<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>16.9.2014</Date><Ref>B8-0118/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u l-istat attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2841(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96840">Knut Fleckenstein</Author>, <Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="2073">Richard Howitt</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="33984">Ioan Mircea Paşcu</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="96656">Boris Zala</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="124698">Marju Lauristin</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="124819">Goffredo Maria Bettini</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="4262">Jo Leinen</Author>, <Author id="124839">Arne Lietz</Author>, <Author id="28307">Francisco Assis</Author>, <Author id="124699">Miroslav Poche</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="28166">Vincent Peillon</Author>,</span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE537.020</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0118/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u l-istat attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2841" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2841">2014/2841(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Istqarrija Ministerjali Konġunta tat-12 ta' Settembru 2014 dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (AA/DCFTA) UE-Ukraina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-istqarrijiet tal-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Von Rompuy, tat-8 u l-11 ta' Settembru 2014 dwar miżuri restrittivi oħra mill-UE kontra r-Russja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Protokoll dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali, iffirmat f'Minsk fil-5 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-5 ta' Settembru 2014 tas-Summit tan-NATO f'Wales,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Agrikoltura Ewropew tal-5 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awwissu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-22 ta' Lulju 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi s-sajf tal-2014 kien ikkaratterizzat minn eskalazzjoni ulterjuri tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina; billi, skont il-kalkoli tan-NU, tal-inqas 3 000 ruħ tilfu ħajjithom u ħafna eluf oħrajn sfaw midruba; billi mijiet ta' eluf ta' ċivili ħarbu miż-żoni tal-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi t-traġedja tat-titjira MH17 tal-Malaysian Airlines fir-reġjun ta' Donetsk qajmet għadab kbir fost l-opinjoni pubblika internazzjonali u Ewropea; billi n-NU u l-UE esiġew investigazzjoni internazzjonali dettaljata taċ-ċirkustanzi tal-inċident, u billi huwa obbligu morali u legali li l-persuni responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi hemm evidenza li r-Russja tagħti appoġġ dirett u indirett lis-separatisti, inkluż permezz ta' mezzi militari; billi din l-evidenza wasslet biex l-Istati Membri tal-UE jieħdu pożizzjoni aktar deċiżiva fil-konfront tar-Russja u jadottaw aktar sanzjonijiet; billi, min-naħa tagħha, il-Federazzjoni Russa ddeċidiet li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikolai, ikel u materja prima mill-Unjoni Ewropea, mill-Istati Uniti, mill-Kanada, mill-Awstralja u min-Norveġja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi bħala konsegwenza tal-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja u r-rwol ta' din tal-aħħar fil-ġlied fl-Ukraina, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja messew l-aktar punt baxx tagħhom mit-tmiem tal-Gwerra Bierda 'l hawn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi fil-5 ta' Settembru 2014, wara ħames xhur ta' ġlied imdemmi, fil-belt kapitali Bjelorussa, Minsk, intlaħaq ftehim dwar tregwa bżonnjuża ħafna imma fraġli; billi fil-Lvant tal-Ukraina l-isparaturi baqgħu għaddejjin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jerġa' jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Ukrain u l-appoġġ tiegħu għal soluzzjoni politika għall-kriżi attwali fil-Lvant tal-Ukraina li tirrispetta s-sovranità, l-integrità territorjali, l-għaqda u l-indipendenza tal-Ukraina, kif ukoll il-libertà li tagħżel l-alleanzi politiċi u kummerċjali tagħha, u li tiżgura protezzjoni qawwija tad-drittijiet tal-minoranzi fir-reġjuni kollha tal-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lir-Russja tirtira minnufih l-assi u l-forzi militari kollha tagħha mill-Ukraina, tipprojbixxi