<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>6.3.2013</Date><Ref>B7-0126/2013</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">biex jiġi konkluż id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali u r-Riżorsi Proprji</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2803 (RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28132">Richard Ashworth</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f’isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE507.378v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0126/2013</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali u r-Riżorsi Proprji</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(2012/2803 (RSP))</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 295, 310, 311, 312 u 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Protokoll 1 tat-Trattat ta’ Lisbona,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-ftehim politiku milħuq mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7-8 ta' Frar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi, skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’konformità ma' proċedura liġiżlattiva speċjali, ser jadotta regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi, skont l-Artikolu 310(1) tat-TFUE, l-entrati fil-kontijiet tad-dħul u tal-ħruġ kollha tal-Unjoni għandhom jidhru fil-baġit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi, skont l-Artikolu 295 tat-TFUE, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin u bi ftehim komuni jagħmlu arranġamenti għall-kooperazzjoni tagħhom, u billi għal dan il-għan, għandu jiġi adottat ftehim interistituzzjonali sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-proċedura baġitarja annwali u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet dwar kwistjonijiet baġitarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi l-Artikolu 312(5) tat-TFUE jitlob lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-adozzjoni tal-qafas finanzjarju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">E.  billi, skont l-Artikolu 311 tat-TFUE, l-Unjoni trid tipprovdi lilha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha, u għandha tkun iffinanzjata għalkollox minn riżorsi proprji; billi l-Kunsill mitlub jikkonsulta l-Parlament qabel jadotta deċiżjoni ġdida dwar ir-riforma tar-riżorsi proprji u, barra minn hekk, irid jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament qabel jadotta regolament dwar il-miżuri sabiex jimplimenta s-sistema tar-riżorsi proprji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">F.  billi hemm bżonn li l-UE jkollha kemm baġit kif ukoll proċedura baġitarja li jirriflettu kompletament l-essenza trasparenti u demokratika tal-proċess parlamentari ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' kontroll, abbażi tar-rispett għall-prinċipji ta' unità u universalità, li jirrikjedi li d-dħul u l-infiq kollu jiddaħħal sħiħ mingħajr aġġustamenti fil-konfront ta' xulxin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">SFOND</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Huwa konxju bis-sħiħ li n-negozjati dwar il-QFP 2014-2020 qed iseħħu f’kuntest ekonomiku diffiċli ħafna, fejn l-Istati Membri qed jagħmlu sforzi konsiderevoli u kontinwi sabiex jagħmlu aġġustamenti fiskali fil-baġits nazzjonali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Ifakkar li l-UE għandha bżonn baġit modern u investiment orjentat lejn il-futur, kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll tal-UE; jenfasizza, minkejja l-isforzi ta' investiment li qed jitwettqu attwalment, is-sinifikat fit-tul tal-approċċ fuq żewġ binarji ta' konsolidament fiskali, li jiffavorixxi t-tkabbir u li jgħaqqad it-tnaqqis tad-defiċits u d-dejn pubbliċi mal-promozzjoni tat-tali investimenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jinnota li l-kisba tal-appoġġ totali miċ-ċittadini tal-UE fil-kuntest tar-restrizzjonijiet baġitarji kurrenti hija essenzjali; jisħaq li l-isfida li qed taffaċċja l-Unjoni mhix ser tkun li tonfoq iktar, iżda li tonfoq b’mod iktar effiċjenti, sabiex tindirizza ħtiġijiet reali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Limiti Massimi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jaċċetta l-ftehim politiku milħuq dwar il-limiti massimi totali tal-QFP fil-Kunsill Ewropew tas-7-8 ta’ Frar, li jirrifletti reazzjoni pragmatika u realistika għall-kundizzjonijiet fiskali u ekonomiċi diffiċli fl-Istati Membri kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jagħraf li l-limiti massimi tal-QFP jifformaw aspett wieħed biss tal-ibbaġitjar futur u li l-infiq effiċjenti u effettiv huwa importanti daqsu – jekk mhux iktar;   ifakkar, barra minn dan, li l-infiq kollu tal-UE għandu jkun immirat