<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.7.2014</Date><Ref>B8-0065/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar id-delitt tal-aggressjoni</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2724(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE536.966v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0065/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-delitt tal-aggressjoni</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2724" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2724">2014/2724(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminli Internazzjonali (QKI), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 8 tiegħu b'rabta mad-delitt tal-aggressjoni bħala wieħed mid-delitti ewlenin taħt il-ġurisdizzjoni tal-QKI;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma, adottati matul il-Konferenza ta' Analiżi li saret fl-Uganda fl-2010, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni RC/Res. 6, dwar id-delitt tal-aggressjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżultat tal-25 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti f'April 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Disa' Rapport tal-Qorti Kriminali Internazzjonali lin-Nazzjonijiet Uniti għall-2012/13,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi 122 pajjiż huma Stati Partijiet għall-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha appoġġaw bis-saħħa l-Qorti Kriminali Internazzjonali sa mit-twaqqif tagħha, u għadhom jipprovdu appoġġ biex jiżguraw li tkun kapaċi tissodisfa l-funzjonijiet u l-obbligi tagħha skont l-Istatut ta' Ruma;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi r-ratifika tal-Emendi ta' Kampala dwar id-delitt tal-aggressjoni minn mill-inqas 30 Stat Parti, u deċiżjoni li għandha tittieħed wara l-1 ta' Jannar 2017 b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Istati Partijiet, se jippermettu t-twaqqif ta' sistem permanenti ta' responsabilità kriminali internazzjonali billi jiġi sanzjonat id-delitt tal-aggressjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi mill-inqas 35 Stat Parti bħalissa qed jaħdem attivament fuq ir-ratifika tal-emendi dwar id-delitt tal-aggressjoni, filwaqt li 14 oħra diġà rratifikaw iż-żewġ Emendi ta' Kampala, u oħrajn ħadu impenji lejn ratifika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi fit-8 ta' Mejju 2012, il-Liechtenstein kien l-ewwel pajjiż li rratifika l-emendi dwar id-delitt tal-aggressjoni, flimkien mal-emendi għall-Artikolu 8 (delitti tal-gwerra), adottati fil-Konferenza ta' Analiżi tal-Istatut ta' Ruma tal-QKI tal-2010, li saret f'Kampala, fl-Uganda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi fis-17 ta' Novembru 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0507" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2011-0507/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2011)0507</ANCHOR>.</p>
</footnote> il-Parlament laqa' l-adozzjoni tal-Emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma, inkluż dwar id-delitt tal-aggressjoni, u talab lill-Istati Membri jirratifikawhom u jinkorporawhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi fit-18 ta' April 2012 il-Parlament sussegwentament adotta ir-Riżoluzzjoni 2012/0126<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0126" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0126/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2012)0126</ANCHOR>.</p>
</footnote> u talab lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jużaw l-awtorità internazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw u jsaħħu l-universalità tal-Istatut ta' Ruma għal definizzjoni maqbula internazzjonalment tal-atti ta' aggressjoni li jiksru d-dritt internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-Emendi ta' Kampala huma kompatibbli mal-Karta tal-Nazzjonijiet Uniti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jappoġġa bis-sħiħ il-ħidma tal-QKI biex tintemm l-impunità għal min iwettaq l-iktar delitti gravi ta' tħassib għall-komunità internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Analiżi tal-Istatut ta' Ruma tal-QKI tal-2010, li saret f'Kampala, fl-Uganda, dwar id-delitt tal-aggressjoni; jilqa' wkoll l-impenn ta' dawn l-Istati Partijiet li jew irratifikaw, issieħbu ma' jew għamlu riferimenti pożittivi għar-ratifika tal-emendi dwar id-elitt tal-aggressjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jenfasizza li huwa importanti li l-Istati Membri kollha tal-UE jieħdu impenn li jiġġieldu l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tl-gwerra; jappoġġa wkoll it-talbiet sabiex il-ġlieda kontra l-impunità għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem issir projorità għall-UE fl-azzjonijiet esterni tagħha, kif ukoll għall-Istati Membri tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jaċċetta l-prinċipju tal-kumplimentarjetà li topera skontu l-QKI u jirrikonoxxi li l-QKI ma tissostitwixxix is-sistemi ġudizzjarji kriminali nazzjonali; jirrikonoxxi wkoll li l-QKI tinvestiga u, meta tintalab tagħmel dan, twettaq prosekuzzjoni u ġġib quddiem il-ġustizzja individwi unikament jekk l-Istat ikkonċernat ma jagħmilx dan, ma jkunx jista' jagħmel dan jew ma jkunx jixtieq jagħmel dan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jaċċetta wkoll li l-QKI tista' teżerċita ġurisdizzjoni b'rabta mad-delitt tal-aggressjoni, soġġett għal deċiżjoni li għandha tittieħed wara l-1 ta' Jannar 2017 b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Istati Partijiet, u soġġett għar-ratifika tal-emenda li tikkonċerna dan id-delitt minn mill-inqas 30 Stat Parti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jirrikonoxxi li d-deċiżjoni dwar ir-ratifika tal-emendi dwar id-delitt tal-aggressjoni hija kwistjoni unikament f'idejn l-Istati Partijiet individwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>