<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.7.2014</Date><Ref>B8-0029/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2717(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="28297">Jacek Saryusz-Wolski</Author>, <Author id="96747">Arnaud Danjean</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author>, <Author id="96934">Sandra Kalniete</Author>, <Author id="124990">Lars Adaktusson</Author>, <Author id="28257">Ivo Belet</Author>, <Author id="28269">Jerzy Buzek</Author>, <Author id="96674">Anna Maria Corazza Bildt</Author>, <Author id="96848">Mariya Gabriel</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="23785">Andrzej Grzyb</Author>, <Author id="28124">Gunnar Hökmark</Author>, <Author id="28424">Tunne Kelam</Author>, <Author id="97968">Andrey Kovatchev</Author>, <Author id="96651">Eduard Kukan</Author>, <Author id="124759">Gabrielius Landsbergis</Author>, <Author id="96791">Elżbieta Katarzyna Łukacijewska</Author>, <Author id="96824">Monica Luisa Macovei</Author>, <Author id="28400">Francisco José Millán Mon</Author>, <Author id="28135">György Schöpflin</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="119434">Dubravka Šuica</Author>, <Author id="124893">Bogdan Andrzej Zdrojewski</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE534.973v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0029/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2717" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2717">2014/2717(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, dwar is-Sħubija tal-Lvant (SL) u dwar l-Ukraina, b'riferiment partikolari għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2014 dwar il-pressjoni Russa fuq il-pajjiżi tas-SL u b'mod partikolari d-destabilizzazzjoni tal-Ukraina tal-Lvant<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0457" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0457/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0457</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar l-Ukraina tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tat-23 ta' Ġunju, kif ukoll tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta' Ġunju 2014, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni bejn in-NATO u l-Ukraina tal-1 ta' April 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-mexxejja tal-G7 wara l-laqgħa tagħhom fl-Aja fl-24 ta' Marzu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi fil-25 ta' Mejju 2014 Petro Poroshenko ġie elett bħala l-President tal-Ukraina; billi minkejja l-vjolenza fil-provinċji tal-Lvant, l-elezzjoni, inġenerali, ġiet ivvalutata b'mod pożittiv mir-rappreżentanti internazzjonali għall-monitoraġġ, li sabu li kienet – fil-maġġoranza vasta tal-pajjiż – konformi fil-biċċa l-kbira mal-impenji internazzjonali filwaqt li tirrispetta l-libertajiet fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-President Petro Poroshenko ressaq pjan bi 15-il punt għal soluzzjoni paċifika tas-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Ukraina li jippreserva s-sovranità, l-integrità territorjali u l-unità nazzjonali tal-Ukraina; billi, bħala l-ewwel pass, il-President Poroshenko ħabbar waqfien mill-ġlied unilaterali għall-perjodu bejn l-20 u t-30 ta' Ġunju u esprima r-rieda tiegħu li jħabbar it-tieni waqfien mill-ġlied abbażi ta' tliet kundizzjonijiet, jiġifieri li l-waqfien mill-ġlied jiġi rispettat b'mod bilaterali, li l-ostaġġi kollha jinħelsu u li sanzjonijiet effettivi għall-kontroll tal-fruntiera jiġu mmonitorjati mill-OSKE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-armata tal-Ukraina rrispettat il-waqfien mill-ġlied iżda l-merċenarji rrifjutaw li jieqfu jiġġieldu; billi n-nuqqas ta' rikkoxximent tal-waqfien mill-ġlied min-naħa tal-merċenarji wassal għal telf ta' ħajja fuq iż-żewġ naħat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-President Poroshenko reġà ta bidu għall-operazzjoni kontra t-terroriżmu wara l-falliment tal-waqfien mill-ġlied