li jiddeterminaw il-predominanza tal-ħxejjex u foraġġ erbaċew ieħor għall-fini tal-paragrafu 1(h). | imħassar |
Or. en
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-prodott stmat ta’ limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 11, li jkun rifless fid-differenza bejn il-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II, li magħhom jiżdied l-ammont disponibbli skont l-Artikolu 44, u l-limiti massimi netti stabbiliti fl-Anness III, isir disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri skont programmar ta’ żvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]. | 2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-prodott stmat ta’ limitu massimu kif imsemmi fl-Artikolu 11, li jkun rifless fid-differenza bejn il-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II, li magħhom jiżdied l-ammont disponibbli skont l-Artikolu 44, u l-limiti massimi netti stabbiliti fl-Anness III, isir disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri li għandhom jintagħżlu mill-Istat Membru skont programmar ta’ żvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]. |
Or. en
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar regoli għall-bażi tal-kalkolu tat-tnaqqis li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri lill-bdiewa skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. | imħassar |
Or. en
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 9 | Artikolu 9 |
Bdiewa attivi | Bdiewa attivi |
1. Ma għandu jingħata ebda pagament dirett lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew lil gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fejn japplika wieħed minn dawn li ġejjin: | 1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw qafas legali u definizzjonijiet, ibbażati fuq kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji biex ikun żgurat, fejn hu xieraq, li l-pagamenti diretti jingħataw biss lil bdiewa li ż-żoni ta’ agrikoltura tagħhom huma fil-maġġor parti żoni miżmuma b’mod naturali fi stat li huwa adattat għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, sakemm f'dawn iż-żoni huma jwettqu l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c). |
(a) l-ammont annwali tal-pagamenti diretti huwa inqas minn 5 % tal-irċevuti totali li nkisbu minn attivitajiet mhux agrikoli fis-sena fiskali l-aktar riċenti; or |
|
(b) iż-żoni agrikoli tagħhom huma fil-biċċa l-kbira żoni miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni u ma jwettqux l-attività minima stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1)(c) f'dawk iż-żoni. |
|
| Entitajiet bħal kumpaniji tat-trasport, ajruporti, kumpaniji tal-proprjetà immobbli, kumpaniji li għandhom il-ġestjoni ta’ grawnds tal-isports, operaturi ta’ siti għall-kampeġġ u kumpaniji tat-tħaffir fil-minjieri jew intrapriżi mhux agrikoli oħra, li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, ma għandhomx jiġu meqjusa, a priori, bħala bdiewa attivi u lanqas ma għandhom ikunu l-benefiċjarji ta’ xi pagament dirett. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dawn l-entitajiet ikunu jistgħu jiddikjaraw li huma eliġibbli jekk dawn jistgħu jipprovdu provi verifikabbli li l-attivitajiet agrikoli tagħhom jifformaw parti sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi ġenerali tagħhom jew li n-negozju ewlieni jew l-għanijiet tal-kumpanija tagħhom jikkonsistu fl-eżerċizzju ta’ attività agrikola. |
| Wara li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu jew jirtiraw mil-lista tagħhom ta’ entitajiet eliġibbli entitajiet oħra għajr dawk imniżżla fit-tieni subparagrafu sakemm jipprovdu bażi ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva u mhux diskriminatorja li timmotiva d-deċiżjoni tagħhom. |
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-bdiewa li jkunu rċevew anqas minn EUR 5 000 f’pagamenti diretti għas-sena ta’ qabel. | 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu għall-bdiewa li jkunu rċevew anqas minn EUR 5 000 f’pagamenti diretti għas-sena ta’ qabel. |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 tat-Trattat għall-finijiet tal-istipular ta’: | 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 tat-Trattat għall-finijiet tal-istipular ta’ kriterji biex jiġi stabbilit meta ż-żona agrikola ta' bidwi għandha titqies bħala prinċipalment żona li tinżamm naturali fi stat xieraq għar-ragħa jew il-kultivazzjoni. |
(a) kriterji biex jiġi stabbilit l-ammont ta’ pagamenti diretti rilevanti għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, b’mod partikolari fl-ewwel sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fejn il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti għadu mhux stabbilit b'mod definittiv kif ukoll għall-bdiewa żgħażagħ; |
|
(b) eċċezzjonijiet mir-regola li l-irċevuti matul l-aktar sena fiskali riċenti għandhom jitqiesu meta dawk iċ-ċifri mhumiex disponisbbli; kif ukoll |
|
(c) kriterji biex jiġi stabbilit meta ż-żona agrikola ta’ bidwi għandha titqies bħala żona li prinċipalment hija miżmuma b’mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni. |
|
Or. en
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| l-ammont miksub wara li jiġi applikat dak it-tnaqqis għandu jiġi limitat għal massimu ta’ EUR 300 000. |
Or. en
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b’100 % għas-segment ta’ aktar minn EUR 300 000. | imħassar |
Or. en
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta’ kooperattivi jew entitajiet legali oħra li jiġbru flimkien numru ta’ benefiċjarji ta’ pagamenti diretti u li jirċievu u jgħaddu l-pagamenti qabel ma jqassmuhom integralment lill-membri tagħhom, li, bħala individwi, huma suġġetti għall-paragrafu 1. |
Or. en
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu s-salarji effettivament imħallsin u ddikjarati mill-bidwi fis-sena ta’ qabel, inklużi taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi, mill-ammont totali ta’ pagamenti diretti dovuti inizjalment lill-bidwi mingħajr ma jitqiesu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament. | 2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu s-salarji effettivament imħallsin u ddikjarati mill-bidwi fis-sena ta’ qabel, inklużi taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali relatati mal-impjiegi, kif ukoll l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat tal-użu ta' kuntratturi għal operazzjonijiet agrikoli speċifiċi, mill-ammont totali ta’ pagamenti diretti dovuti inizjalment lill-bidwi mingħajr ma jitqiesu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Kwalunkwe ffinanzjar minn tnaqqis progressiv jew limitazzjoni massima għandu jibqa’ fir-reġjun jew fl-Istat Membru fejn jinkiseb u għandu jintuża għal miżuri taħt it-tieni pilastru; |
Or. en
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 14 | Artikolu 14 |
Flessibbiltà bejn il-pilastri | Flessibbiltà bejn il-pilastri |
1. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR], sa 10% tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti. | 1. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli appoġġ addizzjonali għal miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAE¯R kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR], sa 15% tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti. |
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f'dak is-subparagrafu. |
|
Il-perċentwali nnotifikat skont is-subparagrafu preċedenti għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu. |
|
| 1a. L-Istati Membri jistgħu jżidu fondi mhux allokati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33 għat-trasferimenti favur miżuri għall-iżvilupp rurali msemmija fl-ewwel subparagrafu fil-forma ta’ appoġġ mill-Unjoni għal miżuri agroambjentali-klimatiċi fil-qafas tal-ipprogrammar għall-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]. |
2. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti skont dan ir-Regolament, sa 5% tal-ammont allokkat bħala appoġġ għall-miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAEŻR għall-perjodu 2015-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-miżuri ta' appoġġ skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali. | 2. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti skont dan ir-Regolament, sa 10% tal-ammont allokkat bħala appoġġ għall-miżuri skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali ffinanzjat skont il-FAE¯R għall-perjodu 2015-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]. B'riżultat ta' dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa' disponibbli għall-miżuri ta' appoġġ skont l-ipprogrammar dwar l-iżvilupp rurali. |
Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f'dak is-subparagrafu. | Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f'dak is-subparagrafu. |
Il-perċentwali nnotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. |
|
| 2a. Fil-każ ta' implimentazzjoni reġjonali, jistgħu japplikaw rati perċentwali differenti għal kull reġjun. |
| 2b. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta' Awwissu 2015 jew l-1 ta' Awwissu 2017, li jerġgħu jeżaminaw id-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija f'dan l-Artikolu b'seħħ mis-sena ta' wara. |
Or. en
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| - 1. Sabiex tivvaluta l-PAK il-ġdid, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u l-produzzjoni agrikola sa tmiem l-2017. |
Or. en
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ reviżjoni f’kull żmien fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u s-sitwazzjoni baġitarja. | L-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fi kwalunkwe żmien permess ta’ att leġislattiv, fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u s-sitwazzjoni baġitarja. |
Or. en
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 18 | Artikolu 18 |
Drittijiet għall-pagament | Drittijiet għall-pagament |
1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jkun disponibbli għall-bdiewa jekk huma jiksbu drittijiet għall-pagament skont dan ir-Regolament permezz ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 17b(4), tal-ewwel allokazzjoni skont l-Artikolu 21, mir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 23, jew permezz ta’ trasferiment skont l-Artikolu 27. | 1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jkun disponibbli għall-bdiewa jekk huma jiksbu drittijiet għall-pagament skont dan ir-Regolament permezz ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 17b(4), tal-ewwel allokazzjoni skont l-Artikolu 21, mir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 23, jew permezz ta’ trasferiment skont l-Artikolu 27. |
2. Id-drittijiet għall-pagament miksubin skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2013. | 2. B'deroga mill-ewwel paragrafu: |
| (a) L-Istati Membri li fil-31 ta’ Diċembru 2013 ikunu qed joperaw l-iskema ta’ pagament uniku fuq il-bażi tal-mudell reġjonali stabbilit fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2013, li jżommu d-drittijiet ta’ pagament allokati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, |
| (b) Listati Membri li fil-31 ta’ Diċembru 2013 ikunu qed joperaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja jistgħu, sal-1 ta’ Awwissu 2013, jiddeċiedu li jżommu l-iskema eżistenti tagħhom bħala sistema tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
Or. en
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 19 | Artikolu 19 |
