<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>24.2.2014</Date><Ref>B7-0194/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2014-0108" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2014-0108">B7&#8209;0108/2014</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-futur tal-politika dwar il-viżi tal-UE</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2586(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28397">Agustín Díaz de Mera García Consuegra</Author>, <Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="96911">Tanja Fajon</Author>, <Author id="96812">Juan Fernando López Aguilar</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="23784">Janusz Wojciechowski</Author>, <Author id="28619">Tatjana Ždanoka</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="OTHER"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE529.553v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B7&#8209;0194/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-futur tal-politika dwar il-viżi tal-UE</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2586" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2586">2014/2586(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 77 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra lkomunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata 'L-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar il-viżi sabiex jiġi xprunat it-tkabbir fl-UE' (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0649" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0649">COM(2012)0649</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar kif ħadmet il-Kooperazzjoni Lokali ta' Schengen fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0648" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0648">COM(2012)0648</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra s-seba' rapport tal-Kummissjoni dwar iż-żamma ta' obbligi ta' viża minn ċerti pajjiżi terzi bi ksur tal-prinċipju tar-reċiproċità (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0681" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0681">COM(2012)0681</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-reviżjonijiet reċenti<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Regolament (UE) Nru 1091/2010, ĠU L 329, 14.12.2010, p. 1; Regolament (UE) Nru 1211/2010, ĠU L 339, 22.12.2010, p. 6; Regolament (UE) Nru 1289/2013, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 74; <ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0650" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0650">COM(2012)0650</ANCHOR>; <ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2013-0853" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2013-0853">COM(2013)0853</ANCHOR>.</p>
</footnote> tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi mal-Ġeorġja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/117/EU, ĠU L 52, 25.2.2011, p. 33.</p>
</footnote>, l-Ukraina<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/297/EU, ĠU L 168, 20.6.2013, p. 10.</p>
</footnote>, il-Moldova<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/296/EU, ĠU L 168, 20.6.2013, p. 1.</p>
</footnote>, il-Kap Verde<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/521/UE, ĠU L 282, 24.10.2013, p. 1.</p>
</footnote>, l-Armenja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/628/UE, ĠU L 289, 31.10.2013, p. 1.</p>
</footnote> u l-Azerbajġan<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2013-0742" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2013-0742">COM(2013)0742</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjon ta’ [......],</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-futur tal-politika tal-viża tal-UE (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-7-2014-000028" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-7-2014-000028">O&#8209;000028/2014</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-7-2014-0108" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-7-2014-0108">B7&#8209;0108/2014</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-politika komuni dwar il-viża tikkostitwixxi konsegwenza neċessarja għat-tneħħija ta' kontrolli mal-fruntiera interna fi ħdan iż-żona ta' Schengen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-elementi prinċipali tal-politika komuni dwar il-viża huma: il-lista komuni ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għar-rekwiżit tal-viża u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minnha, kif anness mar-Regolament 539/01, ir-regoli komuni dwar il-ħruġ ta' viżi li jinsabu fil-Kodiċi dwar il-Viżi, il-format uniformi għall-viżi, l-iskambju ta' informazzjoni permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, u serje ta' ftehimiet internazzjonali ma' pajjiż terzi dwar l-eżenzjoni u l-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi t-Trattat ta' Lisbona jipprevedi l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-aspetti kollha tal-politika komuni dwar il-viża, u l-approvazzjoni tal-Parlament għall-ftehimiet  internazzjonali dwar is-suġġett;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi huwa importanti li jingħata bidu għal riflessjoni u diskussjoni interistituzzjonali dwar il-futur tal-politika komuni tal-UE dwar il-viża, b'mod partikolari rigward il-passi lejn iktar armonizzazzjoni ta' proċeduri tal-viża, inkluż regoli komuni dwar il-ħruġ ta' viżi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politika ġenerali dwar il-viża u reviżjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jilqa' l-progress magħmul fil-qasam tal-<span font-style="italic">acquis </span>tal-viża, iżda jistieden ukoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jtejbu l-implimentazzjoni tal-<span font-style="italic">acquis </span>attwali dwar il-viża; jitlob, speċjalment, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi f'terminu ta' żmien qasir;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jemmen li fil-ġejjieni għandhom jittieħdu passi favur aktar