l-flussi ta' ġellieda u armi fil-Lvant tal-Ukraina, u ttemm l-appoġġ, dirett jew indirett, għall-azzjonijiet tal-forsi separatisti fit-territorju Ukrain;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Itenni l-kundanna tiegħu tal-annessjoni illegali tal-Krimea u jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Istati Membri tal-UE li ma jirrikonoxxuhiex; jilqa' d-deċiżjoni tal-UE li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' prodotti mill-Krimea sakemm ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat tal-oriġini mill-awtoritajiet Ukraini;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jilqa' l-"Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Paċi tal-President tal-Ukraina, Petro Poroshenko, u l-inizjattivi tal-President tar-Russju, Vladimir Putin", iffirmat wara konsultazzjonijiet mal-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali f'Minsk fil-5 ta' Settembru 2014; jemmen li l-waqfien mill-ġlied jista' jkun pass ewlieni importanti biex titwitta t-triq għal djalogu politiku li jagħmel sens u biex tinstab soluzzjoni politika globali; jiddeplora l-fatt li l-bumbardamenti sporadiċi fil-Lvant tal-Ukraina għadhom għaddejjin u jħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex jaħdmu b'mod kostruttiv favur ir-rikonċiljazzjoni u biex il-kriżi ma tibqax teskala;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jappoġġja b'mod qawwi lill-OSKE fl-isforzi tagħha biex tistabbilizza s-sitwazzjoni fl-Ukraina; ifakkar li l-OSKE fil-preżent hija l-unika istituzzjoni Ewropea minn wara l-Gwerra Bierda li tista' ġġib flimkien lir-Russja, lill-Ukraina u lis-sħab Ewropej tagħhom; jilqa' l-espansjoni tal-Missjoni Speċjali ta' Monitoraġġ biex tkun tista' twettaq kompiti bħalma huma l-waqfien mill-ġlied u l-monitoraġġ tal-konfini; jistieden lill-organizzazzjonijiet iżidu, malajr kemm jista' jkun, l-għadd ta' osservaturi fiż-żoni ta' konfrontazzjoni, u jħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa, bħala stat parteċipanti tal-OSKE, taderixxi mar-regoli, il-prinċipji u l-impenji tal-OSKE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jinnota li l-UE ddeċidiet li timplimenta aktar sanzjonijiet, minkejja l-fatt li fil-Lvant tal-Ukraina beda jiġi implimentat waqfien mill-ġlied; jirrimarka li l-ambigwità li tikkaratterizza l-implimentazzjoni tal-waqfien mill-ġlied s'issa tiġġustifika din id-deċiżjoni u jwissi li l-Unjoni tkun lesta timplimenta aktar sanzjonijiet jekk ir-Russja u l-forzi separatisti f'Donbas ma jurux, mingħajr ambigwità, rieda tajba biex jikkooperaw fl-isforzi biex il-kriżi ma' tibqax teskala; fl-istess waqt, jappoġġja d-dikjarazzjonijiet tal-President tal-Kunsill Ewropew li, skont is-sitwazzjoni fuq il-post, l-UE tista' tirrevedi s-sanzjonijiet miftehmin kollha jew parti minnhom; jinsisti li s-sanzjonijiet ma jistgħux jieħdu post it-tfittxija attiva għal soluzzjoni diplomatika u politika għall-kriżi attwali; jinsab konvint li, meta jiġu imposti jew riveduti sanzjonijiet, l-għaqda u s-solidarjetà tal-UE huma essenzjali jekk irridu li l-miżuri jkollhom l-effetti politiċi mixtieqa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Ifakkar li l-miżuri restrittivi meħuda mill-UE huma marbuta direttament mal-ksur tad-dritt internazzjonali min-naħa tal-Federazzjoni Russa permezz tal-annessjoni illegali tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina, filwaqt li l-miżuri kummerċjali meħuda mill-Federazzjoni Russa, inklużi dawk kontra l-Ukraina u pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant li dan l-aħħar ikkonkludew Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE, mhumiex ġustifikati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jilqa' l-miżuri adottati mill-Kunsill Agrikoltura tal-UE fil-5 ta' Settembru, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora modi biex l-UE tkun tista' tiflaħ aktar għal kriżijiet simili fil-futur u tagħmel l-almu tagħha biex tappoġġja b'mod sostanzjali u f'waqtu lill-produtturi Ewropej affettwati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jilqa' d-deċiżjoni tal-President Franċiż François Hollande li jissospendi l-kunsinna ta' vapur tal-gwerra tat-tip Mistral lir-Russja, u jorbotha mal-kundizzjoni li jiġi osservat il-waqfien mill-ġlied u li tinstab soluzzjoni politika; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jirrispettaw bis-sħiħ l-embargo fuq il-kummerċ tal-armi u l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' merkanzija b'użu doppju għal utenti finali militari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10     