Limitu massimu għall-iskema ta' pagament bażiku | Limitu massimu għall-iskema ta' pagament bażiku |
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II l-ammonti annwali li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 33, 35, 37 u 39. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). | 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw għal kull Stat Membru l-limitu massimu nazzjonali annwali għall-iskema ta’ pagament bażiku billi jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali annwali stabbilit fl-Anness II l-ammonti annwali li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikoli 33, 35, 37 u 39. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). |
2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagamenti allokati u tar-riżerva nazzjonali għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali rispettiv adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1. | 2. Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagamenti allokati u tar-riżerva nazzjonali għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali rispettiv adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1. |
3. F’każ ta’ modifika tal-limitu massimu adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 kif imqabbel mas-sena ta’ qabel, Stat Membru għandu b’mod lineari inaqqas jew iżid il-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament biex tkun żgurata konformità mal-paragrafu 2. | 3. F’każ ta’ modifika tal-limitu massimu adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 kif imqabbel mas-sena ta’ qabel, Stat Membru għandu b’mod lineari inaqqas jew iżid il-valur tad-drittijiet kollha għall-pagament biex tkun żgurata konformità mal-paragrafu 2. |
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn tali emenda hija dovuta għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17b(2). | L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn tali emenda hija dovuta għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17b(2). |
Or. en
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 20 | Artikolu 20 |
Allokazzjoni reġjonali tal-limiti massimi nazzjonali | Allokazzjoni reġjonali tal-limiti massimi nazzjonali |
1. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku f'livell reġjonali. F’dak il-każ huma għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi u ekonomiċi tagħhom u l-potenzjal agrikolu reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom. | 1. Qabel l-1 ta' Awwissu 2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-iskema ta' pagament bażiku f'livell reġjonali. F’dak il-każ huma għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-karatteristiċi agronomiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi tagħhom u l-potenzjal agrikolu reġjonali tagħhom, jew l-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom. |
2. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 19(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. | 2. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 19(1) bejn ir-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. |
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-limiti massimi reġjonali għandhom ikunu suġġetti għal modifiki progressivi annwali skont stadji annwali stabbiliti minn qabel u skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-potenzjal agrikolu jew il-kriterji ambjentali. | 3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-limiti massimi reġjonali għandhom ikunu suġġetti għal modifiki progressivi annwali skont stadji annwali stabbiliti minn qabel u skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-potenzjal agrikolu jew il-kriterji ambjentali. |
4. Sakemm ikun meħtieġ biex jitħarsu l-limiti massimi reġjonali applikabbli stabbiliti skont il-paragrafu 2 jew 3, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis jew żieda lineari fil-valur tad-drittijiet għall-pagament f’kull wieħed mir-reġjuni tagħhom. | 4. Sakemm ikun meħtieġ biex jitħarsu l-limiti massimi reġjonali applikabbli stabbiliti skont il-paragrafu 2 jew 3, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis jew żieda lineari fil-valur tad-drittijiet għall-pagament f’kull wieħed mir-reġjuni tagħhom. |
5. Sal-1 ta’ Awwissu 2013 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mal-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3. | 5. Sal-1 ta’ Awwissu 2013 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mal-miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3. |
Or. en
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 21 | Artikolu 21 |
L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament | L-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament |
1. Suġġetti għall-paragrafu 2, id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa jekk japplikaw għall-allokazzjoni għad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta’ pagament bażiku sal-15 ta’ Mejju 2014 ħlief fil-każ ta’ force majeure u ċirkustanzi eċċezzjonali. | 1. Suġġetti għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(2), id-drittijiet għall-pagament għandhom jiġu allokati lill-bdiewa jekk japplikaw għall-allokazzjoni għad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema ta’ pagament bażiku sal-15 ta’ Mejju 2014 ħlief fil-każ ta’ force majeure u ċirkustanzi eċċezzjonali. |
2. "Il-bdiewa li, fl-2011, jew fil-każ tal-Kroazja fl-2013, attivaw tal-inqas dritt għall-pagament wieħed taħt l-iskema ta' pagament uniku, jew talbu appoġġ taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, it-tnejn li huma skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku sakemm huma jkunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9." | 2. Il-bdiewa li: |
| fi kwalunkwe waħda mit-tliet snin 2009, 2010 jew 2011, li għandha tingħażel mill-Istati Membri, jew fil-każ tal-Kroazja fl-2013, attivaw tal-inqas dritt għall-pagament wieħed taħt l-iskema ta' pagament uniku, jew talbu appoġġ taħt l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja, it-tnejn li huma skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew |
| fl-2012 irċevew drittijiet għal pagament skont l-Artikoli 41 u 63 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew |
| li ssottomettew provi ta’ produzzjoni attiva ta’ razzett u li fl-2011 rabbew jew kabbru prodotti agrikoli inklużi ħsad, ħalib, taħlib, tgħammir jew trobbija ta’ annimali jew żammew annimali għal skopijiet ta’ biedja, għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku sakemm huma jkunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9. |
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-bdiewa għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, sakemm ikunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9, u sakemm fl-2011: | B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-bdiewa għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament bażiku, sakemm ikunu intitolati għall-għoti ta’ pagamenti diretti skont l-Artikolu 9, u sakemm fl-2011: |
(a) ma jkunu attivaw ebda dritt taħt l-iskema ta’ pagament bażiku, iżda pproduċew b’mod esklussiv frott, ħaxix u/jew ikkultivaw vinja b’mod esklussiv; | (a) ma jkunu attivaw ebda dritt taħt l-iskema ta’ pagament bażiku, iżda pproduċew b’mod esklussiv frott, ħaxix, żerriegħa u patata taż-żrigħ tal-ikel, pjanti ornamentali u/jew ikkultivaw vinja b’mod esklussiv; |
(b) ma jkunu talbu ebda appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Jannar 2003 kif hemm ipprovut fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, | (b) ma jkunu talbu ebda appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u kellhom biss art agrikola li ma kinitx f'kundizzjoni agrikola tajba fit-30 ta' Jannar 2003 kif hemm ipprovut fl-Artikolu 124(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, |
B'eċċezzjoni fil-każ ta’ force majeure jew ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati għal kull bidwi għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ ettari eliġibbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 25(2), li l-bidwi jiddikjara skont l-Artikolu 26(1) għall-2014. | B'eċċezzjoni fil-każ ta’ force majeure jew ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati għal kull bidwi għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ ettari eliġibbli, skont it-tifsira tal-Artikolu 25(2), li l-bidwi jiddikjara skont l-Artikolu 26(1) għall-2014. |
3. Fil-każ li parti mill-impriża jew l-impriża kollha tinbiegħ jew tinkera, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma konformi mal-paragrafu 2 jistgħu, b'kuntratt iffirmat qabel il-15 ta' Mejju 2014, jittrasferixxu d-dritt biex wieħed jirċievi d-drittijiet għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1 lil bidwi wieħed biss sakemm dan tal-aħħar ikun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9. | 3. Fil-każ li parti mill-impriża jew l-impriża kollha tinbiegħ, tingħaqad, tinfired jew tinkera, il-bdiewa li huma konformi mal-paragrafu 2 jistgħu, b'kuntratt iffirmat qabel il-15 ta' Mejju 2014, jittrasferixxu d-dritt biex wieħed jirċievi d-drittijiet għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1 lill-bdiewa li jirċievu l-impriża jew parti minnha sakemm dawn tal-aħħar ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9. |
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagamenti fejn dawk id-drittijiet tal-pagamenti jistgħu ma jkunux għadhom stabbiliti b'mod definittiv u fejn l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkustanzi speċifiċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). | 4. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti ppreżentati fis-sena tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-pagamenti fejn dawk id-drittijiet tal-pagamenti jistgħu ma jkunux għadhom stabbiliti b'mod definittiv u fejn l-allokazzjoni hija affettwata minn ċirkustanzi speċifiċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). |
Or. en
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 22 | Artikolu 22 |
Valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza | Valur tad-drittijiet għall-pagament u l-konverġenza |
1. Għall kull sena rilevanti, il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali jkun diviż skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1), bil-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati f’livell nazzjonali jew reġjonali skont l-Artikolu 21(2) għall-2014. | 1. Għall kull sena rilevanti, il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament għandu jkun ikkalkulat billi l-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali jkun diviż skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1), bil-għadd ta’ drittijiet għall-pagament allokati f’livell nazzjonali jew reġjonali skont l-Artikolu 21(2) għall-2014. |
2. L-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jistgħu jillimitaw il-kalkolu tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament previsti fil-paragrafu 1 għal ammont li jkun jikkorrispondi sa mhux anqas minn 40% mil-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali stabbilit skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1). | 2. L-Istati Membri li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jistgħu jillimitaw il-kalkolu tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagament previsti fil-paragrafu 1 għal ammont li jkun jikkorrispondi sa mhux anqas minn 10% mil-limitu massimu nazzjonali jew reġjonali stabbilit skont l-Artikoli 19 jew 20, wara applikazzjoni tat-tnaqqis lineari msemmi fl-Artikolu 23(1). |
3. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. | 3. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafu 2 għandhom jużaw il-parti tal-limitu massimu li tibqa’ wara l-applikazzjoni ta’ dak il-paragrafu biex iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament f’każijiet fejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament miżmum minn bidwi skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 ikun anqas mill-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013, skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għal dan il-għan, il-valur tal-unità nazzjonali jew reġjonali ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-pagament tal-bidwi konċernat għandu jiżdied b’sehem tad-differenza bejn il-valur totali tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku kkalkulat skont il-paragrafu 2 u l-valur totali tad-drittijiet għall-pagament, inklużi drittijiet speċjali, li l-bidwi kellu fil-31 ta’ Diċembru 2013 skont l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti. | Għall-kalkolu taż-żieda, Stat Membru jista’ jqis ukoll l-appoġġ mogħti fis-sena kalendarja 2013 skont l-Artikoli 52, 53(1) u 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li japplika l-appoġġ akkoppjat volontarju skont it-Titolu IV ta’ dan ir-Regolament għas-setturi rilevanti. |
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta' Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data. | Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, bidwi jitqies li jkollu drittijiet għall-pagament fil-31 ta' Diċembru 2013 fejn id-drittijiet għall-pagament ikunu ġew allokati jew ittrasferiti definittivament sa dik id-data. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' erjas agrikoli wara d-data ffissata skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel id-data ffissata skont l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament, li ż-żieda, jew parti miż-żieda, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat għandhom jitreġġgħu lura għar-riżerva nazzjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi konċernat. | 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, Stat Membru jista', abbażi ta' kriterji oġġettivi, jipprevedi, f'każijiet ta' bejgħ jew għotja jew skadenza ta' kirja sħiħa jew parti minnha ta' erjas agrikoli wara d-data ffissata skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u qabel id-data ffissata skont l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament, li ż-żieda, jew parti miż-żieda, fil-valur tad-drittijiet għall-pagament li jkollhom ikunu allokati lill-bidwi kkonċernat għandhom jitreġġgħu lura għar-riżerva nazzjonali fejn iż-żieda għandha twassal għal profitt mhux mistenni għall-bidwi konċernat. |
Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom ikunu stabbiliti b'mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej: | Dawk il-kriterji oġġettivi għandhom ikunu stabbiliti b'mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikunu evitati distorsjonijiet tas-suq u tal-kompetizzjoni u għandhom jinkludu, tal-anqas, dan li ġej: |
(a) tul ta' żmien minimu għall-kirja; | (a) tul ta' żmien minimu għall-kirja; |
(b) il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali. | (b) il-proporzjon tal-pagament riċevut li għandu jitreġġa' lura għar-riżerva nazzjonali. |
5. Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun, għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi. | 5. Mhux aktar tard mis-sena ta’ talba 2019, id-drittijiet kollha għall-pagament fi Stat Membru jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20, f’reġjun: |
| (a) għandu jkollhom valur ta’ unità uniformi; |
| (aa) jistgħu jiddevjaw mill-valur ta’ unità medju b’massimu ta’ 20%. |
| Meta japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 5, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw li, fejn id-drittijiet għall-pagamenti fil-livell ta’ azjenda agrikola jitnaqqsu, il-livell ta’ dawk id-drittijiet attivat fl-2019 ma jkunx aktar minn 30% taħt dak tal-2014. |
6. Meta jkunu applikati l-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri, waqt li jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jersqu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-passi li għandhom jittieħdu sal-1 ta’ Awwissu 2013. Dawk il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi annwali tad-drittijiet għall-pagament skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. | 6. Meta jkunu applikati l-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri, waqt li jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jersqu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament f’livell nazzjonali jew reġjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiffissaw il-passi li għandhom jittieħdu sal-1 ta’ Awwissu 2013. Dawk il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi annwali tad-drittijiet għall-pagament skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. |
Il-passi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu. | Il-passi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu. |
Or. en
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 22a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 22a |
| Konverġenza Interna |
| 1. B'deroga mill-Artikolu 22, l-Istati Membri jistgħu japprossimaw il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti fil-livell nazzjonali jew reġjonali sabiex il-valur tal-unità tad-drittijiet jersaq parzjalment, iżda mhux kompletament, lejn il-valuri nazzjonali jew reġjonali uniformi mis-sena ta' talba 2021. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-formula għall-konverġenza esterna bejn l-Istati Membri meta japplikaw din l-għażla. Din il-konverġenza għandha tkun iffinanzjata bis-saħħa tat-tnaqqis tal-valuri tad-drittijiet tal-2013 fuq limitu minimu identifikat mill-Istati Membri jew ’il fuq il-medja nazzjonali. |
| 2. L-Istati Membri li japplikaw id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiddeċiedu li l-pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmija fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, li għandu jirrappreżenta 30% tal-pakkett nazzjonali skont l-Artikolu 33(1), huwa pagabbli lil bdiewa bħala perċentwali relattiv għall-pagament bażiku tagħhom. |
| 3. Meta tiġi applika d-deroga msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri, sal-1 ta’ Awwissu 2013, għandhom jistipulaw il-passi li għandhom jittieħdu, filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni. Dawn il-passi għandhom jinkludu modifiki progressivi tad-drittijiet tal-pagament skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. |
| Il-passi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2013. |
Or. en
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 23 | Artikolu 23 |
Stabbiliment u użu tar-riżerva nazzjonali | Stabbiliment u użu tar-riżerva nazzjonali |
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali. Għal dak il-għan, fl-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari tal-perċentwali tal-limitu massimu tal-iskema ta' pagamenti f'livell nazzjonali biex jikkostitwixxu r-riżerva nazzjonali. Dan it-tnaqqis ma għandux ikun ogħla minn 3 % ħlief, jekk ikun meħtieġ, biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni stipulati fil-paragrafu 4 għas-sena 2014. | 1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi riżerva nazzjonali. Għal dak il-għan, fl-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-iskema ta' pagament bażiku, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari tal-perċentwali tal-limitu massimu tal-iskema ta' pagamenti f'livell nazzjonali biex jikkostitwixxu r-riżerva nazzjonali. Għas-sena 2014, dan it-tnaqqis ma għandux ikun ogħla minn 3 % ħlief, jekk ikun meħtieġ, biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni stipulati fil-paragrafu 4. Għas-snin ta’ wara, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw kull sena l-limitu massimu ta’ tnaqqis fuq il-bażi tal-ħtiġijiet ta’ allokazzjoni. |
2. L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali fuq livell reġjonali. | 2. L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali fuq livell reġjonali. |
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikun evitat tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni. | 3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament indaqs bejn il-bdiewa u biex ikun evitat tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni. |
4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jallokaw drittijiet għall-pagament, bħala kwistjoni ta’ prijorità, lill-bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom. | 4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jallokaw drittijiet għall-pagament, bħala kwistjoni ta’ prijorità, lill-bdiewa żgħażagħ u bdiewa ġodda li jibdew l-attività agrikola tagħhom. |
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ‘bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom’ tfisser bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36(2) li ma kienu jagħmlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom infushom jew li ma kellhomx il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola ġdida. F’każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna/i fiżika/ċi li jkollha/jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma għandhiex/għandhomx tkun/ikunu għamlet/għamlu ebda attività agrikola f’isimha/isimhom proprju u għar-riskju tagħha/tagħhom stess jew kellha/kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika. | Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ‘bdiewa żgħażagħ li jibdew l-attività agrikola tagħhom’ tfisser bdiewa li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36(2) li ma kienu jagħmlu ebda attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju tagħhom infushom jew li ma kellhomx il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola ġdida. F’każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna/i fiżika/ċi li jkollha/jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma għandhiex/għandhomx tkun/ikunu għamlet/għamlu ebda attività agrikola f’isimha/isimhom proprju u għar-riskju tagħha/tagħhom stess jew kellha/kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li kienet teżerċita attività agrikola fil-ħames (5) snin ta’ qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika. |
| Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ‘bdiewa ġodda li jibdew l-attività agrikola tagħhom’ tfisser persuni fiżiċi li qatt ma ngħataw drittijiet. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali li bdiewa ġodda għandhom jissodisfaw, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ħiliet xierqa, esperjenza u/jew rekwiżiti ta’ taħriġ. |
5. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex: | 5. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex: |
(a) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa f’żoni suġġetti għal ristrutturar u/jew għal programmi ta’ żvilupp relatati ma’ għamla ta’ intervent pubbliku biex l-art ma titħalliex tkun abbandunata u/jew biex jingħata kumpens lill-bdiewa għal żvantaġġi speċifiċi f’dawk iż-żoni; | (a) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa f’żoni suġġetti għal ristrutturar u/jew għal programmi ta’ żvilupp relatati ma’ għamla ta’ intervent pubbliku biex l-art ma titħalliex tkun abbandunata u/jew biex jingħata kumpens lill-bdiewa għal żvantaġġi speċifiċi f’dawk iż-żoni; |
