<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>15.7.2014</Date><Ref>B8-0076/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza bejn l-Iżrael u l-Palestina</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2723(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="125047">Paloma López</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="1654">Emmanouil Glezos</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="125036">Pablo Echenique</Author> Robba, <Author id="125031">Pablo Iglesias</Author>, <Author id="125034">Carlos Jiménez Villarejo</Author>, <Author id="125033">Tere Rodriguez-Rubio Vázquez</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96646">Helmut Scholz</Author>, <Author id="120478">Martina Michels</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE536.978v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0076/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-eskalazzjoni tal-vjolenza bejn l-Iżrael u l-Palestina</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2723" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2723">2014/2723(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra marbuta mal-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra tal-1949,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 194 (1948) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonijiet 242 (1967), 252 (1968), 338 (1972), 476 (1980), 478 (1980) u 1860 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) bit-titolu "Legal Consequences of the Construction of a Wall in the Occupied Palestinian Territories" (Konsegwenzi ġuridiċi tal-bini tal-ħajt fit-territorji Palestinjani okkupati) tad-9 ta' Lulju 2004,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tas-16 ta' Diċembru 2013, tal-14 ta' Mejju 2012, tat-23 ta' Mejju u tat-18 ta' Lulju 2011 kif ukoll tat-8 ta' Diċembru 2009,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kapijiet ta' Missjoni tal-UE dwar Ġerusalemm tal-Lvant ta' Jannar 2012 u dwar iż-"Żona Ċ u Konsolidament tal-Istat Palestinjan" ta' Lulju 2011 kif ukoll tar-rapporti tal-Kapijiet ta' Missjoni tal-UE dwar il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti ta' April 2011 u n-nota ta' akkumpanjament tal-Kapijiet ta' Missjoni tal-UE dwar il-vjolenza tal-abitanti tal-insedjamenti ta' Frar 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi fis-7 ta' Lulju 2014 l-Iżrael nieda l-aggressjoni militari kontra Gaża bl-isem "Marġni ta' Protezzjoni" (Protective Edge); billi sal-lum aktar minn 180 Palestinjan, fosthom almenu 30 tifel u tifla, inqatlu (skont l-istimi tan-NU, 77 % ta' dawk maqtula kienu ċivili) u aktar minn 1 250 sfaw feruti; billi 17 000 ruħ sabu kenn fil-faċilitajiet tal-UNRWA wara l-eżodu minn Beit Lahia u Attara wara li l-Iżrael wissa liċ-ċivili biex jevakwaw in-naħa tat-Tramuntana ta' Gaża qabel il-kampanja ta' bumbardamenti fuq skala kbira; billi aktar minn 1 300 binja, fosthom djar, sptarijiet u skejjel, intlaqtu mill-missili u mill-bombi Iżraeljani sparati kemm mill-ajru kif ukoll mill-baħar; billi ntużaw id-drones f'dawn l-operazzjonijiet militari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi wara l-laqgħa ministerjali tal-Lega Għarbija li saret fil-Kajr fl-14 ta' Lulju 2014, l-Eġittu għamel appell għal waqfien mill-ġlied li kellu jibda fil-15 ta' Lulju 2014 fis-06.30; billi preċedentement is-Segretarju Ġenerali tal-Nazzjonijiet Uniti ħeġġeġ lill-Iżrael jabbanduna l-pjanijiet għal offensiva mill-art; billi l-awtoritajiet Palestinjani ntentaw kawża kontra l-Iżrael quddiem l-QIĠ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi din hija t-tielet aggressjoni militari simili kontra Gaża wara l-operazzjoni "Ċomb Maħdum" (Cast Lead) tal-2008-2009 u tal-operazzjoni "Pilastru ta' Difiża" (Pillar of Defence) ta' Novembru 2012, li ħallew madwar 3 000 Palestinjan mejta, mijiet ta' feruti u kkawżaw qerda materjali estensiva bil-konsegwenza ta' katastrofi umanitarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-Iżrael qiegħed iżid it-tensjonijiet, partikolarment wara l-ħtif u l-qtil (f'nofs Ġunju 2014) ta' tliet żgħażagħ fix-Xatt tal-Punent okkupat, viċin Ħebron; billi din ir-raġuni ma għadhiex tissemma bħala l-kawża tal-aggressjoni kontra Gaża, iżda pjuttost l-attakki missilistiċi fuq l-Iżrael li saru bħala reazzjoni għall-vjolenza Iżraeljana fix-Xatt tal-Punent waqt li kienu għadhom qed isiru t-tfittxijiet għat-tliet żgħażagħ; billi adolexxenti Palestinjan minn Ġerusalemm tal-Lvant inħataf, ġie ttorturat u nħaraq ħaj milli jidher bħala ritaljazzjoni; billi fl-istess perjodu mijiet ta' Palestinjani ġew arrestati, saru inkursjonijiet f'mijiet ta' djar u twaqqgħu għadd ta' djar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi skont l-istimi Iżraeljani, 1 000 missila ġew sparati minn Gaża, il-maġġor parti tagħhom ġew interċettati mis-sistema antimissili Iżraeljana "Koppla tal-Ħadid" (Iron Dome), u kkaġunaw biss ħsarat materjali minimi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi dan kollu ġara wara li tħabbar il-ftehim bejn il-partiti Palestinjani biex