unilaterali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-armata tal-Ukraina reġà ħa kontroll ta' diversi bliet fil-Lvant tal-Ukraina, u ġiegħel lir-ribelli u lill-merċenarji jirtiraw lejn Donetsk; billi, madanakollu, il-vjolenza ma waqfitx; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi fis-27 ta' Ġunju 2014 l-UE ffirmat id-dispożizzjonijiet li kien fadal tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-ministri barranin tal-Ġermanja, Franza, Russja u l-Ukraina ltaqgħu f'Berlin fit-2 ta' Lulju 2014 biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Lvant tal-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-Kunsill tal-Federazzjoni rrevoka d-deċiżjoni tiegħu li jawtorizza l-użu tal-forzi Russi biex jintervjenu militarjament fl-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-President Poroshenko ddikkjara fl-14 ta' Lulju 2014 li uffiċjali tal-persunal militari Russi kienu qed jiġġieldu kontra l-forzi Ukraina flimkien ma' ribelli separatisti u li kienet ġiet stabbilita sistema Russa għall-gwida tal-missili biex tintuża kontra l-forzi armati tal-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jilqa' l-iffirmar tad-dispożizzjonijiet tal-AA li fadal, inkluż il-DCFTA, u jinsab konvint li dan se jservi ta' mutur għar-riforma politika u ekonomika, u se jwassal għall-modernizzazzjoni gaħt-tisħiħ tal-istat tad-dritt u li se jistimula t-tkabbir ekonomiku; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-Ukraina li pproċediet bl-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim; jiddikjara li l-Parlament Ewropew se jlesti l-proċedura tiegħu għar-ratifika tal-Ftehim kemm jista' jkun malajr; jistieden lill-Istati Membri u lill-Ukraina jirratifikawh rapidament bil-ħsieb li jiġi implimentat bis-sħiħ sħiħa mill-aktar fis possibbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jilqa', ukoll, l-iffirmar tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-Ġeorġja u l-Moldova; jitlob għar-ratifika rapida tagħhom u jilqa' l-fatt li l-Parlament tal-Moldova diġà għamel dan; jirrifjuta l-politika tar-Russja għal miżuri kummerċjali kontra l-pajjiżi li ffirmaw ftehim AA/DCFTA, inklużi l-azzjonijiet l-aktar riċenti li jipprojbixxu l-esportazzjoni taċ-ċanga mill-Moldova; jenfasizza l-fatt li dawn l-azzjonijiet jikkontradixxu r-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, huma motivati politikament u għalhekk mhumiex aċċettabbli; jenfasizza l-fatt li r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-imsieħba tal-Lvant bl-ebda mod m'huma diretti kontra r-Russja u ma jtellfux ir-relazzjonijiet bilaterali bejn ir-Russja u dawk l-imsieħba; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jilqa' l-fatt li Petro Poroshenko ġie elett fl-ewwel rawnd għall-ħatra ta' President tal-Ukraina; jinnota li r-riżultati tal-elezzjoni juru appoġġ b'saħħtu fost il-popolazzjoni għal perspettiva Ewropea u demokratika tal-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jappoġġa l-pjan ta' paċi bħala opportunità kbira għall-paċi u għal de-esklazazzjoni; jappoġġa l-azzjonijiet deċiżivi tal-President Poroshenko biex jiggarantixxi l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina; jilqa' l-impenn tiegħu li jindirizza l-problema tal-korruzzjoni sistemika u l-użu ħażin tal-fondi pubbliċi; itenni li r-Russja hija involuta f' azzjoni u provvista militari; iħeġġeġ lir-Russja twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha, sabiex timpenja ruħha ġenwinament f'negozjati għal soluzzjoni paċifika u biex tuża l-influwenza reali tagħha biex twaqqaf kwalunkwe vjolenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Itenni li l-komunità internazzjonali tappoġġa l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina; itenni li l-awtoritajiet tal-Ukraina għandhom kull dritt li jużaw il-miżuri kollha neċessarji, inkluż id-dritt għal awtodifiża kif definit fl-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU; ifakkar li ma jirrikonoxxix, u qatt mhu se jirrikonoxxi, l-annessjoni illegali