| (aa) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li l-impriża tagħhom tinsab fi Stat Membru li ddeċieda li japplika l-għażla stabbilita fl-Artikolu 18(2) u li ma kisbux dritt għall-pagament skont ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew it-tnejn li huma, meta jiddikjaraw żoni agrikolu eliġibbli għas-sena 2014. |
| (ab) jallokaw drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li bdew l-attività agrikola tagħhom wara l-2011 u li joperaw f’setturi agrikoli speċifiċi li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji; |
| (ac) iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt l-iskema tal-pagament bażiku sal-valur ta’ unità medja nazzjonali jew reġjonali tad-drittijiet għall-pagament lil bdiewa li b’riżultat tat-tranżizzjoni għall-iskema tal-pagament bażiku jitpoġġew f’sitwazzjoni speċjali bis-saħħa tal-valur baxx tad-drittijiet għall-pagament storiċi taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew iżidu l-valur ta’ drittijiet għall-pagament lil bdiewa li kellhom drittijiet speċjali fil-31 ta’ Diċembru 2013; |
| (ad) jagħtu lill-bdiewa, fuq bażi annwali, kumpens – li jista’ jiżdied b’pagament addizzjonali għal bdiewa żgħar – għat-tneħħija tal-benefiċċju ta’ EUR 5000 imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(b) iżidu b’mod lineari l-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell nazzjonali jew reġjonali jekk ir-riżerva nazzjonali tkun aktar minn 3 % f’sena partikolari tkun liema tkun, bil-kundizzjoni li jibqgħu disponibbli ammonti biżżejjed għal allokazzjonijiet skont il-paragrafu 4, il-punt (a) ta' dan il-paragrafu u l-paragrafu 7. | (b) iżidu b’mod lineari l-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku f’livell nazzjonali jew reġjonali jekk ir-riżerva nazzjonali tkun aktar minn 3 % f’sena partikolari tkun liema tkun, bil-kundizzjoni li jibqgħu disponibbli ammonti biżżejjed għal allokazzjonijiet skont il-paragrafu 4, il-punt (a) ta' dan il-paragrafu u l-paragrafu 7. Madanakollu, meta jiżdied il-valur tad-drittijiet għall-pagament taħt dan il-punt. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw metodu alternattiv għall-metodu lineari. |
6. Meta japplikaw il-paragrafi 4 u 5(a), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi tal-valur medju nazzjonali jew reġjonali ta’ drittijiet għall-pagament fis-sena ta’ allokazzjoni. | 6. Meta japplikaw il-paragrafi 4 u 5(a), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur tad-drittijiet għall-pagament allokati lill-bdiewa abbażi tal-valur medju nazzjonali jew reġjonali ta’ drittijiet għall-pagament fis-sena ta’ allokazzjoni. |
7. Fejn bidwi jkollu d-dritt jirċievi drittijiet għall-pagament jew iżid il-valur ta’ dawk eżistenti bis-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti jew bis-saħħa ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew f’dak l-att f’data li għandha tkun iffissata mill-Istat Membru. Madankollu, din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament bażiku wara d-data tad-deċiżjoni tal-qorti jew tal-att amministrattiv, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26. | 7. Fejn bidwi jkollu d-dritt jirċievi drittijiet għall-pagament jew iżid il-valur ta’ dawk eżistenti bis-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva ta’ qorti jew bis-saħħa ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbiliti f’dik id-deċiżjoni jew f’dak l-att f’data li għandha tkun iffissata mill-Istat Membru. Madankollu, din id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament bażiku wara d-data tad-deċiżjoni tal-qorti jew tal-att amministrattiv, filwaqt li titqies l-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26. |
Or. en
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jingħata lill-bdiewa mal-attivazzjoni, permezz ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 26(1), ta' dritt għall-pagament għal kull ettaru eliġibbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie allokat. Id-drittijiet għall-pagament attivati għandhom jagħtu dritt għall-pagament annwali tal-ammonti ffissati hemmhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dixxiplina finanzjarja, limitu massimu u tnaqqis progressiv, tnaqqis lineari skont l-Artikoli 7, 37(2) u 51(1), u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR]. | 1. L-appoġġ skont l-iskema ta’ pagament bażiku għandu jingħata lill-bdiewa mal-attivazzjoni, permezz ta’ dikjarazzjoni skont l-Artikolu 26(1), ta' dritt għall-pagament għal kull ettaru eliġibbli fl-Istat Membru fejn ikun ġie allokat. Id-drittijiet għall-pagament attivati għandhom jagħtu dritt għall-pagament annwali tal-ammonti ffissati hemmhekk, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dixxiplina finanzjarja, limitu massimu u tnaqqis progressiv, tnaqqis lineari skont l-Artikoli 7, 37(2) u 51(1), u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR]. B’deroga mill-ewwel sentenza, l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja fl-2013 jistgħu jkomplu japplikaw il-mudell biex jimplimentaw il-pagament bażiku. |
Or. en
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw, skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, koeffiċjent ta’ tnaqqis għal żoni b’potenzjal ta’ rendiment aktar baxx jew produzzjonijiet speċifiċi meta tiġi determinata ż-żona agrikola eliġibbli. |
Or. en
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Fejn id-drittijiet għall-pagament jinbiegħu mingħajr l-art, l-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jistgħu jiddeċiedu li parti mid-drittijiet għall-pagament mibjugħa tmur lura fir-riżerva nazzjonali jew li l-valur tal-unità tagħha jitnaqqas favur ir-riżerva nazzjonali. |
Or. en
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) kriterji li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li ma attivaw ebda dritt fl-2011 jew li ma talbux appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fl-2011 kif ipprovdut fl-Artikolu 21(2) u biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament fil-każ tal-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 21(3); | (e) kriterji li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li ma attivaw ebda dritt fl-ebda waħda mis-snin 2009, 2010 jew 2011 jew li ma talbux appoġġ taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja fl-ebda waħda mis-snin 2009, 2010 jew 2011 kif ipprovdut fl-Artikolu 21(2) u biex jallokaw id-drittijiet għall-pagament fil-każ tal-applikazzjoni tal-klawżola tal-kuntratt imsemmija fl-Artikolu 21(3), bl-eċċezzjoni ta' dawk li jkunu daħlu ġodda u l-bdiewa żgħażagħ; |
Or. en
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) regoli dwar id-dikjarazzjoni u l-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament; | (g) regoli dwar il-kontenut tad-dikjarazzjoni u dwar ir-rekwiżiti għall-attivazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament; |
Or. en
Emenda 61
Proposta għal regolament
Kapitolu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| KAPITOLU 1A |
| PAGAMENT KUMPLIMENTARI GĦALL-EWWEL ETTARI |
| Artikolu 28a |
| Regoli ġenerali |
| 1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu pagament kumplimentari annwali lil bdiewa li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kapitolu 1. |
| 2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw in-numru tal-ewwel ettari eliġibbli għal din id-dispożizzjoni, li għandu jikkorrispondi għan-numru ta’ intitolamenti attivati mill-bidwi skont l-Artikolu 26(1), sa massimu ta’ 50 ettaru. |
| 3. Sabiex jiffinanzjaw din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw ammont sa massimu ta’ 30% tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stipulat fl-Anness II. |
| 4. L-Istati Membri kull sena għandhom jikkalkulaw l-ammont ta’ pagament kumplimentari għall-ewwel ettari billi jiddividu l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 bin-numru totali ta’ ettari li qed jibbenefikaw minn dan il-pagament. |
| 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħata ebda pagament lil bdiewa li, wara l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, bil-provi, ikunu ħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet biex jibbenefikaw mill-pagament imsemmi f’dan l-Artikolu. |
| 6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Awwissu 2013, bid-deċiżjonijiet tagħhom imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. |
Or. en
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 għandhom jirrispettaw għall-ettari eliġibbli tagħhom kif iddefiniti fl-Artikolu 25(2) il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent li ġejjin: | 1. Il-bdiewa intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 għandhom jingħataw pagament annwali addizzjonali għal prattiki ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent meta josservaw, kif xieraq, fl-ettari eliġibbli tagħhom, kif iddefiniti fl-Artikolu 25(2) il-prattiku li ġejjin: |
(a) li jkollhom tliet uċuħ tar-raba’ differenti fir-raba’ li jinħarat tagħhom meta r-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena; | (a) diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba’; |
(b) li jżommu l-bwar permanenti eżistenti fl-impriża tagħhom; u | (b) iż-żamma ta’ bwar permanenti eżistenti u mergħa permanenti; |
(c) li jkollhom erja b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom. | (c) li jkollhom erja b’fokus ekoloġiku fiż-żona agrikola tagħhom. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis lineari skont l-Artikolu 7, u kull tnaqqis jew penalità imposta skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], l-Istati Membri għandhom jagħtu l-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu lill-bdiewa li josservaw dawk il-prattiki mit-tlieta msemmija fil-paragrafu 1 li huma rilevanti għalihom, u fil-funzjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 30, 31 u 32. | 2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3, 4 u 4a u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis lineari skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu lill-bdiewa li josservaw dawk il-prattiki mill-prattiki msemmija fil-paragrafu 1 li huma applikabbli għall-impriża tagħhom, u fil-funzjoni tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 30, 31 u 32. |
3. Il-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu jinsabu għalkollox jew parzjalment f’erjas koperti bid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE, għandhom ikunu intitolati għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu bil-kundizzjoni li dawk il-prattiki jkunu kompatibbli fl-impriża kkonċernata mal-objettivi ta’ dawk id-Direttivi. | 3. Il-bdiewa għandhom ikunu intitolati ipso facto għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu meta jaqgħu f'minn tal-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: |
| - bdiewa li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-biedja organika; jew |
| - benefiċjarji ta’ pagamenti agroambjentali-klimatiċi stabbiliti skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RDR]; jew |
| - bdiewa li l-impriżi tagħhom jinsabu f'żoni li qegħdin taħt in-netwerk Natura 2000 kopert mid-Direttivi 92/43/KEE jew 2009/147/KE. |
4. Il-bdiewa li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 fir-rigward ta’ biedja organika għandhom ikunu intitolati ipso facto għall-pagament imsemmi f’dan il-Kapitolu. | 4. Fejn aktar minn 75% taż-żona agrikola eliġibbli tal-impriża hija bwar permanenti jew mergħat permanenti jew li tintuża għall-produzzjoni tal-ħxejjex jew foraġġ erbaċew jew li hija kkultivata b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti sinifikanti mis-sena u fejn l-art agrikola eliġibbli li jifdal ma taqbiżx il-50 ettaru il-bdiewa għandhom ikunu eżentati mill-obbligi stipulati fl-Artikolu 30 u 32. |