jiġi ffurmat gvern ta' unità li jegħleb il-firda li ilha teżisti mill-2007; billi din kienet waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fit-taħditiet ta' paċi mmexxija mill-Istati Uniti fis-sena li għaddiet; billi l-Prim Ministru Iżraeljan iddenunzja din l-aħbar b'dikjarazzjonijiet ħorox; billi l-Iżrael ma rrispettax il-ftehim ta' waqfien mill-ġlied preċedenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi falla l-aħħar ċiklu ta' taħditiet ta' paċi li bdew sena ilu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tas-16 ta' Diċembru 2013 stqarret fost ħwejjeġ oħra li: "L-UE twissi kontra azzjonijiet li jimminaw in-negozjati. F'dan ir-rigward, tiddeplora l-espansjoni kontinwa tal-insedjamenti min-naħa tal-Iżrael, li huma illegali skont id-dritt internazzjonali u jikkostitwixxu ostaklu għall-paċi. Il-Kunsill jesprimi wkoll it-tħassib gravi tiegħu dwar l-inċitament, l-episodji ta' vjolenza fit-territorju okkupat, it-twaqqigħ ta' djar u d-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja f'Gaża. L-UE tesprimi t-tħassib serju tagħha dwar l-azzjonijiet li jimminaw l-istatus quo tas-siti mqaddsa, fosthom Ġerusalemm. L-Unjoni Ewropea se tkompli timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni u l-implikazzjonijiet usa' tagħha u taġixxi konsegwentement"; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi fid-19 ta' Lulju 2013 l-UE ħarġet "Linji gwida dwar l-eliġibbiltà ta' entitajiet Iżraeljani u l-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 għal għotjiet, premjijiet u strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-UE mill-2014 'il quddiem" (2013/C 205/05);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-Iżrael ikompli jinjora l-opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja bit-titolu "Legal Consequences of the Construction of a Wall in the Occupied Palestinian Territories" (Konsegwenzi ġuridiċi tal-bini tal-ħajt fit-Territorji Palestinjani Okkupati) tad-9 ta' Lulju 2004,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jiddenunzja enerġikament l-aggressjoni militari Iżraeljana kontra Gaża u jitlob li din tieqaf immedjatament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jitlob li jieqaf l-isparar ta' rokits immirati lejn l-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jesprimi l-kondoljanzi mal-familji tal-mijiet ta' vittmi Palestinjani kif ukoll mal-familji tat-tliet żgħażagħ Iżraeljani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Isostni l-isforzi intiżi biex jintlaħaq ftehim dwar waqfien mill-ġlied immedjat, dejjiemi u totalment rispettat li għandu jkun garantit minn mekkaniżmu stabbilit mill-komunità internazzjonali, inkluża missjoni ta' żamma tal-paċi fl-ambitu tan-NU u t-tmiem tal-assedju; jemmen li dan għandu jtemm il-qtil u t-tbatija tal-poplu Palestinjan iżolat fl-istrixxa ta' Gaża mill-2007; jesiġi t-tmiem immedjat tal-assedju ta' Gaża u l-aċċess immedjat tal-għajnuna umanitarja, partikolarment biex tieħu ħsieb il-bżonnijiet mediċi urġenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jikkundanna l-politika ta' punizzjoni kollettiva li jsegwi l-Iżrael kontra l-poplu Palestinjan u jappella għat-tmiem tal-impunità tal-Iżrael fir-rigward tal-ksur gravi kontinwu tad-dritt internazzjonali u umanitarju, tal-Karta tan-NU u tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bnidedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Itenni l-appoġġ tiegħu għar-rikonoxximent ta' Stat Palestinjan fattibbli, indipendenti u kontigwu b'Ġerusalemm tal-Lvant bħala l-belt kapitali tiegħu, bil-fruntieri tal-1967, li jgħix fil-paċi maġenb l-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri kollha tal-UE jimplimentaw il-Linji Gwida tad-19 ta' Lulju 2013; jappella għal projbizzjoni fuq l-importazzjoni fl-UE tal-prodotti Iżraeljani kollha li jiġu prodotti fl-insedjamenti illegali Iżraeljani fit-territorji Palestinjani okkupati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Iqis li wasal iż-żmien li l-UE timplimenta l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael billi tiffriża l-Ftehim sakemm l-Iżrael ikompli jikser id-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Isostni enerġikament l-isforzi Palestinjani biex tintlaħaq l-unità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jestendi s-sostenn tiegħu għall-partiti politiċi, għall-movimenti u għall-poplu tal-Iżrael li huma kontra l-aggressjoni Iżraeljana u li qegħdin jitolbu soluzzjoni paċifika; jinsab partikolarment imħasseb bid-deterjorament tal-libertà tal-kelma fl-Iżrael; josserva li fit-12 ta' Lulju 2014 id-dimostrazzjoni favur il-paċi li saret filgħaxija f'Tel Aviv kontra l-operazzjoni militari attwali sfat attakkata, b'persuna feruta u rikoverata, mingħajr l-ebda intervent jew arrest min-naħa tal-pulizija Iżraeljana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Isostni t-talba li saret mill-President Palestinjan Mahmoud Abbas biex il-Palestina titpoġġa taħt il-protezzjoni internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lill-Gvern Iżraeljan u lill-Knesset.</p>
</Section></Motion>