ta' Krimea; jenfasizza li, bħal kull pajjiż ieħor, l-Ukraina għandu kull dritt li jagħmel l-għażliet tiegħu fir-rigward tal-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika; huwa tal-fehma soda li għaldaqstant l-UE teħtieġ li tintensifika l-kooperazzjoni mal-Ukraina bil-għan li xxerred il-prosperità u żżid l-istabbiltà politika ta' dak il-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jikkundanna l-vjolenza li għaddejja u t-telf kuljum ta' ħajjiet fil-Lvant tal-Ukraina; jenfasizza li r-ribelli u l-merċenarji ma rrispettawx il-waqfien mill-ġlied unilaterali ddikkjarat mill-awtoritajiet tal-Ukraina, u li dan wassal għal aktar tixrid tad-demm; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lir-Russja tappoġġa l-pjan ta' paċi b'determinazzjoni ġenwina, biex tadotta miżuri għall-kontroll effettiv tal-fruntiera tagħha mal-Ukraina u biex twaqqaf l-inkursjoni kontinwa ta' rġiel armati, armi u tagħmir illegali, u biex tuża l-influwenza tagħha fuq ir-ribelli u l-merċenarji u ġġegħlhom jirrispettaw il-waqfien mill-ġlied, iċedu l-armi tagħhom u jirtiraw lura lejn ir-Russja minn fuq kuritur għall-irtirar, kif previst fil-pjan ta' paċi ta' Poroshenko, u biex jeħilsu l-ostaġġi kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jiddeplora d-detenzjoni illegali fir-Russja tan-navigatur tal-forzi tal-ajru militari tal-Ukraina, Nadija Savchenko u jitlob il-ħelsien fil-pront tiegħu u r-rilaxx tal-ostaġġi kollha miżmuma fl-Ukraina jew fir-Russja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/HR) u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ikollhom preżenza aktar qawwija u viżibilità akbar fil-mekkaniżmi ta' djalogu stabbiliti bl-għan li tissolva l-kriżi, inkluż il-Grupp ta' Kuntatt; jilqa' l-estensjoni tas-sanzjonijiet attwali għal 11-il persuna oħra, ħafna minnhom uffiċjali tal-hekk imsejħa awtoritajiet separatisti; jilqa' l-ħidma preparatorja mwettqa mill-Kunsill, mill-SEAE u mill-Istati Membri bil-ħsieb li sanzjonijiet jiġu estiżi għar-Russja, li għandhom jinkludu s-settur ekonomiku, finanzjarju u tal-enerġija, u embargo tal-armi u tat-teknoloġija ta' użu doppju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jiltob it-tħabbir mill-Kunsill ta' skadenza ġdida għar-Russja biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-liġi internazzjonali, u tapplika sanzjonijiet 'stadju tlieta' jekk is-sitwazzjoni tesiġi dan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Itenni l-ħtieġa li l-UE titkellem mar-Russja b'vuċi waħda, inkluż dwar kwestjonijiet relatati mas-sigurtà tal-enerġija tal-UE; jiddeplora l-fatt li xi Stati Membri qed juru nuqqas ta' unità f'dan ir-rigward u nuqqas ta' solidarjetà tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jappoġġa waqfien mill-ġlied imġedded u bbażat fuq qbil reċiproku biex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni tas-sigurtà, tinkiseb de-eskalazzjoni ġenwina u biex l-implimentazzjoni tal-pjan ta' paċi tal-President Poroshenko tingħata spinta, li jiddependi fuq ir-rispett bilateral tal-waqfien mill-ġlied, fuq ir-rilaxx tal-ostaġġi u l-monitoraġġ effettiv tal-fruntiera min-naħa tal-OSKE; jilqa' l-aħħar suċċessi tal-forzi tal-Ukraina fil-Lvant tal-pajjiż u l-fatt li huma reġgħu ħadu f'idejhom il-kontroll ta' diversi bliet kbar; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ukraina jkomplu bl-isforzi tagħhom għal riforma, inklużi r-riformi kostituzzjonali u għal deċentralizzazzjoni, ir-riforma tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-isforzi biex tittejjeb l-ambjent tan-negozju u d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali; jilqa' l-għoti riċenti ta' għajnuna finanzjarja skont il-Kuntratt għall-Bini tal-Istat u l-Programm ta' Assistenza Makrofinanzjarja; ifakkar li l-għajnuna finanzjarja internazzjonali tista' tilħaq riżultati tanġibbli għall-Ukraina biss jekk tkun soġġetta għal kundizzjonijiet infurzati strettament u għall-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma tal-Gvern