<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.7.2014</Date><Ref>B8-0073/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza bejn l-Iżrael u l-Palestina</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2723(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="96747">Arnaud Danjean</Author>, <Author id="28297">Jacek Saryusz-Wolski</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="28124">Gunnar Hökmark</Author>, <Author id="1179">Michèle Alliot-Marie</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE536.975v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0073/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza bejn l-Iżrael u l-Palestina</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2723" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2723">2014/2723(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, partikolarment dawk tat-12 ta' Mejju 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-8 ta' Lulju 2014 mill-portavuċi tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli  tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-isparar ta' rokits minn Gaża u l-operazzjonijiet ta' ritaljazzjoni kontinwi mill-Forzi ta' Difiża Iżraeljani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-12 ta' Lulju 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi t-tliet studenti Iżraeljani li nħatfu fit-12 ta' Ġunju 2014 mix-Xatt tal-Punent inqatlu u nstabu viċin Ħebron fit-30 ta' Ġunju 2014; billi bħala ritaljazzjoni nħataf tifel Palestinjan u dan inqatel f'Ġerusalemm fit-2 ta' Lulju 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkundanna fl-aktar termini b'saħħithom il-qtil tat-tliet studenti Iżraeljani u tat-tifel Palestinjan; jesprimi tħassib gravi dwar is-sitwazzjoni f'Gaża u fl-Iżrael u jqis bħala enormement deplorevoli t-telf ta' ħajjiet ċivili; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu mal-familji u mal-ħbieb tal-vittmi; jisħaq fuq il-fatt li kull attakk irid jieqaf minnufih, billi jikkaġuna tbatija inġustifikata fost ċivili innoċenti u jappella għal tnaqqis urġenti fl-eskalazzjoni u għat-tmiem tal-ostilitajiet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jappella għat-tmiem tal-attakki bir-rokits fuq l-Iżrael mill-istrixxa ta' Gaża, li Ħamas u l-gruppi armati l-oħra f'Gaża għandhom iwaqqfu, kif ukoll tal-attakki Iżraeljani fuq Gaża; jisħaq fuq il-bżonn li ż-żewġ naħat jirrispettaw totalment id-dritt umanitarju internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati, bi Stat tal-Iżrael li jgħix fis-sigurtà u Stat tal-Palestina indipendenti u fattibbli li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u fis-sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jenfasizza, għal darb'oħra, il-fatt li l-miżuri paċifiċi u mhux vjolenti huma l-uniku mezz biex tinkiseb paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jitlob għal darb'oħra l-ħolqien tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-issuktar ta' taħditiet ta' paċi diretti bejn iż-żewġ partijiet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jilqa' favorevolment l-inizjattiva ta' paċi Eġizzjana u l-aċċettazzjoni tagħha min-naħa Iżraeljana u jistieden lil Ħamas jaċċetta wkoll din l-inizjattiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Gvern tal-Iżrael u lill-Knesset, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.</p>
</Section></Motion>