<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.7.2014</Date><Ref>B8-0074/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza bejn l-Iżrael u l-Palestina</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2723(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="4507">Bas Belder</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE536.976v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0074/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza bejn l-Iżrael u l-Palestina</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2723" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2723">2014/2723(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-aggressjoni u t-terrur kostanti ta' Ħamas fil-konfront tal-Iżrael u taċ-ċittadini tiegħu poġġiet lill-Iżrael f'pożizzjoni li jkollu jiddefendi ruħu u ċ-ċittadini tiegħu kontra tali aggressjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">B.     billi Ħamas huwa deżinjat bħala organizzazzjoni terroristika mill-UE u mill-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-Iżrael aċċetta l-inizjattiva Eġizzjana għall-waqfien mill-ġlied fil-15 ta' Lulju 2014, filwaqt li Ħamas irrifjutaha u afferma li sejjer jintensifika l-ġlieda tiegħu kontra l-Iżrael, u ressaq talbiet irrealizzabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi bejn it-12 ta' Ġunju u s-7 ta' Lulju 2014 Ħamas u l-organizzazzjonijiet terroristiċi l-oħrajn fl-istrixxa ta' Gaża sparaw 300 rokit indiskriminatament lejn l-Iżrael, bl-intenzjoni li jikkawżaw ħsara ċivili gravi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi attwalment Ħamas għandu 12 000 missila mmirati lejn il-bliet Iżraeljani grazzi għall-investiment qawwi tiegħi f'armi offensivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi, skont iċ-ċifri, 174 Palestinjan inqatlu u stima ta' 1 230 ruħ oħra sfaw feruti, fosthom ġellieda terroristiċi li huma parti minn Ħamas u minn organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn f'Gaża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi huwa magħruf li Ħamas juża ċ-ċivili Palestinjani bħala tarki umani u għamel appell liċ-ċivili Palestinjani biex jerġgħu lura lejn djarhom, filwaqt li l-Iżrael avża li ż-żoni kkonċernati kienu se jkunu attakkati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">H.     billi 240 Iżraeljan sfaw feruti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-gvern Iżraeljan attwalment qiegħed jippermetti provvista ta' ikel akbar mis-soltu matul l-operazzjoni Marġni ta' Protezzjoni (Protective Edge), u fl-10 ta' Lulju 2014 ħalla jidħlu f'Gaża 200 trakk li ġarr ikel u provvisti bażiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi fl-10 ta' Lulju 2014 is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki-moon, qal lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li kien hemm riskju reali ta' eskalazzjoni assoluta fl-Iżrael u f'Gaża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jappella biex jerġa' jiġi proklamat immedjatament il-waqfien mill-ġdid ta' Novembru 2012; jikkundanna bis-saħħa l-attakki bir-rokits fuq l-Iżrael mill-istrixxa ta' Gaża, li Ħamas u l-gruppi terroristiċi l-oħrajn f'Gaża għandhom iwaqqfu minnufih;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jisħaq fuq il-bżonn predominanti ta' Gaża demilitarizzata u waqfien fl-armament ta' Ħamas abbażi tal-awtoproduzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jenfasizza li l-Iżrael għandu d-dritt li jipproteġi l-popolazzjoni minn kull tip ta' attakk, u wera moderazzjoni kbira fl-operazzjoni militari tiegħu f'Gaża biex jeqred il-postijiet minn fejn jiġu sparati r-rokits u l-missili fuq distanza medja u twila stazzjonati hemmhekk, użati deliberatament u indiskriminatament biex jimmiraw lejn il-popolazzjoni ċivili Iżraeljana; jisħaq fuq il-bżonn li ż-żewġ naħat jirrispettaw totalment id-dritt umanitarju internazzjonali u ma jista' jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal attakki mmirati deliberatament fuq ċivili innoċenti, fatt li jikkostitwixxi delitt tal-gwerra skont id-dritt internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jirrikonoxxi l-isforzi li għamlu l-Istati Uniti, l-Eġittu u l-Qatar fil-medjazzjoni ta' waqfien mill-ġlied, u jħeġġeġ lill-Awtorità Palestinjana terġa' tiftaħ id-djalogu tagħha mal-Iżrael; jilqa' pożittivament kull ristabbiliment futur tal-Awtorità Palestinjana bħala l-awtorità ta' kontroll f'Gaża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jisħaq li kemm iċ-ċittadini Iżraeljani kif ukoll dawk Palestinjani għandhom id-dritt jgħixu fil-paċi u fis-sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Josserva bi tħassib li minħabba l-fatt li Ħamas jikkontrolla l-istrixxa ta' Gaża, madwar 17 000 ċittidin ta' Gaża qegħdin attwalment ifittxu kenn għand in-NU u li eluf jinsabu mingħajr faċilitajiet bażiċi, fosthom ilma, sanità, elettriku u ikel; josserva wkoll li l-fjuwil u l-provvisti mediċi qegħdin isiru skarsi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Itenni s-sostenn kontinwu tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati, li għandha tkun innegozjata bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani għal Stat tal-Iżrael li jgħix fis-sigurtà u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku u fattibbli li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u fis-sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi diplomatiċi internazzjonali intiżi li jikkalmaw il-vjolenza bejn iż-żewġ naħat partikolarment dawk tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti u tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti; jilqa' pożittivament il-fatt li l-Istati Membri tal-UE qegħdin jiżvolġu rwol politiku aktar attiv fl-isforzi mmirati lejn il-ksib ta' paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; isostni r-Rappreżentant Għoli fl-isforzi tagħha biex terġa' ġġib il-paċi u s-sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkoraġġixxu relazzjonijiet kummerċjali trilaterali mal-Iżrael u mal-Awtorità Palestinjana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-Gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.</p>
</Section></Motion>