<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>4.2.2014</Date><Ref>B7-0141/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2547(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="119431">Ruža Tomašić</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author>, <Author id="96801">Tomasz Piotr Poręba</Author>, <Author id="96796">Ryszard Antoni Legutko</Author>, <Author id="23788">Adam Bielan</Author> </span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="2969"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR </p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE527.341v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0141/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2547" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2547">2014/2547(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra  l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar is-Sirja, l-aktar riċenti dwak tat-18 ta' Novembru 2013 u tal-20 ta' Jannar 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-27 ta' Settembru 2013 dwar il-qerda tal-armi kimiċi tas-Sirja (S/RES/2118(2013)),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0378" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0378/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0378</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar miżuri tal-UE u tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-fluss ta' rifuġjati b'riżultat tal-kunflitt fis-Sirja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0414" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0414/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0414</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali għalihom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Protokoll għall-Projbizzjoni tal-Użu fil-Gwerra ta' Gassijiet Asfissjanti, Velenużi jew Gassijiet Oħra, u ta' Mezzi Batterjoloġiċi, iffirmat f'Ġinevra fis-17 ta' Ġunju 1925,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta' Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u Tossiniċi u dwar id-Distruzzjoni Tagħhom, iffirmata f'Londra, f'Moska u f'Washington, fl-10 ta' April 1972,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Economiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv ta’ magħha dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati, u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju, li tagħhom kollha s-Sirja hija firmatarja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar is-Sirja tat-11 ta' Settembru 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta' Mejju 2011 bit-titlu "Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-communiqué finali tal-Grupp ta' Azzjoni għas-Sirja tat-30 ta' Ġunju 2012, iktar 'il quddiem il-"communiqué ta' Ġinevra",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-ferment u t-tixrid tad-demm fis-Sirja issa ilu għaddej għal tliet snin sħaħ, mingħajr ebda prospettiva evidenti li l-ġlied dalwaqt se jieqaf;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-ferment ċivili u r-ripressjoni brutali tal-awtoritajiet Sirjani, inklużi rapporti dwar l-użu ta’ armi kimiċi, wasslu lill-pajjiż fi stat ta' gwerra ċivili totali li ġġib magħha r-riskju li jinħoloq kunflitt reġjonali aktar mifrux;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi aktar minn 110 000 ċittadin Sirjan inqatlu minn mindu beda l-ġlied;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi fl-2013 inqatlu aktar minn 1 200 Nisran fis-Sirja; billi hu stmat li l-popolazzjoni Nisranija fis-Sirja tammonta għal madwar 1.3 miljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-għadd totali ta' rifuġjati Sirjani reġistrati issa huwa stmat li jaqbeż iż-żewġ miljuni, u hemm disa' miljuni Sirjani spostati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-President Assad kompla jinjora l-għadd kbir ta' sejħiet mill-komunità internazzjonali biex itemm il-vjolenza orribbli fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-vjolenza, inklużi l-użu tal-artillerija ta' kalibru kbir u l-bumbardamenti fuq żoni popolati, u l-qtil orribbli mill-armata Sirjana u l-forzi tas-sigurtà u s-Shabiha, kif ukoll minn diversi forzi tal-oppożizzjoni, komplew jiżdiedu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi twettqu diversi massakri u qtil ("point-blank") immirat lejn il-massa, ta' rġiel, nisa u tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi r-rikors għat-tortura, l-arresti tal-massa u l-qerda mifruxa ta' żoni popolati eskalaw drammatikament fix-xhur li għaddew; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi kuljum eluf ta' Sirjani qed jaħarbu mill-ġlied lejn il-pajjiżi tal-viċinat biex ifitxxu sikurezza u protezzjoni, iżda xorta jsibu ruħhom f'qagħda vulnerabbli fil-kampijiet tar-rifuġjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l- pajjiżi