armonizzazzjoni tal-proċeduri tal-viża, inkluż regoli verament komuni dwar il-ħruġ ta' viżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Iqis li huwa ċar li f'bosta pajjiżi terzi kopertura konsulari mhijiex soddisfaċenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Iqis li ċentri ta' applikazzjoni tal-viża komuni taw prova ta' għodda utli li fil-futur tista' ssir proċedura standard;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma ppreżentatx studju dwar il-possibilità li jiġi stabbilit 'mekkaniżmu Ewropew komuni għall-ħruġ ta' viżi għal terminu qasir', inkluża analiżi dwar 'sa liema grad il-valutazzjoni ta' riskju individwali tista' tissupplimenta l-preżunzjoni ta' riskju assoċjat maċ-ċittadinanza ta' applikant', kif ġiet mistiedna tagħmel fil-Programm ta' Stokkolma (punt 5.2);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Iqis li vjaġġi li jsiru bona fide u frekwenti għandhom jiġu ulterjorment faċilitati, partikolarment permezz ta' użu aktar frekwenti ta' viżi għal dħul multiplu b'terminu ta' żmien itwal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet attwali tal-Kodiċi dwar il-Viżi u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen biex ikun permess il-ħruġ ta' viżi umanitarji, u biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta' kenn temporanju għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu fir-riskju f'pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jistenna bil-ħerqa l-proposta mistennija għal rieżami tal-Kodiċi dwar il-Viżi, iżda jiddeplora l-fatt li l-adozzjoni tiegħu ġie pospost ripetutament mill-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-evalwazzjoni ġenerali tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandha ma ġietx ippreżentata mill-Kummissjoni; jiddeplora l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta din l-evalwazzjoni flimkien mal-proposta għal rieżami tal-Kodiċi dwar il-Viżi; iqis li tkun ħaġa iktar xierqa jekk il-Kummissjoni tippreżenta r-rapport ta' evalwazzjoni l-ewwel u b'hekk tippermetti lill-istituzzjonijiet jagħmlu diskussjoni bbażata fuqu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jitlob li jiġu konklużi aktar ftehimiet għall-faċitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi, fejn ikun xieraq, u il-monitoraġġ u t-titjib ta' dawk li diġà jeżistu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jitlob evalwazzjoni sistematika tal-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi li diġà jeżistu, sabiex jiġi eżaminat jekk humiex qed jilħqu l-objettivi intenzjonati tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Ir-Regolament 539/01</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jilqa' l-aġġornamenti reċenti tal-listi ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti jew mhumiex soġġetti għall-ħtieġa tal-viża, kif previst fir-Regolament 539/01, u b'mod partikolari l-eżenzjonijiet addizzjonali mill-ħtieġa tal-viża; ifakkar fl-importanza ta' vvjaġġar mingħajr viża għal pajjiżi terzi u partikolarment is-soċjetajiet ċivili tagħhom, iżda wkoll għall-interessi tal-UE stess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jilqa' l-aġġornament tal-kriterji ta' eżenzjoni tal-viża biex jinkludu kunsiderazzjonijiet ta' drittijiet fundamentali iżda wkoll benefiċċji ekonomiċi, b'mod partikolari f'termini ta' turiżmu u kummerċ barrani, u l-inklużjoni tagħhom f'artikolu tar-regolament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jenfasizza li liberalizzazzjoni ulterjuri teħtieġ aktar għarfien dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet attwali għall-viża, inkluż permezz tas-Sistema Elettronika tal-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (EU-ESTA); jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-Parlament ikun infurmat b'mod aktar komplet rigward is-sitwazzjoni ta' terzi pajjiżi fid-diskussjoni, sabiex ikun jista' jsir skrutinju demokratiku adegwat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jistieden lill-Kummissjoni tirrefletti dwar kif, fil-ġejjieni, tibdil fl-annessi tar-regolament u ftehimiet bilaterali ta' eżenzjoni mill-viża, fejn jitqies meħtieġ, jisttgħu jitqiesu b'mod parallel, sabiex jiġi evitat ir-riskju li modifika fl-annessi tiġi segwita immedjatament bil- ftehim neċessarju ta' eżenzjoni mill-viża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jinnota l-ftehim dwar il-mekkaniżmu ta' sospensjoni; jistenna l-Istati Membri jagħmlu użu minn dan il-mekkaniżmu bona fide u biss meta l-kriterji relevanti jiġu soddisfatti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Iqis li reċiproċità sħiħa tal-viżi hija objettiv li l-Unjoni għandha ssegwi b’mod proattiv fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi, u b’hekk tgħin biex jittejbu l-kredibilità u l-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni fil-livell internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jitlob li jsir dibattitu dwar il-konnessjoni bejn liberalizzazzjoni ulterjuri tal-viża u s-sejħiet li qed isiru minn ċerti Stati Membri għal aktar miżuri ta' sigurtà u kontrolli aktar stretti mal-fruntieri għal vjaġġaturi eżentati mill-ħtieġa tal-viża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jistieden lill-eu-LISA tippreżenta r-rapport ta' evalwazzjoni mistenni tal-VIS malajr kemm jista' jkun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Involviment tal-Parlament Ewropew</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni jtejbu l-fluss ta' informazzjoni lill-Parlament fir-rigward ta' negozjati dwar ftehimiet internazzjonali fil-qasam tal-viża, f'konformità mal-Artikolu 218(10) tat-TFUE u l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Iħabbar l-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi grupp ta' kuntatt dwar il-politika tal-viża fi ħdan il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; jistieden lill-Presidenza tal-Kunsill u lill-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, jipparteċipaw fil-laqgħat ta' dan il-grupp ta' kuntatt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>