tal-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jilqa' l-adozzjoni tad-dritt dwar l-akkwist pubbliku u jitlob l-implimentazzjoni diliġenti tiegħu; jistenna l-istabbiliment fil-pront ta' aġenzija politikament independenti kontra l-korruzzjoni b'setgħat biex tinvestiga kwalunkwe kondotta korrotta; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Ifakkar l-appoġġ tiegħu għar-rieda tal-President Poroshenko li jorganizza elezzjonijiet parlamentari bikrija. </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jesprimi tħassib serju dwar l-aggravament tas-sitwazzjoni umanitarja tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina tal-Lvant u fil-Krimea, ikkaġunata minn ribelli u merċenarji instigati mir-Russja, b'mod partikolari fir-rigward ta' tortura, qtil, għajbien ta' ġurnalisti u attivisti, u ż-żamma ta' ostaġġi, inklużi każijiet ta' ħtif tat-tfal; jitlob protezzjoni aħjar tal-persuni ċivili u biex l-awtoritajiet tal-Ukraina jgħatu l-għajnuna umanitarja fir-reġjuni konċernati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jilqa' l-projbizzjoni ta' oġġetti li joriġinaw minn Krimea jew Sevastopol, inkluż il-finanzjament jew l-għajnuna finanzjarja, l-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni mill-ġdid, relatati mal-importazzjoni ta' tali oġġetti; jappella lill-Istati Membri tan-NU biex jikkunsidraw miżuri simili f’konformità mar-Riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU. </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Ifakkar li r-Russja qatgħet il-provvista tal-gass lill-Ukraina u issa qed titlob ħlas minn qabel għal kwalunkwe provvista futura; jesprimi t-tama tiegħu li t-taħditiet trilaterali dwar l-enerġija taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Ewropea se jwasslu għal riżultat pożittiv, li jippermetti lill-Ukraina jħallsu prezz kompetittiv għax-xiri tal-gass tagħha, li mhuwiex motivat politikament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw provvista suffiċjenti tal-gass permezz ta' fluss tal-gass minn stati ġirien fl-UE; jilqa', għal dan il-għan, il-memorandum ta' ftehim dwar flussi lura bejn ir-Repubblika Slovakka u l-Ukraina, li għandu jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tistabbilixxi sistema trasparenti u affidabbli għat-trasportazzjoni tal-gass; f'dan ir-rigward, ifakkar fir-rwol strateġiku tal-Komunità tal-Enerġija, li l-Ukraina bdiet tippresjedi fl-2014; jilqa' l-fatt li l-kooperazzjoni mal-Ukraina tifforma parti integrali tal-Istrateġija tal-Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Enerġija Ewropea ppreżentata f'Ġunju-2014; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jilqa' l-fatt li l-Ukraina reċentement imxiet għat-tieni fażi tal-Pjan ta' Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża, u b'hekk ikkonfermat mill-ġdid id-determinazzjoni tagħha li tistabbilixxu l-qafas leġiżlattiv, politiku u istituzzjonali meħtieġ; ifakkar li l-għan aħħari għandu jkun l-introduzzjoni rapida ta' reġim mingħajr viża; jappella, sadanittant, biex jiġu introdotti minnufih proċeduri ta' għoti ta' viża temporanji, sempliċi ħafna u rħas fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jilqa' d-deċiżjoni li tiġi stabbilita missjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni lejn l-Ukraina; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri jħaffu l-mobilizzazzjoni tagħha; jinsab konvint li din il-missjoni teħtieġ li jkollha mandat ambizzjuż biex tappoġġa lill-Ukraini b'mod effettiv fl-isforzi profondi meħtieġa biex is-sitwazzjoni fil-pajjiż tiġi stabilizzata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jilqa' l-ħolqien mill-Kummissjoni tal-Grupp ta' Appoġġ għall-Ukraina, li se jipprovdi lill-awtoritajiet Ukraini bl-għajnuna kollha meħtieġa biex iwettqu riformi politiċi u ekonomiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Aġent President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina, lill-Kunsill tal-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>