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-unitajiet ta’ impriża li jintużaw għall-produzzjoni organika skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
|
| 4a. Bdiewa li l-impriża tagħhom hija ċertifikata taħt skemi ta’ ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali għandhom jitqiesu li huma konformi mal-prattiki agrikoli rilevanti msemmija fil-paragrafu 1, sakemm dawn l-iskemi għandhom mill-anqas impatt ekwivalenti għal dak tal-prattiki rilevanti msemmija fil-paragrafu 1. |
5. Il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-għamla ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 26(1), li l-ammont tiegħu għandu jkun ikkalkulat kull sena billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(1) ikun diviż bl-għadd totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26 fl-Istat Membru kkonċernat. | 5. Il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-għamla ta' pagament annwali għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 26(1), li l-ammont tiegħu għandu jkun ikkalkulat kull sena billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(1) ikun diviż bl-għadd totali ta' ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26 fl-Istat Membru kkonċernat. |
| 5a. B’deroga mill-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għal Stati Membri li qed japplikaw l-Artikolu 22a, il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li għandu jirrappreżenta 30% tal-pakkett nazzjonali skont l-Artikolu 33(1), huwa pagabbli lill-bdiewa bħala perċentwali relattiv għall-pagament bażiku tagħhom. |
| 5b. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 sabiex tivvalida l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 55, sabiex ikun garantit li dawn l-iskemi jkollhom mill-anqas impatt ekwivalenti għal dak tal-prattiki rilevanti msemmija fil-paragrafu 1. |
| Dawn l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin: |
| - pjan ta’ ġestjoni ta’ nutrijenti fuq il-post fl-azjendi agrikoli stess; |
| - pjan ta’ effiċjenza tal-enerġija fuq il-post fl-azjendi agrikoli stess, inkluża ottimizzazzjoni għall-użu ta’ effluwenti; |
| - pjan ta’ azzjoni ta’ bijodiversità, inkluż il-ħolqien jew manutenzjoni ta’ kurituri tal-bijodiversità; |
| - pjan ta’ ġestjoni tal-ilma; |
| - il-kopertura tal-ħamrija; |
| - ġestjoni integrata ta’ parassiti. |
Or. en
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 30 | Artikolu 30 |
Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba' | Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba' |
1. Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 3 ettari u ma jkunx użat kollu għall-produzzjoni ta’ ħaxix (miżrugħ jew naturali), jitħalla kollu mistrieħ jew ikkultivat kollu b’uċuħ tar-raba’ taħt l-ilma għal parti kbira tas-sena, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas tliet uċuħ tar-raba’ differenti. Ebda wieħed minn dawk l-uċuħ tar-raba’ ma għandu jkopri anqas minn 5 % tar-raba’ li jinħarat u dak ewlieni ma għandux ikopri aktar minn 70 % tar-raba’ li jinħarat. | 1. Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri bejn 10 u 30 ettaru, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas żewġ uċuħ tar-raba’ differenti. Ebda wieħed minn dawk l-uċuħ tar-raba’ ma għandu jkopri aktar minn 80% tar-raba’ li jinħarat. |
| Fejn ir-raba’ li jinħarat tal-bidwi jkopri aktar minn 30 ettaru, il-kultivazzjoni tar-raba’ li jinħarat għandha tkun magħmula minn tal-anqas tliet uċuħ tar-raba’ differenti ħlief għal impriżi li jinsabu fit-Tramuntana tat-62 parallel. Il-wiċċ prinċipali ma għandux ikopri aktar minn 75% tar-raba’ li jinħarat u flimkien iż-żewġ uċuħ prinċipali ma għandhomx ikopru aktar minn 95% tar-raba’ li jinħarat. |
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipula d-definizzjoni ta’ “uċuħ tar-raba’” u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba’ differenti. | 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistipula d-definizzjoni ta’ “uċuħ tar-raba’” u r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kalkolu preċiż tal-ishma tal-uċuħ tar-raba’ differenti. |
Or. en
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 31 | Artikolu 31 |
Bwar permanenti | Bwar permanenti u mergħat permanenti |
1. Il-bdiewa għandhom iżommu bħala bwar permanenti ż-żoni tal-impriżi tagħhom iddikjarati hekk fl-applikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) Nru XXX (HZ) għas-sena ta’ talba 2014, minn issa ’l quddiem imsejħin ‘żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti’. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm il-proporzjon tal-art taħt bwar u mergħat permanenti meta mqabbla mal-erja agrikola totali. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan l-obbligu fil-livell nazzjonali, reġjonali jew subreġjonali. |
| Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-art taħt bwar u mergħat permanenti għandha titqies li tikkorrespondi għal żoni tal-impriżi tagħhom iddikjarati hekk fl-applikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 74(1) tar-Regolament (UE) Nru XXX (HZ) għas-sena ta’ talba 2014, minn issa ’l quddiem imsejħin "żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti”. |
Iż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti għandhom jiżdiedu f'każijiet fejn il-bidwi għandu obbligu li jerġa' jbiddel iż-żoni lura għal bwar permanenti fl-2014 u/jew fl-2015 kif imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru […] [HZR]. | Iż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti għandhom jiżdiedu f'każijiet fejn il-bidwi għandu obbligu li jerġa' jbiddel iż-żoni lura għal bwar permanenti fl-2014 u/jew fl-2015 kif imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru […][HZR]. |
2. Il-bdiewa għandhom ikunu jistgħu jbiddlu lura sa massimu ta’ 5 % taż-żoni ta’ referenza tagħhom ta’ bwar permanenti. Dak il-limitu ma għandux japplika f’każ ta’ force majeure jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali. | 2. Il-bidla lura ta’ massimu ta’ 5 % taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti għandha tkun permessa, bl-eċċezzjoni ta’ ħamrija b’ħafna karbonju, artijiet mistagħdra u bwar u mergħat seminaturali. Taħt kundizzjonijiet eċċezzjonali dan il-perċentwali jista' jiżdied għal 7%. |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, it-tiġdid ta’ bwar permanenti, il-bidla mill-ġdid ta’ żoni agrikoli fi bwar permanenti f’każ li t-tnaqqis awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 jinqabeż, kif ukoll għall-modifika taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti f’każ ta’ trasferiment tal-art. | 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jistabbilixxi regoli dwar iż-żieda taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti kif stipulat fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, it-tiġdid ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti, il-bidla mill-ġdid ta’ żoni agrikoli fi bwar permanenti u mergħat permanenti f’każ li t-tnaqqis awtorizzat imsemmi fil-paragrafu 2 jinqabeż, kif ukoll fir-rigward taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll għall-modifika taż-żoni ta’ referenza ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti f’każ ta’ trasferiment tal-art. |
Or. en
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 32
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 32 | Artikolu 32 |
Erja b'fokus ekoloġiku | Erja b'fokus ekoloġiku |
1. Il-bdiewa għandhom jiżguraw li tal-anqas 7 % tal-ettari eleġibbli tagħhom kif definiti fl-Artikolu 25(2), esklużi żoni ta’ bwar permanenti, huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, strixex ta’ lqugħ u żoni afforestati kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(b)(ii). | 1. Fejn l-art li tinħarat tkopri aktar minn 10 ettari, il-bdiewa għandhom jiżguraw, matul l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tar-Regolament preżenti, li tal-anqas 3% tal-ettari eleġibbli tagħhom kif definiti fl-Artikolu 25(2), esklużi żoni ta’ bwar permanenti u mergħat permanenti u uċuħ tar-raba’ permanenti, huma erjas b’fokus ekoloġiku bħala art li titħalla mistrieħa, terrazzi, iż-żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ inklużi arbuxxelli, fosos, ħitan tas-sejjieħ, siġar fl-għelieqi, għadajjar, art b’uċuħ tar-raba’ li jkissru n-nitroġenu, strixex ta’ lqugħ u żoni afforestati kif imsemmi fl-Artikolu 25(2)(b)(ii). Il-bdiewa jistgħu japplikaw din il-miżura fl-impriża kollha tagħhom. |
| Il-bdiewa jistgħu jużaw erja b’fokus ekoloġiku għall-produzzjoni mingħajr l-użu tal-applikazzjoni ta’ pestiċidi u fertilizzanti. |
| Mill-1 ta’ Jannar 2016, il-perċentwali indikat fl-ewwel subparagrafu għandu jiżdied għal 5%. |
| 1a. Qabel il-31 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ valutazzjoni tal-miżuri taħt il-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; flimkien mal-proposti leġiżlattivi meħtieġa, sabiex, jekk ikun xieraq, il-perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 jiżdied għal 7% għas-sena 2018 u wara li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq l-ambjent u l-produzzjoni agrikola. |
| 1b. B’deroga mill-paragrafu 1, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw sa 3 punti perċentwali tal-erjas b'fokus ekoloġiku fuq livell reġjonali sabiex jakkwistaw erjas b'fokus ekoloġiku adjaċenti. |
| 1c. Il-bdiewa jistgħu jerġgħu jikru lura mingħand l-awtorità lokali erja agrikola ta’ valur naturali għoli li tkun saret proprjetà pubblika bħala riżultat tal-konsolidazzjoni tal-art jew proċeduri simili u jistgħu jikklassifikawha bħala erja b’fokus ekoloġiku sakemm tilħaq il-kriterji tal-paragrafu 1. |
| 1d. L-erjas b’fokus ekoloġiku jistgħu jitkejlu abbażi tas-sinifikat ekoloġiku tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tapprova s-sett ta’ koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni sottomessi mill-Istati Membri b’kunsiderazzjoni tal-kriterji ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi ekwivalenti. |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tiddefinixxi aktar it-tipi ta' erjas b’fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u biex iżżid u tiddefinixxi tipi oħrajn ta' erjas b’fokus ekoloġiku li jistgħu jitqiesu biex jiġi rispettat il-perċentwali msemmi f'dak il-paragrafu. | 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tiddefinixxi aktar it-tipi ta' erjas b’fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, biex tistabbilixxi qafas fl-UE kollha ta’ koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni bil-ħsieb li jiġu kkalkulati l-ettari rappreżentati mill-varji tipi ta’ erja b’fokus ekoloġiku msemmija fil-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu, u biex iżżid u tiddefinixxi tipi oħrajn ta' erjas b’fokus ekoloġiku li jistgħu jitqiesu meta jiġi vvalutat il-perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tiddefinixxi l-livell reġjonali msemmi fil-paragrafu 1b ta’ dan l-Artikolu. |
Or. en