lejn dawk ir-reġjuni u l-Istati Membri li l-iktar għandhom bżonnu, skont il-prinċipju tal-ugwaljanza u solidarjetà bejn l-Istati Membri ġodda u dawk ta’ qabel;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Unità tal-baġit</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jilqa’ l-insistenza tal-Kunsill Ewropew li l-partiti tal-infiq kollha, bl-eċċezzjoni ta’ xi strumenti ta’ flessibbiltà, jibqgħu fi ħdan il-QFP u taħt il-limiti massimi ta’ approprjazzjoni miftiehma;  jinnota li dan l-arranġament jiggarantixxi l-prevedibbiltà, it-trasparenza u l-unità tal-finanzjament fil-QFP; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Infiq aħjar </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Itenni li l-ksib tal-valur miżjud Ewropew u l-assigurazzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja soda – l-effiċjenza, l-effettività, l-ekonomija – għandhom, issa iktar minn qatt qabel, ikunu prinċipji ta’ gwida għall-baġit tal-UE, filwaqt li dejjem jiġi rrispettat l-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 5 tat-TUE u ffissat fil-Protokoll 1 tat-Trattat ta’ Lisbona dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jinsisti li, skont l-Artikoli 310(5) u 317 tat-TFUE, l-Istati Membri jimplimentaw il-baġit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda; ifakkar lill-Istati Membri fl-obbligu legali tagħhom sabiex jiżguraw li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit jintużaw b’konformità ma’ dan il-prinċipju, u li dawn iridu jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom sabiex jindirizzaw b’urġenza dejjem akbar in-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Impenji pendenti (RAL)</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Huwa kkonċernat mil-livell li qed jogħla tar-RAL u fl-istess ħin jagħraf li l-iskala ta’ dawn l-impenji, meta jimxu fil-QFP li jmiss, joħolqu inċertezzi enormi fir-rigward tal-livelli ta’ pagamenti tal-Fond Strutturali, b’mod partikolari għall-2014 u l-2015, meta x’aktarx proporzjon kbir tar-RAL jiġi mħallas minħabba r-Regola N+2; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jenfasizza li l-Istati Membri jeħtieġu garanziji fir-rigward tal-livelli tal-pagamenti tal-Fond ta' Koeżjoni Strutturali skedati għall-QFP li jmiss, kemm sabiex jantiċipa l-livelli ta' kontribuzzjoni attwali sena b'sena u sabiex jippjana l-assorbiment tar-riċevuti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkjarifika għal kollox il-kompożizzjoni tar-RAL u tivvaluta jekk il-massimu kurrenti fir-RAL huwiex primarjament minħabba l-kriżi ekonomika jew inkella jindikax problemi strutturali akbar; jitlob ġestjoni iktar effettiva tal-baġit sabiex il-livell tar-RAL jitwassal sa livell iktar sostenibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">KUNSIDERAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Tul ta’ żmien</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jinnota l-konklużjoni tal-Kunsill Ewropew li l-QFP li jmiss ser idum seba’ snin; itenni l-pożizzjoni tiegħu li jkun preferibbli li jkun hemm qafas li jdum mhux iktar minn ħames snin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">13. Jinsisti, għalhekk, li oqsfa futuri, li jibdew fl-2020, idumu, mill-iżjed, ħames snin, sabiex iħallu iktar flessibbiltà u rispons għall-kundizzjonijiet ekonomiċi u fiskali li dejjem jinbidlu ta’ ambjent globali li l-ħin kollu jevolvi, kif ukoll għal allinjament aħjar tal-perjodu tal-QFP mal-mandat tal-istituzzjoni, b’hekk itejbu l-kontabbiltà u r-responsabbiltà demokratika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Reviżjoni ta’ nofs it-terminu</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">14. Jilqa’ l-paragrafu 11 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, u jinsisti li kwalunkwe QFP miftiehem mal-Parlament fih klawżola ta’ reviżjoni vinkolanti li tawtorizza analiżi strateġika u rikonsiderazzjoni tal-prijoritajiet tal-infiq taħt il-livelli massimi diġà miftiehma, kif ukoll tippermetti lill-baġit tal-UE sabiex jirrispondi b’mod iktar effettiv għaċ-ċirkostanzi li dejjem jinbidlu;  josserva li din tipprovdi opportunità għal Parlament elett reċentement u Kummissjoni ġdida sabiex tivvaluta l-prijoritajiet għall-perjodi tal-mandati rispettivi tagħhom;  jissuġġerixxi l-iskeda ta’ żmien li ġejja għal tali valutazzjoni strateġika: </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">·<span padding-left="15.75pt"> </span></span>wara l-elezzjonijiet Ewropej u l-konsultazzjonijiet sussegwenti mal-Istati Membri u mal-Parlament il-ġdid, u mhux iktar tard minn Ġunju 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni strateġika tal-finanzjament xieraq għal kull wieħed mill-istrumenti proposti, programmi u fondi, flimkien ma’, fejn xieraq, proposti