<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.7.2014</Date><Ref>B8-0068/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar id-delitt tal-aggressjoni</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2724(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96646">Helmut Scholz</Author>, <Author id="23706">Miloslav Ransdorf</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, Marie&#8209;Christine Vergiat</span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE536.969v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0068/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-delitt tal-aggressjoni</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2724" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2724">2014/2724(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tal-Istatut ta' Ruma, li jelenka d-delitt tal-aggressjoni bħala wieħed mid-delitti ewlenin taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma, li ġew adottati matul il-Konferenza ta' Analiżi f'Kampala, fl-Uganda, fl-2010, b'riferiment partikolari għar-Riżoluzzjoni RC/Riż. 6, dwar id-delitt tal-aggressjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE 2011/168/PESK u r-riferimenti tagħha għall-Emendi ta' Kampala, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni adottat fit-12 ta' Lulju 2011 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar il-Konferenza ta’ Analiżi dwar l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, f’Kampala, l-Uganda,<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 78.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2011 dwar appoġġ tal-UE għall-QKI: naffaċċjaw l-isfidi u negħlbu d-diffikultajiet,<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 115.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 8.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0575" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0575/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0575</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Parlament Latino-Amerikan tad-19 u l-20 ta' Ottubru 2013 dwar il-Promozzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u r-Ratifika tal-Emendi ta' Kampala (AO/2013/07XXIX),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tal-Istati Partijiet għall-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-27 ta' Novembru 2013 dwar it-Tisħiħ tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Assemblea tal-Istati Partijiet, li tinkludi talba li l-Istati Partijiet futuri jirratifikaw l-Istatut kif emendat, talba lill-Istati Partijiet kollha biex iqisu r-ratifika tal-emendi u rikonoxximent tar-ratifiki reċenti tal-emendi minn għadd ta' Stati Partijiet (ICC-ASP/12/Res.8), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra  r-Ratifika u l-Implimentazzjoni tal-Emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma tal-manwal tal-QKI prodott mill-Missjoni Permanenti tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fin-Nazzjonijiet Uniti, l-Istitut Globali għall-Prevenzjoni tal-Aggressjoni u l-Istitut tal-Liechtenstein għall-Awtodeterminazzjoni fl-Università ta' Princeton,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi r-ratifika tal-Emendi ta' Kampala għall-Istatut ta' Ruma dwar id-delitt tal-aggressjoni minn mill-inqas 30 Stat Parti, u deċiżjoni li għandha tittieħed wara l-1 ta' Jannar 2017 b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Istati Partijiet, se jippermettu t-twaqqif ta' sistem permanenti ta' responsabilità kriminali internazzjonali għad-delitt tal-aggressjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi r-ratifika taż-żewġ Emendi ta’ Kampala min-naħa tal-Istati u l-attivazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-QKI fuq ir-reat tal-aggressjoni se jikkontribwixxu biex tintemm l-impunità għal min jikkommetti dan ir-reat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-ġurisdizzjoni tal-QKI b'rabta mad-delitt tal-aggressjoni se jikkontribwixxi għall-istat tad-dritt fil-livell internazzjonali u għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali billi taġixxi bħala deterrent għall-użu tas-saħħa u bhekk tikkontribwixxi b'mod proattiv għall-prevenzjoni ta' tali delitti u l-konsolidazzjoni ta' paċi dejjiema; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi r-ratifika tal-Emendi ta' Kampala u l-attivazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-QKI b'rabta mad-delitt tal-aggressjoni se jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-drittijiet tl-bniedem billi jikkriminalizzaw l-att ta' aggressjoni, li dejjem ikunu l-bidu ta' katina kawżali ta' ksur kbir tad-drittijiet tal-bniedem u vjolazzjonijiet kbar tad-dritt umanitarju internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-Emendi ta' Kampala huma kompatibbli bis-sħiħ mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, billi jikkriminalizzaw biss l-iktar forom gravi tal-użu illegali tas-saħħa, jiġifieri dawk li b'mod ċar jiksru l-Karta tan-NU bin-natura, il-gravità u l-iskala tagħhom; billi l-attivazzjoni tal-QKI b'rabta mad-delitt tal-aggressjoni se tikkontribwixxi għall-universalità tal-Istatut ta' Ruma, peress li numru ta' stati jistgħu jkunu interessati li jirratifikaw l-Istatut ta' Ruma komplut, inkluż l-Emendi ta' Kampala, li se jservi wkoll l-għan politiku nazzjonali tagħhom ta' dissważjoni tal-użu illegali tas-saħħa kontrihom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Iħeġġeġ lill-Istati Membri tagħha biex l-ewwel jirratifikaw l-emenda u mbagħad jappoġġaw b'mod pożittiv id-deċiżjoni ta' darba mill-Assemblea tal-Istati Partijiet għall-Istatut ta' Ruma, ladarba jinkisbu t-30 ratifika meħtieġa, biex tiġi attivata l-ġurisdizzjoni tal-QKI b'rabta mad-delitt tal-aggressjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jitlob lill-Istati Membri tal-UE biex b'ħeffa jallinjaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom mad-definizzjonijiet tal-Emendi ta' Kampala, kif ukoll obbligi oħra skont l-Istatut ta' Ruma, biex ikunu jistgħu jseħħu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet nazzjonali ta' delitti mill-Istati Membri, u biex jikkooperaw mal-Qorti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jitlob lill-UE tieħu l-impenn li tiġġieled il-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità, id-delitti tal-gwerra u d-delitt tal-aggressjoni, kif ukoll jitlob li l-ġlieda kontra l-impunità għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem titqiegħed fuq quddiem fil-prijoritajiet tal-UE, u tal-Istati Membri, fl-azzjonijiet esterni tgaħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tal-universalità tal-Istatut ta' Ruma u jitlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jippromwovi attivament is-sħubija għal u r-ratifika tal-Istatut kif emendat, u r-ratifika taż-żewġ Emendi ta' Kampala; jinsisti li r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Istatut ta’ Ruma għandu jkun objettiv importanti għall-UE fir-relazzjonijiet tagħha ma' sħab oħra, partikularment l-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iġeddu l-impenn tagħhom għal appoġġ - inkluż finanzjarju - lejn il-QKI fil-ġejjieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>