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-pagament għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 35 ikun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li jinsabu fiż-żoni li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. | 4. Il-pagament għal kull ettaru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat billi l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 35 ikun diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati skont l-Artikolu 26(1) li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħtuhom pagament skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. |
Or. en
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-Istati Membri jistgħu jvarjaw il-pagament għal kull ettaru fuq il-bażi ta’ kriteri oġġettivi mhux diskriminatorji. |
Or. en
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 4 – subparagrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Jekk japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu n-numru massimu ta’ ettari għal kull impriża li għandu jiġi kkunsidrat għall-pagament. |
Or. en
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Skont il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għal dak il-pagament fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). | 2. Skont il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali li għandu jintuża mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’konformità mal-Artikolu 55, tadotta atti delegati biex tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għal dak il-pagament fuq bażi annwali. |
Or. en
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 36
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 36 | Artikolu 36 |
Regoli ġenerali | Regoli ġenerali |
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1. | 1. L-Istati Membri għandhom jagħtu pagament annwali, skont il-kundizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, lill-bdiewa żgħażagħ li huma intitolati għal pagament skont l-iskema ta’ pagament bażiku msemmija fil-Kaptiolu 1. |
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “bdiewa żgħażagħ”, għandha tfisser: | 2. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “bdiewa żgħażagħ”, għandha tfisser: |
(a) persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu għall-ewwel darba impriża agrikola bħala kap tal-impriża, jew li diġà stabbilixxew tali impriża fil-ħames snin preċedenti għall-ewwel preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku kif msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], u | (a) persuni fiżiċi li qed jistabbilixxu għall-ewwel darba impriża agrikola bħala kap tal-impriża, jew li diġà stabbilixxew tali impriża fil-ħames snin preċedenti għall-ewwel preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament bażiku kif msemmija fl-Artikolu 73(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], u |
(b) ikollhom inqas minn 40 sena fl-età fil-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a). | (b) ikollhom inqas minn 40 sena fl-età fil-mument meta jissottomettu l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a). |
| (ba) L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali li bdiewa żgħażagħ għandhom jissodisfaw, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ħiliet xierqa, esperjenza u/jew rekwiżiti ta’ taħriġ. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis u l-istabbiliment ta' limiti massimi progressivi u t-tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata fuq bażi annwali mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bdiewa. | 3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja, it-tnaqqis u l-istabbiliment ta' limiti massimi progressivi u t-tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 7, u kull tnaqqis u esklużjoni imposti skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZR], il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata fuq bażi annwali mal-attivazzjoni tad-drittijiet għall-pagament mill-bdiewa. |
4. Il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata għal kull bidwi għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Dak il-perjodu għandu jitnaqqas bl-għadd ta’ snin li jgħaddu bejn meta bidwi żagħżugħ jistabbilixxi lilu nnifsu u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a). | 4. Il-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata għal kull bidwi għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin. Dak il-perjodu għandu jitnaqqas bl-għadd ta’ snin li jgħaddu bejn meta bidwi żagħżugħ jistabbilixxi lilu nnifsu u l-ewwel preżentazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a). |
5. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw kull sena l-ammont tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal 25 % tal-valur medju tad-drittijiet għall-pagament li għandu l-bidwi mal-għadd ta’ drittijiet li l-bidwi attiva skont l-Artikolu 26(1). | 5. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw kull sena l-ammont tal-pagament imsemmi fil-paragrafu 1 billi jimmultiplikaw ċifra li tikkorrispondi għal 25% tal-valur medju tad-drittijiet għall-pagament fl-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat mal-għadd ta’ drittijiet li l-bidwi attiva skont l-Artikolu 26(1). |
Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-limiti massimi li ġejjin fl-għadd ta' drittijiet għall-pagament attivati li għandhom jitqiesu: | Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiffissaw limitu li jista’ jkun sa massimu ta’ 100 ettaru. |
(a) massimu ta’ 25 ettaru fl-Istati Membri fejn id-daqs medju tal-impriżi agrikoli kif stipulat fl-Anness VI huwa inqas minn, jew daqs, 25 ettaru; |
|
(b) massimu li ma għandux ikun inqas minn 25 ettaru u mhux iktar mid-daqs medju, fl-Istati Membri fejn id-daqs medju tal-impriżi agrikoli kif stipulat fl-Anness VI huwa akbar minn 25 ettaru. |
|
6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kundizzjonijiet li skonthom persuna legali tista' tiġi kkunsidrata eliġibbli biex tirċievi l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1, b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-limitu tal-età stipulat fil-paragrafu 2(b) għal persuna fiżika waħda jew aktar li qed jipparteċipaw f’isem il-persuna ġuridika. | 6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kundizzjonijiet li skonthom persuna legali tista' tiġi kkunsidrata eliġibbli biex tirċievi l-pagament imsemmi fil-paragrafu 1, b’mod partikolari l-applikazzjoni tal-limitu tal-età stipulat fil-paragrafu 2(b) għal persuna fiżika waħda jew aktar li qed jipparteċipaw f’isem il-persuna ġuridika. |
Or. en
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 37 | Artikolu 37 |
Dispożizzjonijiet finanzjarji | Dispożizzjonijiet finanzjarji |
1. Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jużaw il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II li ma għandux ikun ogħla minn 2 %. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-1 ta’ Awwissu 2013, bl-istima tal-perċentwali meħtieġ biex jiffinanzjaw dak il-pagament. | 1. Biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 36, l-Istati Membri għandhom jużaw 2% tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II. |
| Fejn il-perċentwali stmat meħtieġ biex jiffinanzja l-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 huwa anqas minn 2%, l-Istati Membri jistgħu jallokaw il-bqija tal-ammonti rispettivi biex iżidu b’mod lineari l-valur tad-drittijiet għall-pagament tar-riżerva nazzjonali, bi prijorità għal bdiewa żgħażagħ u ġodda skont l-Artikolu 23(4). |
| B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-perċentwali msemmi f’dak is-subparagrafu sabiex jagħtu prijorità lill-benefiċjarji magħżula fil-livell nazzjonali, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2013. |
Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istima tal-perċentwali tagħhom b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwali riveduta sal-1 ta' Awwissu 2016. | Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-istima tal-perċentwali tagħhom meħtieġa biex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-perċentwali riveduta sal-1 ta' Awwissu 2016. |
2. Mingħajr preġudizzju għall-massimu ta’ 2 % stipulat skont il-paragrafu 1, fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu huwa inqas minn 2 % tal-limitu massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari lill-pagamenti kollha li jkunu se jingħataw lill-bdiewa kollha skont l-Artikolu 25. | 2. Mingħajr preġudizzju għall-massimu ta’ 2 % stipulat skont il-paragrafu 1, fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu stabbilit skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu huwa inqas minn 2 % tal-limitu massimu nazzjonali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari lill-pagamenti kollha li jkunu se jingħataw lill-bdiewa kollha skont l-Artikolu 25. |
3. Fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu jammonta għal 2 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari għall-ammonti li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 36 biex ikunu konformi ma' dak il-limitu massimu. | 3. Fejn l-ammont totali tal-pagament li jkun hemm applikazzjoni għalih fi Stat Membru f'sena partikolari jaqbeż il-limitu massimu skont il-paragrafu 4, u fejn dak il-limitu massimu jammonta għal 2 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari għall-ammonti li għandhom jitħallsu skont l-Artikolu 36 biex ikunu konformi ma' dak il-limitu massimu. |
4. Abbażi tal-istima tal-perċentwali nnotifikat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 fuq il-bażi ta’ sena b’sena. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). | 4. Abbażi tal-istima tal-perċentwali nnotifikat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għall-pagament imsemmi fl-Artikolu 36 fuq il-bażi ta’ sena b’sena. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). |
Or. en
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-appoġġ akkoppjat jista’ jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet li ġejjin ta’: ċereali, żrieragħ taż-żjut, uċuħ tar-raba’ li fihom il-proteini, legumi tal-qamħ, kittien, ross, ġewż, patata b’karboidrati, ħalib u prodotti tal-ħalib, żrieragħ, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, ċanga u vitella, żejt taż-żebbuġa, dud tal-ħarir, foraġġ niexef, ħops, pitravi, kannamiela u ċikwejra, frott u ħxejjex u msajġar b’rotazzjoni qasira. | L-Appoġġ akkoppjat jista' jingħata lis-setturi u l-produzzjonijiet imsemmija fl-Anness I tat-Trattat, bl-eċċezzjoni ta' prodotti tas-sajd. |
Or. en
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Approprjazzjonijiet maħsuba għal pagamenti akkoppjati għandhom jiġu allokati bħala prijorità lil produzzjonijiet li għalihom saru pagamenti akkoppjati matul il-perjodu 2010-2013 skont l-Artikoli 68, 101 u 111 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
Or. en
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lil bdiewa bi drittijiet speċjali fl-2010 f’konformità mal-Artikoli 60 u 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 indipendentement mill-pagament bażiku msemmi fit-Titolu III, Kapitolu 1 ta’ dan ir-Regolament. |
Or. en
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. L-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa tal-bhejjem li ma jippossedux il-biċċa l-kbira tal-art li jaħdmu. |
Or. en
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 3c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 waqt li tistipula miżuri tranżitorji li għandhom jiġu applikati għal dawn il-bdiewa. |
Or. en
