<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.7.2014</Date><Ref>B8-0028/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2717(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124768">Valentinas Mazuronis</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="OTHER"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE534.972v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0028/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2717" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2717">2014/2717(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, is-Sħubija tal-Lvant u l-Ukraina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-Ukraina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi s-sitwazzjoni fl-Ukraina tfakkar fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, u billi qed jitilfu ħajjithom ċivili u tfal innoċenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Ukraina u għall-poplu tagħha f'dawn iż-żminijiet diffiċli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jappoġġa bis-sħiħ l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ukraina u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex isaħħu l-għaqda nazzjonali u jiżguraw konċiljazzjoni fost il-gruppi differenti fis-soċjetà; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jinsab imħasseb ħafna dwar l-operazzjonijiet militari li għaddejjin fil-Lvant tal-Ukraina, u jħeġġeġ sabiex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt permezz ta' ftehim negozjat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jappella lill-atturi kollha jagħmlu sforzi kostruttivi sabiex inaqqsu t-tensjonijiet u jistabbilizzaw is-sitwazzjoni, biex b'hekk jipprovdu lill-awtoritajiet tal-Ukraina bil-possibilità li jkollhom pożizzjoni b'saħħitha u jippermettulhom jikkonċentraw immedjatament fuq il-problemi ekonomiċi u soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt potenzjali u t-tifsira tas-sitwazzjoni ta' kriżi fl-Ukraina għas-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun kollu u għar-relazzjonijiet futuri ta' bejn l-UE u r-Russja;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Iqis li l-azzjonijiet tar-Russja jiksru d-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali li għandha skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-OSKE u l-Memorandum ta' Budapest dwar il-garanziji ta' sigurtà għall-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Itenni għal darb'oħra li huwa estremament importanti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkollhom pożizzjoni magħquda meta jinnegozjaw mar-Russja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jilqa' bil-kbir l-impenn tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-UE biex jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-Ukraina; iqis li hu importanti ħafna li jkun żgurat li dan l-appoġġ jintuża sabiex tiġi implimentata l-aġenda ta' riforma tal-Gvern tal-Ukraina, jissaħħu l-prinċipji tal-istat tad-dritt, jiġi żgurat l-ħarsien tal-fruntieri nazzjonali u l-attivitajiet tal-pulizija, u tiġi miġġielda l-korruzzjoni b'mod effettiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>