li ntlaqtu b'mod l-aktar drammatiku mill-kunflitt u mill-fluss ta' rifuġjati huma l-Libanu, il-Ġordan u t-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi diversi rapporti indipendenti jikkonfermaw l-użu ta' armi kimiċi fil-21 ta' Awwissu 2013 fl-attakk fil-Lvant ta' Ghouta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-użu tal-armi kimiċi jikkostitwixxi delitt tal-gwerra projbit taħt il-Protokoll ta' Ġinevra u l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi għalkemm is-Sirja hija wieħed fost il-ftit pajjiżi li għadhom ma ffirmawx il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Armi Kimiċi, wieħed jista' jargumenta li d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni japplikaw xorta waħda fl-ambitu tad-dritt konswetudinarju internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi r-rappreżentanti tal-Gvern Sirjan u l-membri tal-Koalizzjoni Nazzjonali tal-Forzi Sirjani tar-Rivoluzzjoni u tal-Oppożizzjoni qablu li jipparteċipaw f'kollokji ta' paċi internazzjonali konvokati mill-invjat tal-paċi tal-Nazzjonijiet Uniti, Lakhdar Brahimi, li seħħew f'Montreux u Ġinevra mit-22 sat28 ta' Jannar 2014. billi ċiklu ulterjuri ta' kollokji ta' paċi propost mis-Sur Brahimi għandu jibda fl-10 ta' Frar 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jiddeplora l-vjolenza, l-intimidazzjoni u t-tortura mwettqa kontra rġiel, nisa u tfal minn dawk involuti fil-kunflitt intern fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna bil-qawwa l-qtil tal-massa ta’ nies ċivili b’armi kimiċi fil-21 ta' Awissu 2013, u jilqa' l-isforzi internazzjonali biex tiġi distrutta l-ħażna ta' armi kimiċi akkumulati mir-reġim Sirjan; iħeġġeġ il-partijiet kollha biex jaħdmu flimkien ħalli tiġi żgurata t-tneħħija rapida u kompleta tal-armi kimiċi kollha mis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jilqa' l-konferenza ta' Ġinevra II u l-impenn muri mill-membri tal-oppożizzjoni Sirjana għall-prinċipji li jinsabu fil-communiqué ta' Ġinevra; jissottolinja l-bżonn għal progress meta jerġgħu jibdew il-kollokji ta' paċi, u b'mod partikolari għall-komunità internazzjonali u l-bżonn li l-atturi kollha involuti fil-kunflitt Sirjan jaħdmu favur it-tisjib ta' soluzzjoni politika għall-ġlied fis-Sirja bbażata fuq dawn il-prinċipji; ikompli jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex timpenja ruħha fi ppjanar konkret għal tranżizzjoni demokratika post-Assad fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li l-isforzi mwettqa fil-livell internazzjonali u dak reġjonali jkunu kkonċentrati sabiex il-kriżi Sirjana tiġi riżolta; ikompli jħeġġeġ lill-membri kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jonoraw ir-responsabbilitajiet tagħhom fir-rigward tal-kriżi; iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha attivi fil-promozzjoni ta' soluzzjoni għall-kriżi sabiex jappoġġjaw dawn l-isforzi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kriżi umanitarja li għaddejja fis-Sirja u l-implikazzjonijiet għall-pajjiżi tal-viċinat; jesprimi t-tħassib tiegħu, barra minn hekk, dwar il-fatt li r-rata tal-eżodu tar-rifuġjati mis-Sirja qed tkompli tikber; jappella għall-konklużjonijiet ta' ftehimiet li jiggarantixxu l-aċċess umanitarju immedjat u sħiħ u l-possibbiltà ta' ħruġ miż-żoni taħt assedju, mingħajr il-biża ta' rappreżalji futuri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jiddispjaċih bis-sitwazzjoni li dejjem qed tmur għall-agħar ta' ħafna mill-minoranzi tas-Sirja, inkluża l-komunità Nisranija fil-pajjiż, u jikkundanna bil-qawwa n-numru kbir ta' qtil tal-insara fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-gvernijiet tal-pajjiżi tal-viċinat, b'mod partikolari tat-Turkija u l-Libanu, li jipprovdu appoġġ umanitarju lir-rifjuġati Sirjani; jirrikonoxxi li l-għoti ta' dan l-appoġġ xeħet pressjoni addizzjonali fuq is-servizzi eżistenti u l-baġits f'dawk il-pajjiżi; jitlob lill-komunità internazzjonali tappoġġa lil dawk il-pajjiżi hekk milquta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Josserva li l-President Assad, bħala l-kap tal-Istat Sirjan kemm mill-aspett kostituzzjonali kif ukoll ġuridiku, għandu r-responsabilità aħħarija tal-azzjonijiet kollha meħuda mill-forzi armati tas-Sirja; iħeġġeġ lill-President Assad jirrikonoxxi ċ-ċaħda tar-reġim tiegħu mill-poplu Sirjan u jirtira fl-aħjar interessi ta' pajjiżu u tal-għaqda tal-poplu tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jitlob lil dawk kollha fis-Sirja jikkonformaw mal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija u jimpenjaw ruħhom flimkien mal-komunità internazzjonali biex jiksbu t-tmiem paċifiku tal-kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Għarbija Sirjana, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tal-viċinat tas-Sirja.</p>
</Section></Motion>