Jilqa' l-konklużjonijiet tas-summit tan-NATO f'Wales bħala risposta f'waqtha u xierqa għall-evoluzzjoni tal-ambjent tas-sigurtà fl-Ewropa li tirriżulta mill-azzjoni tar-Russja fl-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE jaċċeleraw it-tnedija tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-PSDK għar-Riforma fis-Settur Ċivili fl-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jieħu nota tar-rapport preliminari tad-Dutch Safety Board dwar l-investigazzjoni rigward it-traġedja li fiha kienet involuta t-titjira MH17 tal-Malaysian Airlines, maħruġ fid-9 ta' Settembru 2014, li jikkonferma li l-ajruplan twaqqa'; jiddeplora l-fatt li l-ġlied ma ppermettiex aċċess bla xkiel għall-investigaturi fil-post fejn waqa' l-ajruplan u jittama li l-waqfien mill-ġlied jiffaċilita l-proċess tal-investigazzjoni; iħeġġeġ lill-partijiet kollha juru rieda tajba ġenwina li jikkooperaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jesprimi sodisfazzjon għall-ħelsien tal-ostaġġi miżmuma mill-gruppi armati illegali fil-Lvant tal-Ukraina u jappella biex jinħelsu l-priġunieri Ukraini miżmuma arrestati fil-Federazzjoni Russa; jitlob, barra minn hekk, il-ħelsien immedjat u r-ritorn lura fl-Estonja ta' Eston Kohver, l-uffiċjal Estonjan li nħataf mit-territorju sovran tal-Estonja lejn ir-Russja; jenfasizza l-obbligu tal-awtoritajiet Russi li jipprovdulu kuntatt regolari u bla xkiel ma' rappreżentanti uffiċjali mir-Repubblika tal-Estonja u li jiżguraw il-benessri u s-sigurtà tiegħu waqt li jkun għadu fit-territorju Russu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jirrimarka l-ħtieġa urġenti li jingħataw assistenza umanitarja u provvisti lill-popolazzjoni fiż-żoni milquta mill-kunflitt, lin-nies spostati internament u lir-rifuġjati; jilqa' d-deċiżjoni reċenti tal-Kummissjoni li talloka EUR 22 miljun f'għajnuna umanitarja u għajnuna għall-iżvilupp fl-Ukraina; ifakkar li t-twassil ta' għajnuna umanitarja fil-Lvant tal-Ukraina jrid isir f'konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u mal-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza u f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Gvern Ukrain, man-NU u mal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA); jieħu spunt mit-twissija reċenti tal-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa li l-Lvant tal-Ukraina qed jiffaċċja emerġenza fil-qasam tas-saħħa, fejn l-isptarijiet mhumiex jiffunzjonaw kompletament u hemm nuqqas ta' mediċini u vaċċini; jistieden lill-UE u lid-donaturi internazzjonali jieħdu azzjoni urġenti f'dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jenfasizza l-ħtieġa li tinbena l-fiduċja bejn il-komunitajiet differenti fis-soċjetà u jappella għal proċess ta' rikonċiljazzjoni sostenibbli; jenfasizza l-importanza, f'dan il-kuntest, li jiġi stabbilit djalogu nazzjonali inklużiv, filwaqt li jiġu evitati l-propaganda, id-diskors ta' mibegħda u r-retorika, inkluż mir-Russja, li jistgħu jkomplu jiggravaw il-konflitt; jenfasizza li djalogu inklużiv bħal dan għandu jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lil ċittadini mir-reġjuni u l-minoranzi kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jappella biex issir investigazzjoni dettaljata, komprensiva u trasparenti dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew matul il-ħames xhur tal-kunflitt, kif ukoll dwar il-qtil minn tiraturi magħżula f'Maidan fi Frar u l-avvenimenti traġiċi li seħħew f'Odessa fit-2 ta' Mejju 2014, u biex jiġi żgurat li dawk responsabbli jiffaċċjaw il-ġustizzja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jilqa' l-iffirmar reċenti ta' programm ġdid tal-UE, b'valur ta' EUR 10 miljun, li huwa maħsub biex isaħħaħ ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni u l-monitoraġġ tar-riformi demokratiċi u l-iżvilupp soċjoekonomiku inklużiv fl-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Huwa tal-fehma li l-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin joffru opportunità eċċellenti biex terġa' tiġi stabbilita r-rappreżentanza demokratika fil-Verkhovna Rada; jistenna bil-ħerqa l-prospetti ta' futur ta' stabbiltà, prosperità u demokrazija għaċ-ċittadini Ukraini kollha; jinsab konvint li hija biss Ukraina demokratika u sovrana tassew li tkun tista' tiddeċiedi b'mod indipendenti l-futur tagħha; iħeġġeġ, għalhekk, lill-forzi ribelli fil-Lvant tal-Ukraina biex ma jostakolawx il-proċess elettorali u jiggarantixxu d-dritt fundamentali tar-residenti ta' Donbas li jeleġġu liberament ir-rappreżentanti tagħhom; jirrimarka, barra minn hekk, l-importanza