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 38 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-limitu għall-għoti ta’ appoġġ akkoppjat jista’ jiġi estiż lil hinn minn dak meħtieġ biex jinżammu l-livelli ta’ produzzjoni attwali, sakemm l-iskop tal-appoġġ akkoppjat ikun wieħed ambjentali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi tali limitu f’konformità ma’ objettivi jew sfidi ambjentali speċifiċi. Il-limitu stipulat b’dan il-mod għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 40 u għandu jiġi approvat f’konformità mal-Artikolu 41. |
Or. en
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Biex jiffinanzjaw l-appoġġ akkoppjat volontarju, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ appoġġ bħal dan, li jużaw sa 5 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II. | 1. Biex jiffinanzjaw l-appoġġ akkoppjat volontarju, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ qabel l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ appoġġ bħal dan, li jużaw sa 15 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali tagħhom stabbilit fl-Anness II. |
Or. en
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-perċentwali tal-limitu massimu nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiżdied bi tliet punti perċentwali għal dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jużaw mill-inqas 3% tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom kif definit fl-Anness II sabiex tiġi appoġġata l-produzzjoni ta' uċuħ tal-proteina skont dan il-Kapitolu. |
Or. en
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw sa 10 % tal-limitu massimu nazzjonali annwali stipulat fl-Anness II sakemm: | imħassar |
(a) sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma jkunu applikaw l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja kif stipulat fit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jew ikunu ffinanzjaw miżuri skont l-Artikolu 111 ta’ dak ir-Regolament, jew huma kkonċernati bid-deroga li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 69(5), jew fil-każ ta’ Malta, fl-Artikolu 69(1) ta’ dak ir-Regolament; u/jew |
|
(b) sa 10%, jekk ikunu allokaw, matul tal-inqas sena waħda matul il-perjodu 2010-2013, aktar minn 5 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta’ pagamenti diretti li hemm provvediment għalihom fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, għall-iffinanzjar tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-appoġġ li hemm provvediment għalih fil-punti (i) sa (iv) tal-paragrafu 1(a) u l-paragrafi 1(b) u (e) tal-Artikolu 68 ta' dak ir-Regolament, jew il-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament. |
|
Or. en
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri li allokaw matul tal-inqas sena waħda matul il-perjodu 2010-2013, aktar minn 10 % tal-ammont disponibbli tagħhom għall-għoti ta’ pagamenti diretti li hemm provvediment għalihom fit-Titoli III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, għall-iffinanzjar tal-miżuri stipulati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament Nru 73/2009, l-appoġġ li hemm provvediment għalih fil-punti (i) sa (iv) tal-paragrafu 1(a) u l-paragrafi 1(b) u (e) tal-Artikolu 68 ta' dak ir-Regolament, jew il-miżuri skont il-Kapitolu 1, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6, tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament jistgħu jiddeċiedu li jużaw aktar minn 10 % tal-limitu massimu annwali stipulat fl-Anness II bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 41. | imħassar |
Or. en
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom skont il-paragrafi 1, 2 u 3 u jiddeċiedu, b’effett mill-2017: | 4. Sal-1 ta’ Awwissu 2016, l-Istati Membri jistgħu jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom skont il-paragrafi 1 u 1a u jiddeċiedu, b’effett mill-2017: |
Or. en
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li jżidu l-perċentwali ffissat skont il-paragrafi 1, 2 u 3, fil-limiti stabbiliti hemmhekk u fejn japplika, u, fejn ikun jixraq, jimmodifikaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ; | (a) li jżidu l-perċentwali ffissat skont il-paragrafi 1 u 1a, fil-limiti stabbiliti hemmhekk u fejn japplika, u, fejn ikun jixraq, jimmodifikaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ; |
Or. en
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Abbażi tad-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafi 1 u 4 dwar il-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali li jkollu jintuża, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu massimu korrispondenti għall-appoġġ fuq bażi annwali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). | 5. Abbażi tad-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafi 1, 1a u 4 dwar il-proporzjon tal-limitu massimu nazzjonali li jkollu jintuża, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa skont l-Artikolu 55 li tadotta atti delegati biex tiffissa l-limitu massimi korrispondenti għall-appoġġ fuq bażi annwali. |
Or. en
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 39a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 39a |
| Appoġġ nazzjonali addizzjonali mhux obbligatorju |
| 1. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jintroduċu appoġġ akkoppjat volontarju fis-settur tal-baqar li jreddgħu skont l-Artikolu 38, jistgħu jagħtu primjum addizzjonali nazzjonali lill-bdiewa sabiex dawn ikomplu jżidu mal-appoġġ akkoppjat li jirċievu għall-istess sena kalendarja. |
| 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-bdiewa dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta' dan l-appoġġ addizzjonali nazzjonali fl-istess ħin u bl-użu tal-istess arranġamenti bħal dawk għan-notifika ta' appoġġ akkoppjat. |
Or. en
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tapprova d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 39(3), jew, fejn huwa xieraq, fl-Artikolu 39(4), meta tintwera waħda mill-ħtiġijiet li ġejjin fir-reġjun jew fis-settur ikkonċernat: | 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tapprova d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 39(4)(a), meta tingħata prova tal-eżistenza ta’ waħda mill-ħtiġijiet li ġejjin fir-reġjun jew fis-settur ikkonċernat: |
Or. en
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 47
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 47 | Artikolu 47 |
Regoli ġenerali | Regoli ġenerali |
1. Il-bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament allokati fl-2014 skont l-Artikolu 21 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 10(1) jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fi skema simplifikata taħt kundizzjonajiet stipulati f’dan it-Titolu, minn issa 'l quddiem imsejħa ‘skema għall-bdiewa żgħar’. | 1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skema simplifikata għall-bdiewa żgħar skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan it-Titolu. Jekk l-Istat Membru japplika skema bħal din, il-bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament allokati fl-2014 skont l-Artikolu 21 u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 10(1) għandhom jipparteċipaw fl-iskema simplifikata taħt kundizzjonijiet stipulati f’dan it-Titolu (‘skema għall-bdiewa żgħar’). |
| Bdiewa intitolati għal pagamenti ta’ anqas minn EUR 1 500 skont it-Titoli III u IV għandhom awtomatikament jiġu inklużi fl-iskema għall-bdiewa żgħar. |
2. Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV. | 2. Il-pagamenti taħt l-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jissostitwixxu l-pagamenti li għandhom jingħataw skont it-Titoli III u IV. |
3. Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżenti mill-prattiki agrikoli stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III. | 3. Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom ikunu eżenti mill-prattiki agrikoli stabbiliti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu III. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li għalihom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ qsim bħal dan. | 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda pagament ma jingħata lill-bdiewa li għalihom ikun stabbilit li, mid-data tal-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament, ikunu qasmu l-impriża tagħhom bl-għan waħdieni li jibbenefikaw mill-iskema għall-bdiewa żgħar. Dan għandu japplika wkoll għall-bdiewa li l-impriżi tagħhom ikunu r-riżultat ta’ qsim bħal dan. |
Or. en
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 48
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 48 | Artikolu 48 |
Parteċipazzjoni | Parteċipazzjoni |
Il-bdiewa li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-bdiewa żgħar għandhom jippreżentaw applikazzjoni sal-15 ta’ Ottubru 2014. | Il-lista ta’ bdiewa msemmija fl-Artikolu 47(1) għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet nazzjonali sal-15 ta’ Ottubru 2014. |
Il-bdiewa li ma japplikawx għall-parteċipazzjoni fl-iskema għall-bdiewa żgħar sal-15 ta’ Ottubru 2014 jew li jiddeċiedu li jirtiraw minnha wara dik id-data jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f'dik l-iskema. | Il-bdiewa msemmija fl-Artikolu 47(1) li jiddeċiedu li jirtiraw mill-iskema għall-bdiewa żgħar wara dik id-data jew li jintagħżlu għall-appoġġ skont l-Artikolu 20(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru […] [RDR], ma għandux jibqagħlhom id-dritt li jipparteċipaw f'dik l-iskema. |
Or. en
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 49
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 49 | Artikolu 49 |
Ammont tal-pagament | Ammont tal-pagament |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament annwali għall-iskema għall-bdiewa żgħar f’wieħed mil-livelli li ġejjin, suġġett għall-paragrafi 2 u 3: | 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-pagament annwali għall-iskema għall-bdiewa żgħar f’wieħed mil-livelli li ġejjin, suġġett għall-paragrafi 2 u 3: |
(a) ammont li ma jkunx aktar minn 15% tal-pagament medju nazzjonali għal kull benefiċjarju; | (a) ammont li ma jkunx aktar minn 25% tal-pagament medju nazzjonali għal kull benefiċjarju; |
(b) ammont li jkun jikkorrispondi mal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru mmultiplikat b’figura li tikkorrispondi għall-għadd ta’ ettari b’massimu ta’ tliet ettari. | (b) ammont li jkun jikkorrispondi mal-pagament medju nazzjonali għal kull ettaru mmultiplikat b’figura li tikkorrispondi għall-għadd ta’ ettari b’massimu ta’ ħames ettari. |
| B’deroga mis-subparagrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-pagament annwali jkun daqs l-ammont li l-bidwi jkun intitolat għalih taħt l-Artikolu 18, l-Artikolu 29, l-Artikolu 34, l-Artikolu 36 u l-Artikolu 38 fis-sena tad-dħul fl-iskema, iżda mhux aktar minn EUR 1 500. |
Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ bdiewa li jkunu kisbu drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 21(1). | Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ bdiewa li jkunu kisbu drittijiet għall-pagament skont l-Artikolu 21(1). |
Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarata skont l-Artikolu 26 fl-2014. | Il-medja nazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri abbażi tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja 2019 u skont l-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarata skont l-Artikolu 26 fl-2014. |