rilevanti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">·<span padding-left="15.75pt"> </span></span>wara proċeduri interni, u skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat rilevanti, il-Kunsill u l-Parlament għandhom jilħqu pożizzjoni konġunta dwar kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni sa, mhux iktar tard, mit-30 ta’ Marzu 2016; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-21.25pt"><span font-style="normal" font-weight="normal" text-decoration="none">·<span padding-left="15.75pt"> </span></span>soġġetta għal ftehim kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill, il-valutazzjoni strateġika għandha tidħol fis-seħħ għas-snin 2017-20; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Il-bżonn ta’ QFP iktar flessibbli</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">15. Jikkunsidra, fid-dawl tal-ambjent makroekonomiku u tal-isfidi ppreżentati minn ekonomija dinjija li qed tevolvi b’pass mgħaġġel, li baġit iżgħar jitlob iktar flessibbiltà kemm fost l-intestaturi kif ukoll bejn is-snin finanzjarji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">16. Jindika li jkun lest li jagħti l-approvazzjoni tiegħu biss malli jirċieva garanziji suffiċjenti ta’ arkitettura baġitarja flessibbli xierqa li tippermetti lill-Unjoni sabiex tindirizza ċirkustanzi u prijoritajiet li dejjem jinbidlu b’mod korrett filwaqt li tirrispetta l-limiti massimi diġà miftiehma;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">Riżorsi proprji</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">17. Jinnota l-ftehim unanimu tal-Kunsill, skont il-prerogattivi tat-Trattat, dwar id-dħul tal-baġit; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-Parlament – filwaqt li ma jeżerċita l-ebda dritt legali lil hinn mill-konsultazzjoni dwar ir-regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet relatati mas-sistema tar-riżorsi proprji – se jintalab, skont l-Artikolu 311 tat-TFUE, li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">18. Jesprimi l-impenn sod tiegħu li jsib ftehim ta' malajr mal-Kunsill f'dan il-qasam, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"><span font-weight="bold">NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">19. Ifakkar li, skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali, ser jadotta regolament li jistabbilixxi l-QFP wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament, li ser tingħata permezz ta’ maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu;  iħeġġeġ, għalhekk, lill-istituzzjonijiet isibu modus operandi ta' benefiċċju reċiproku, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jevitaw kriżi baġitarja potenzjalment ta' ħsara u bla bżonn; josserva, f’dan ir-rigward, dwar l-importanza tal-adeżjoni mal-Artikolu 312(5) tat-TFUE, li jimponi fuq l-istituzzjonijiet il-bżonn li ‘tittieħed kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex tiġi faċilitata l-adozzjoni tiegħu’;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">20. Jenfasizza li din ser tkun l-ewwel darba li regolament dwar il-QFP qed jiġi adottat skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta’ Lisbona, li jinvolvu arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet li jgħaqqdu proċess effiċjenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mar-rispett għall-prerogattivi rilevanti, kif definiti fit-TFUE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">21. Jesprimi r-rieda tiegħu sabiex jidħol f’negozjati sostanzjali mal-Kunsill, skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE, bil-għan li jiżgura l-approvazzjoni tiegħu u adozzjoni ta’ malajr kemm ta’ regolament tal-QFP kif ukoll ta’ ftehim interistituzzjonali li jipprovdu bażi legali stabbli u prevedibbli għall-programmi ta’ nfiq settorjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">22. Jenfasizza li n-negozjati kurrenti bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar il-proposti leġiżlattivi b’rabta mal-programmi pluriennali ser isiru skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitati speċjalizzati sabiex jidħlu f’negozjati mal-formazzjonijiet tal-Kunsill rispettivi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">23. Jenfasizza li nuqqas ta’ ftehim ma’ QFP jipperikola l-loġika fundamentali tal-ipprogrammar ta’ terminu medju, li jisħaq li jipprovdi qafas legali u baġitarju stabbli għal programmi kbar, li l-implimentazzjoni tagħhom isseħħ fuq numru ta’ snin; josserva li eventwalità bħal din mhijiex fl-interess ta’ ebda waħda mill-istituzzjonijiet, lanqas – l-iktar importanti – tar-riċevituri tal-programmi tal-UE fl-Istati Membri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u l-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kkonċernati.</p>
</Section></Motion>