<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>1.7.2013</Date><Ref>B7-0334/2013</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Analiżi tal-Presidenza Irlandiża, inkluż il-Ftehim QFP</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2012/2799(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97058">Guy Verhofstadt</Author>, <Author id="4440">Anne E. Jensen</Author>, <Author id="1965">Jan Mulder</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="1119"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE515.878v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0334/2013</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Analiżi tal-Presidenza Irlandiża, inkluż il-Ftehim QFP</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2012-2799" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2012-2799">2012/2799(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2011 u l-proposta emendata tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2012 għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u dwar ir-riżorsi proprji, u tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7/8 ta' Frar dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 bl-iskop li jinkiseb riżultat pożittiv tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-ftehim politiku li ntlaħaq dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, fis-27 ta' Ġunju 2013 bejn il-President tal-Kunsill u l-President tal-Parlament Ewropew,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jieħu nota tal-ftehim politiku li ntlaħaq dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2014-2020 bejn il-Kunsill u l-President tal-Parlament Ewropew u jilqa' l-progress li sar s'issa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jemmen li l-ftehim li ntlaħaq fis-27 ta' Ġunju jirrappreżenta titjib fuq l-offerti li saru qabel; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Iqis l-elementi ġodda dwar il-flessibilità fuq il-ħlasijiet bħala pass sinifikanti 'l quddiem li se jiżguraw li l-fondi li ma ntefqux se jiġu riallokati matul is-snin kollha u fl-intestaturi kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">4.  Se jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu għar-Regolament QFP li se ssir votazzjoni dwaru f'Settembru, wara l-eżami finali tiegħu tal-progress, il-kjarifika u l-impenji li ntlaħqu s'issa fir-rigward tal-elementi li ġejjin:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">–   In-negozjati dwar il-bażi legali għall-programmi multiannwali għandhom jitlestew minn qabel, u jsiru b'rispett sħiħ għas-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament li ngħatawlu permezz tat-Trattat ta' Lisbona;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">–   Il-ħlas bil-quddiem ta' fondi għall-politika dwar l-impjieg taż-żgħażagħ u l-politika dwar ir-riċerka hija ta' importanza kbira; madanakollu huwa essenzjali li finanzjament ulterjuri jsir disponibbli wkoll għall-Aġenda Diġitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">–   Il-Kunsill għandu jiżgura li ebda defiċits ma jitressqu mill-2013 sal-2014; Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi b'urġenza baġit emendatorju ieħor sabiex il-Kunsill ikun jista' japprovah kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ qabel l-approvazzjoni tal-QFP;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18.15pt">–   Il-Parlament li jmiss għandu jkollu reviżjoni ġenerali vinkolanti tal-qafas baġitarju; jitlob, għalhekk, għat-tneħħija tal-kliem "kif xieraq" mir-regolament QFP u jinsisti li din ir-reviżjoni tkopri mhux biss l-infiq – inkluż l-limitu tal-marġni ġenerali għall-pagamenti, li se jitneħħew waqt din ir-reviżjoni – iżda d-dħul ukoll, inklużi proposti leġiżlattivi għar-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra kkonċernati.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt"> </p>
</Section></Motion>