li l-elezzjoni ssir f'konformità mal-istandards internazzjonali u li tiġi żgurata l-formazzjoni ta' gvern inklużiv filwaqt li jiġi rispettat ir-riżultat elettorali; jistieden lill-partiti politiċi kollha li fil-preżent huma rappreżentati fil-Verkhovna Rada biex jipparteċipaw fl-elezzjonijiet, u lill-partijiet kollha biex jirrispettaw ir-riżultat tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jemmen li d-deċentralizzazzjoni tal-poter se tikkontribwixxi biex tinżamm paċi sostenibbli fil-Lvant tal-Ukraina u jesprimi sodisfazzjon li dan huwa wieħed mill-punti ewlenin tal-pjan ta' paċi tal-President Poroshenko u tal-Protokoll ta' Minsk; iwissi, madankollu, kontra arranġamenti li jipperikolaw l-indipendenza, l-għaqda u s-sovranità tal-Ukraina, jew il-libertà tagħha li tagħżel l-alleanzi politiċi u kummerċjali tagħha; jinsab imħasseb li l-kriżi tista' tagħti lok għal kunflitt iffriżat u mtawwal ieħor fil-viċinat tal-Ewropa, b'implikazzjonijiet negattivi għas-sigurtà fit-tul tal-Ukraina, tal-UE u tar-Russja, u jistieden lill-partijiet kollha jieħdu miżuri biex jiġi evitat xenarju bħal dan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jiddispjaċih li l-konsultazzjonijiet bejn l-Ukraina, ir-Russja u l-UE bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista u t-tranżitu tal-enerġija ma ġabux riżultati sinifikanti; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri kollha tagħha jibbilanċjaw mill-ġdid id-dipendenza tagħhom fuq ir-Russja għall-enerġija u jiżguraw li l-għajnuna Ewropea ma tintużax primarjament biex jitħallas id-dejn ma' Gazprom; jemmen, għall-kuntrarju, li l-Istati Membri tal-UE jkunu qed jgħinu b'mod sostanzjali lill-Ukraina jekk jiddikjaraw moratorju fuq id-dejn u l-ħlasijiet tal-imgħax sakemm l-ekonomija tagħha tistabbilizza ruħha; jistieden lill-awtoritajiet Russi u lil Gazprom jindirizzaw b'urġenza t-tħassib dwar nuqqas ta' kunsinna ta' gass fl-Istati Membri tal-UE; jappoġġja s-sospensjoni tan-negozjati dwar is-sħubija tar-Russja fl-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jiddikjara li huwa pproċeda biex jirratifika malajr l-AA/DCFTA mal-Ukraina, simultanjament mal-vot fil-Verkhovna Rada, sabiex jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Ukrain f'dan il-mument diffiċli u biex juri l-appoġġ inkondizzjonat tiegħu għat-tfittxija tagħhom għal ħajja aħjar f'pajjiż demokratiku; jenfasizza, madankollu, il-fehma tiegħu li d-dispożizzjonijiet tal-AA u d-DCFTA ma jikkostitwixxux xi sfida kummerċjali jew ġeopolitika għall-Federazzjoni Russa, u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ma jimpedixxix ir-relazzjonijiet tajbin li l-Ukraina għandha mal-ġirien tagħha tal-Lvant; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jieħu nota tad-deċiżjoni konġunta tal-UE u l-Ukraina li jipposponu l-implimentazzjoni tad-DCFTA sa Diċembru 2015; iqis li huwa importanti li t-test maqbul tad-DCFTA ma jerġax jinfetaħ għan-negozjati; jilqa' favorevolment il-pjan tal-Kummissjoni li testendi r-reġim ta' tariffi baxxi fuq il-prodotti importati mill-Ukraina; jappoġġja l-konsultazzjoni li għaddejja bejn l-Ukraina, ir-Russja u l-UE dwar l-implimentazzjoni tal-AA/DCFTA mal-Ukraina u jittama li din tgħin biex jiġi solvut kwalunkwe nuqqas ta' ftehim u biex jiġi indirizzat it-tħassib leġittimu; jiddispjaċih li dawn il-konsultazzjonijiet bdew isiru fi stadju tardiv ħafna u jikkritika l-pass kajman tal-proċess li wassal għall-posponiment tal-implementazzjoni tal-AA/DCFTA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jenfasizza li r-relazzjonijiet ta' sħubija u kooperazzjoni mar-Russja għandhom jerġgħu jiġu stabbiliti meta r-Russja turi konformità mad-dritt internazzjonali, tikkontribwixxi attivament u mingħajr ambigwità għal soluzzjoni paċifika għall-kriżi tal-Ukraina, u tirrispetta bis-sħiħ l-integrità territorjali, l-indipendenza u s-sovranità tal-Ukraina, kif ukoll ta' pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant u l-ġirien tagħha; jistieden lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President il-ġdid tieħu rwol proattiv biex tiffaċilita d-djalogu bejn l-Ukraina u r-Russja, kif ukoll id-djalogu tal-UE mar-Russja, u biex tippromwovi soluzzjonijiet paċifiċi għall-kunflitti; jemmen, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tesplora l-modalitajiet tal-kooperazzjoni tal-UE mal-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika ta' Sigurtà Barranija, lill-Istati Membri tal-UE, lill-President, il-Gvern u l-Parlament tal-Ukraina u lill-President, il-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>