2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun inqas minn EUR 500 u mhux aktar minn EUR 1,000. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(1), fejn l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta f’ammont anqas minn EUR 500 jew ogħla minn EUR 1,000, l-ammont għandu jiżdied jew jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ, rispettivament, għall-ammont minimu jew massimu. | 2. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux ikun inqas minn EUR 500 u mhux aktar minn EUR 1 500. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51(1), fejn l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta f’ammont anqas minn EUR 500 jew ogħla minn EUR 1 500, l-ammont għandu jiżdied jew jitnaqqas għall-eqreb numru sħiħ, rispettivament, għall-ammont minimu jew massimu. |
3. B’deroga mill-paragrafu 2, fil-Kroazja, Ċipru u Malta, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi stabbilit f’valur anqas minn EUR 500, iżda mhux anqas minn EUR 200. | 3. B’deroga mill-paragrafu 2, fil-Kroazja, Ċipru u Malta, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi stabbilit f’valur anqas minn EUR 500, iżda mhux anqas minn EUR 200. |
Or. en
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 51
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 51 | Artikolu 51 |
Dispożizzjonijiet finanzjarji | Dispożizzjonijiet finanzjarji |
1. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammonti li jikkorrispondu mal-ammonti illi kieku kienu jkunu intitolati għalihom il-bdiewa żgħar bħala pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, bħala pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u, fejn huwa applikabbli, bħala pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, bħala pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III u bħala appoġġ akkoppjat imsemmi fit-Titolu IV mill-ammonti totali disponibbli għall-pagamenti rispettivi. | 1. Sabiex jiffinanzjaw il-pagament imsemmi f'dan it-Titolu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammonti li jikkorrispondu mal-ammonti illi kieku kienu jkunu intitolati għalihom il-bdiewa żgħar bħala pagament bażiku msemmi fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, bħala pagament għall-prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III u, fejn huwa applikabbli, bħala pagament għal erjas b'restrizzjonijiet naturali msemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, bħala pagament għal bdiewa żgħażagħ imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III u bħala appoġġ akkoppjat imsemmi fit-Titolu IV mill-ammonti totali disponibbli għall-pagamenti rispettivi. |
Id-differenza bejn is-somma tal-pagamenti kollha dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-ammont totali ffinanzjat skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ffinanzjata bl-applikazzjoni ta' tnaqqis lineari fuq il-pagamenti kollha li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 25. | Id-differenza bejn is-somma tal-pagamenti kollha dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar u l-ammont totali ffinanzjat skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ffinanzjata bl-applikazzjoni ta' tnaqqis lineari fuq il-pagamenti kollha li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 25. |
| L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) jistgħu japplikaw rati ta’ tnaqqis differenti fil-livell reġjonali. |
L-elementi li abbażi tagħhom huma stabbiliti l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu l-istess għat-tul ta' żmien kollu tal-parteċipazzjoni tal-bidwi fl-iskema. | L-elementi li abbażi tagħhom huma stabbiliti l-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu l-istess għat-tul ta' żmien kollu tal-parteċipazzjoni tal-bidwi fl-iskema. |
2. Jekk l-ammont totali tal-pagamenti dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar jaqbeż l-10 % tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu skont dan it-Titolu sabiex jiġi rispettat dak il-perċentwali. | 2. Jekk l-ammont totali tal-pagamenti dovuti skont l-iskema għall-bdiewa żgħar jaqbeż il-15% tal-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom japplikaw tnaqqis lineari fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu skont dan it-Titolu sabiex jiġi rispettat dak il-perċentwali. |
Or. en
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar il-kontenut, il-forma, il-ħin, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki; |
Or. en
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) arranġamenti għall-ġestjoni tal-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata, kif ukoll regoli dwar il-kontenut, il-forma, il-ħin, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki; | imħassar |
Or. en
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri li jkunu kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f’emerġenza, għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi. Miżuri bħal dawn jistgħu jidderogaw minn dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda biss sakemm, u għal dak il-perjodu li fih ikunu strettament meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2). | 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 li jkunu kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f’emerġenza, għar-riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi. Atti delegati bħal dawn jistgħu jidderogaw minn dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda biss sakemm, u għal dak il-perjodu li fih ikunu strettament meħtieġa. |
Or. en
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 54 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għal raġunijiet indispensabbli b’mod ġustifikat ta’ urġenza relatati mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 56(3). | 2. Fejn, b’relazzjoni mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jesiġu dan, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 55a għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu. |
Or. en
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delega ta’ setgħa msemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. | 2. Id-delega ta’ setgħa lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandha tapplika għal perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgha ddelegata mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew l-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. |
Or. en
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 55a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 55a |
| Proċedura ta' urġenza |
| 1. Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza. |
| 2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(5). F’każ ta’ dan it-tip, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
Or. en
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 58a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 58a |
| Rappurtar |
| Sal-1 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ proposti leġiżlattivi adatti. |
Or. en
Emenda 98
Proposta għal regolament
Anness II
|
Test propost mill-Kummissjoni |
|
|
|
|
|
| (F'eluf ta' EUR) | |
Sena kalendarja | 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | 2018 | 2019 u snin sussegwenti | |
Il-Belġju | 553 521 | 544 065 | 534 632 | 525 205 | 525 205 | 525 205 | |
Il-Bulgarija | 655 661 | 737 164 | 810 525 | 812 106 | 812 106 | 812 106 | |
Ir-Repubblika Ċeka | 892 698 | 891 875 | 891 059 | 890 229 | 890 229 | 890 229 | |
Id-Danimarka | 942 931 | 931 719 | 920 534 | 909 353 | 909 353 | 909 353 | |
Il-Ġermanja | 5 275 876 | 5 236 176 | 5 196 585 | 5 156 970 | 5 156 970 | 5 156 970 | |
L-Estonja | 108 781 | 117 453 | 126 110 | 134 749 | 134 749 | 134 749 | |
L-Irlanda | 1 240 652 | 1 239 027 | 1 237 413 | 1 235 779 | 1 235 779 | 1 235 779 | |
Il-Ġreċja | 2 099 920 | 2 071 481 | 2 043 111 | 2 014 751 | 2 014 751 | 2 014 751 | |
Spanja | 4 934 910 | 4 950 726 | 4 966 546 | 4 988 380 | 4 988 380 | 4 988 380 | |
Franza | 7 732 611 | 7 694 854 | 7 657 219 | 7 619 511 | 7 619 511 | 7 619 511 | |
Il-Kroazja | 111 900 | 130 550 | 149 200 | 186 500 | 223 800 | 261 100 | |
L-Italja | 4 023 865 | 3 963 007 | 3 902 289 | 3 841 609 | 3 841 609 | 3 841 609 | |
Ċipru | 52 273 | 51 611 | 50 950 | 50 290 | 50 290 | 50 290 | |
Il-Latvja | 163 261 | 181 594 | 199 895 | 218 159 | 218 159 | 218 159 | |
Il-Litwanja | 396 499 | 417 127 | 437 720 | 458 267 | 458 267 | 458 267 | |
Il-Lussemburgu | 34 313 | 34 250 | 34 187 | 34 123 | 34 123 | 34 123 | |
L-Ungerija | 1 298 104 | 1 296 907 | 1 295 721 | 1 294 513 | 1 294 513 | 1 294 513 | |
Malta | 5 316 | 5 183 | 5 050 | 4 917 | 4 917 | 4 917 | |
Il-Pajjiżi l-Baxxi | 806 975 | 792 131 | 777 320 | 762 521 | 762 521 | 762 521 | |
L-Awstrija | 707 503 | 706 850 | 706 204 | 705 546 | 705 546 | 705 546 | |
Il-Polonja | 3 038 969 | 3 066 519 | 3 094 039 | 3 121 451 | 3 121 451 | 3 121 451 | |
Il-Portugall | 573 046 | 585 655 | 598 245 | 610 800 | 610 800 | 610 800 | |
Ir-Rumanija | 1 472 005 | 1 692 450 | 1 895 075 | 1 939 357 | 1 939 357 | 1 939 357 | |
Is-Slovenja | 141 585 | 140 420 | 139 258 | 138 096 | 138 096 | 138 096 | |
Is-Slovakkja | 386 744 | 391 862 | 396 973 | 402 067 | 402 067 | 402 067 | |
Il-Finlandja | 533 932 | 534 315 | 534 700 | 535 075 | 535 075 | 535 075 | |
L-Isvezja | 710 853 | 711 798 | 712 747 | 713 681 | 713 681 | 713 681 | |
Ir-Renju Unit | 3 624 384 | 3 637 210 | 3 650 038 | 3 662 774 | 3 662 774 | 3 662 774 | |
|
Emenda |
| 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | 2018 | 2019 u snin sussegwenti |
Il-Belġju | 554.701 | 548.646 | 542.261 | 535.640 | 535.640 | 535.640 |
Il-Bulgarija | 657.571 | 735.055 | 805.495 | 814.887 | 814.887 | 814.887 |
Ir-Repubblika Ċeka | 891.307 | 892.742 | 893.686 | 894.054 | 894.054 | 894.054 |
Id-Danimarka | 940.086 | 929.824 | 919.002 | 907.781 | 907.781 | 907.781 |
Il-Ġermanja | 5.237.224 | 5.180.053 | 5.119.764 | 5.057.253 | 5.057.253 | 5.057.253 |
L-Estonja | 113.168 | 125.179 | 137.189 | 149.199 | 149.199 | 149.199 |
L-Irlanda | 1.236.214 | 1.235.165 | 1.233.425 | 1.230.939 | 1.230.939 | 1.230.939 |
Il-Ġreċja | 2.098.834 | 2.075.923 | 2.051.762 | 2.026.710 | 2.026.710 | 2.026.710 |
Spanja | 4.939.152 | 4.957.834 | 4.973.833 | 4.986.451 | 4.986.451 | 4.986.451 |
Franza | 7.655.794 | 7.572.222 | 7.484.090 | 7.392.712 | 7.392.712 | 7.392.712 |
Il-Kroazja | 111 900 | 130 550 | 149 200 | 186 500 | 223 800 | 261 100 |
L-Italja | 4.024.567 | 3.980.634 | 3.934.305 | 3.886.268 | 3.886.268 | 3.886.268 |
Ċipru | 52.155 | 51.585 | 50.985 | 50.362 | 50.362 | 50.362 |
Il-Latvja | 176.500 | 206.565 | 236.630 | 266.695 | 266.695 | 266.695 |
Il-Litwanja | 402.952 | 426.070 | 449.189 | 472.307 | 472.307 | 472.307 |
Il-Lussemburgu | 33.943 | 33.652 | 33.341 | 33.015 | 33.015 | 33.015 |
L-Ungerija | 1.295.776 | 1.297.535 | 1.298.579 | 1.298.791 | 1.298.791 | 1.298.791 |
Malta | 5.365 | 5.306 | 5.244 | 5.180 | 5.180 | 5.180 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi | 809.722 | 800.883 | 791.561 | 781.897 | 781.897 | 781.897 |
L-Awstrija | 706.071 | 706.852 | 707.242 | 707.183 | 707.183 | 707.183 |
Il-Polonja | 3.079.652 | 3.115.887 | 3.152.121 | 3.188.356 | 3.188.356 | 3.188.356 |
Il-Portugall | 582.466 | 598.550 | 614.635 | 630.719 | 630.719 | 630.719 |
Ir-Rumanija | 1.485.801 | 1.707.131 | 1.928.460 | 2.002.237 | 2.002.237 | 2.002.237 |
Is-Slovenja | 140.646 | 139.110 | 137.491 | 135.812 | 135.812 | 135.812 |
Is-Slovakkja | 391.608 | 397.576 | 403.543 | 409.511 | 409.511 | 409.511 |
Il-Finlandja | 533.451 | 535.518 | 537.295 | 538.706 | 538.706 | 538.706 |
L-Isvezja | 709.922 | 712.820 | 715.333 | 717.357 | 717.357 | 717.357 |
Ir-Renju Unit | 3.652.541 | 3.655.113 | 3.657.684 | 3.660.255 | 3.660.255 | 3.660.255 |
Or. en