<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.5.2013</Date><Ref>B7-0190/2013</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2013-0118" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2013-0118">B7&#8209;0118/2013</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar strateġija makro-reġjonali għall-Alpi</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2013/2549(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28252">Richard Seeber</Author>, <Author id="28165">Lambert van Nistelrooij</Author>, <Author id="96779">Danuta Maria Hübner</Author>, <Author id="1941">Roberta Angelilli</Author>, <Author id="28288">Jan Olbrycht</Author>, <Author id="28229">Manfred Weber</Author>, <Author id="96849">Alain Cadec</Author>, <Author id="28354">Jan Březina</Author>, <Author id="95017">Iosif Matula</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2948"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE509.817v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0190/2013</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar strateġija makro-reġjonali għall-Alpi</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2013-2549" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2013-2549">2013/2549(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 192, 265(5) u 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (COM(2009) 0248),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 bit-titlu ‘L-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tad-Danubju’ (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0715" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0715">COM(2010)0715</ANCHOR>) u l-pjan ta’ azzjoni indikattiv li jakkompanja l-istrateġija (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SEC-2009-0712" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SEC-2009-0712">SEC(2009)0712</ANCHOR>/2),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni għar-reġjun tad-Danubju<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> GU C 188 E, 28.6.2012, p. 30.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2011, li fihom il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri biex ‘ikomplu jaħdmu b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni dwar strateġiji makro-reġjonali ġejjiena potenzjali’,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2011 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' “Kooperazzjoni territorjali Ewropea” (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0611" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0611">COM(2011)0611</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">A. billi l-istrateġiji makro-reġjonali huma mmirati sabiex jagħmlu użu aħjar mir-riżorsi eżistenti biex jitrattaw kwistjonijiet ta' żvilupp territorjali u jidentifikaw rispons konġunt għal sfidi komuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">B.  billi l-Kummissjoni qed tipproponi li l-parti transnazzjonali tal-politika ta' kooperazzjoni territorjali għandha titjieb;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">C. billi t-territorji tar-reġjun Alpin għandhom diversi karatteristiċi komuni, bħal pereżempju l-fatt li ż-żoni ta' muntanji għolja tagħhom huma ġeografikament uniċi, u l-interazzjonijiet mill-qrib taħghom mal-bliet il-kbar taċ-ċirku peri-Alpin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">D. billi r-reġjun tal-Alpi jikkostitwixxi makro-reġjun interkonness b’kapaċitajiet ekonomiċi differenti u tħassib li kulma jmur qed jikber fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, il-bidla demografika, l-infrastruttura tat-trasport, it-turiżmu u kwistjonijiet relatati mal-enerġija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jemmen li l-iżvilupp ta’ strateġiji fuq skala kbira, bħal strateġiji makroreġjonali, għandu jikkontribwixxi biex jikber ir-rwol tal-livell lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE b’mod aktar ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Ifakkar ir-riżultati tal-esperjenza ta’ tagħlim li joffru l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku u l-Istrateġija tad-Danubju rigward a) it-trasparenza fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u b) l-allokazzjoni ta’ finanzjament tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jilqa’ l-iżvilupp attwali fir-reġjuni taż-żona tal-Alpi, u l-approċċ ‘bottom-up’ adottat fihom, reġjuni li b’mod ripetut esprimew ix-xewqa taħghom li jkun hemm strateġija Alpina li tindirizza b’mod effettiv l-isfidi komuni taż-żona kollha tal-Alpi, li l-potenzjal konsiderevoli taż-żona jiġi sfruttat b’mod aktar konsistenti u li tiġi indirizzata l-ħtieġa li titjieb il-mobilità, i-ssigurtà enerġetika, il-ħarsien ambjentali, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku, l-iskambju kulturali, is-sigurtà u l-protezzjoni ċivili fir-reġjun tal-Alpi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Jitlob li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi tkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni komprensiva mill-Kummissjoni, imsejsa fuq kriterji oġġettivi u indikaturi li jistgħu jitkejlu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta l-Artikolu 174 TFUE b’mod ġenwin permezz ta' pjan strateġiku, bil-ħsieb li jingħelbu l-iżvantaġġi strutturali ta' territorji muntanjużi u jinħolqu l-kundizzjonijiet tajba għal tkabbir ekonomiku u koeżjoni soċjali u territorjali effettiva fir-reġjun tal-Alpi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">6.  Jemmen li d-dimensjoni territorjali tal-istrateġija għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-idea tal-koeżjoni territorjali, li t-Trattat ta’ Lisbona jpoġġi fl-istess livell mal-koeżjoni ekonomika u soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">7.  Jisħaq li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi hi għodda effettiva biex titjieb il-kooperazzjoni territorjali Ewropea fir-reġjun konċernat billi jiġi implimentat approċċ ‘bottom-up’ u billi tiżdied il-kooperazzjoni permezz ta’ użu aħjar tar-riżorsi disponibbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">8.  Jenfasizza li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi tiżgura li l-inizjattivi differenti tal-UE relatati mar-reġjun tal-Apli u ż-żoni muntanjużi jikkumplimentaw lil xulxin, u ġġib magħha valur miżjud għal proġetti konkreti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">9.  Jemmen li strateġija makro-reġjonali għall-Alpi trid tikkoordina l-fondi eżistenti tal-UE, b'mod partikolari taħt il-politika ta' koeżjoni, biex timplimenta proġetti li jkollhom l-għan li jindirizzaw sfidi komuni bħall-ħarsien tal-ambjent, l-investiment fil-kompetittività u l-innovazzjoni, l-agrikultura u l-forestrija, l-ilma, l-enerġija, kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi u t-trasport;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">10. Jisħaq li strateġija makro-reġjonali potenzjali għall-Alpi tkun konformi mal-objettivi ta’ Ewropa 2020, u b’hekk tiżgura l-konformità mal-impenn tal-UE għal tkabbir smart, sostenibbli u inklużiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">11. Jenfasizza li l-qafas tal-kooperazzjoni makroreġjonali ġdid irid jiżgura li l-iżvantaġġi naturali ta’ reġjuni periferali, bħal pereżempju żoni muntanjużi, jinbidlu f'punti pożittivi u f’opportunitajiet, u li tingħata spinta lill-iżvilupp ta' dawn ir-reġjuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lil Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-istituzzjonijiet l-oħra relevanti.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>