<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>16.9.2014</Date><Ref>B8-0119/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-rispons tal-UE għat-tfaqqigħ tal-Ebola</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2842(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="840">Charles Goerens</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="96955">Catherine Bearder</Author>, <Author id="97022">Robert Rochefort</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="125101">José Inácio Faria</Author>, <Author id="28208">Nathalie Griesbeck</Author>, <Author id="97203">Ramon Tremosa i Balcells</Author>, <Author id="125052">Juan Carlos Girauta Vidal</Author>, <Author id="124709">Martina Dlabajová</Author>, <Author id="124707">Petr Ježek</Author>, <Author id="124989">Fredrick Federley</Author>, <Author id="124696">Andrus Ansip</Author>, <Author id="96940">Gerben-Jan Gerbrandy</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE537.021</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0119/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rispons tal-UE għat-tfaqqigħ tal-Ebola</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2842" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2842">2014/2842(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar ir-rispons tal-UE għat-tfaqqigħ tal-Ebola mill-Kummissarju għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons f'każ ta' Kriżi, Kristalina Georgieva tal-5 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra il-missjoni tal-Unjoni Afrikana (UA), 'Appoġġ mill-UA għat-Tfaqqigħ tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent' (ASEOWA), stabbilita fil-21 ta' Awissu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra t-Tgħarrif Speċjali lin-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ebola minn Dr Joanne Liu, President Internazzjonali ta' <span font-style="italic">Médecins Sans Frontières</span>, fit-2 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi t-tfaqqigħ tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent hu l-aktar wieħed mortali s'issa fid-dinja u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat sitwazzjoni ta' emerġenza tas-saħħa internazzjonali; billi mietu aktar minn 2 100 persuna bil-virus fil-Ginea, fil-Liberja, fis-Sjerra Leone u fin-Niġerja din is-sena u s-sitwazzjoni qed tkompli tiddeterjora rapidament, bil-bżonn ta' rispons internazzjonali kkoordinat; billi d-WHO qed tbassar ukoll li l-għadd ta' mwiet jista' jilħaq saħansitra l-20 000;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-organizzazzjoni mhux governattiva <span font-style="italic">Médecins Sans Frontières</span> (MSF) ikkundannat "in-nuqqas ta' azzjoni tal-pajjiżi ewlenin";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-Kunsill ta' Sigurtà tan-NE se jorganizza laqgħa urġenti nhar il-Ħamis, 18 ta' Settembru 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-Kummissjoni hi serjament imħassba bil-fatt li din il-marda, li għadha mhix taħt kontroll, qed tkompli tinfirex, u b'mod kontinwu żiedet l-intensità tar-rispons tagħha sa minn Marzu 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-organizzazzjonijiet fuq il-post kollha saħqu fuq il-fatt li, sabiex il-pazjenti jiġu iżolati u jingħataw il-kura, hemm ħtieġa urġenti mhux biss għal fondi, imma anke għal kapaċità operattiva, inklużi riżorsi umani kwalifikati u materjal loġistiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-Ministru għad-Difiża tal-Liberja l-ġimgħa l-oħra ddikjara lill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU li l-eżistenza nnifisha ta' pajjiżu qiegħda fil-periklu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-Kummissjoni qed timmonitora s-sitwazzjoni permezz taċ-Ċentru tagħha għall-Koordinament tar-Rispons għal Emerġenza, li għandu jservi ta' pjattaforma għall-koordinament tal-assistenza tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-Kummissarju Borg, waqt laqgħa mal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel nhar it-3 ta' Settembru 2014, qal li l-UE "għandha obbligu morali biex tgħin lill-pajjiżi milqutin mit-tfaqqigħ tal-Ebola peress li waħedhom ma jistgħux jaffrontaw din is-sitwazzjoni";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-Kummissarju Borg ħabbar li l-Kummissjoni qed tistenna li żżid il-finanzjament billi ċċaqlaq parti mill-fondi disponibbli taħt l-iżvilupp għall-assistenza umanitarja; billi l-UE allokat EUR 11,9 miljun f'għajnuna umanitarja għall-epidemija minn Marzu 2014; billi fl-aħħar ta' Awwissu, id-WHO ħabbret pjan li jammonta għal EUR 77 miljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-President Barrack Obama qed jippjana li jagħti spinta drastika għall-isforz tal-Istati Uniti biex jittaffa' t-tfaqqigħ tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent, inkluż involviment akbar min-naħa tal-militar tal-Istati Uniti billi jintbagħtu sptarijiet mobbli, tobba u esperti fil-kura tas-saħħa addizzjonali, jingħataw provvisti mediċi u jitwettaq taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa fil-Liberja u f'pajjiżi oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi d-WHO wissiet li jistgħu jseħħu eluf ta' aktar każi fil-Liberja, li kienet il-pajjiż li ntlaqat l-agħar mit-tfaqqigħ tal-marda fl-Afrika tal-Punent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-Ebola tinfirex bejn il-bnedmin permezz ta' kuntatt dirett ma' demm, fluwidi tal-ġisem jew organi infettati, jew indirettament permezz ta' kuntatti ma' ambjenti kkontaminati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa l-aktar li huma fir-riskju, minħabba l-mezz ta' trażmissjoni tal-virus tal-Ebola u l-fatt li qed joperaw mingħajr it-tagħmir protettiv u t-taħriġ xierqa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.     billi l-metodi konvenzjonali għall-kontroll tal-marda ma kellhomx impatt biżżejjed;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.     billi l-marda żvelat l-inadegwatezza tas-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi milqutin u l-bżonn urġenti ta' appoġġ biex jissaħħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.     billi l-Unjoni Afrikana qed tħeġġeġ lill-istati membri tagħha jneħħu l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar li applikaw biex jitrażżan il-virus, peress li, skont hi, jistgħu jkunu ta' ħsara għall-ekonomija tar-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.     billi l-episodju attwali tal-marda għandu rata ta' mortalità ta' madwar 55 %;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.     billi s-seroterapija, li tinvolvi t-trasfużjoni ta' plażma mis-superstiti tal-virus tal-Ebola, jista' jkun li żvolġiet rwol fit-titfija tal-marda u l-irkupru ta' żewġ tobba Amerikani infettati bl-Ebola; billi, fl-istess ħin, hu importanti li ma jiġu sottovalutati l-komplikazzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni tas-seroterapija fuq il-post, minħabba l-kundizzjonijiet prekarji fl-isptarijiet u problemi loġistiċi bħaż-żamma tal-katina ta' ksieħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.     billi l-kriżi evidenzjat id-dgħufijiet tas-sistemi tas-saħħa fil-pajjiżi kkonċernati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.     billi l-bidu tal-provi vaċċinali kliniċi hu imminenti, imma mhux mistenni li l-kuri u l-vaċċini sperimentali se jkunu disponibbli estensivament qabel l-aħħar tas-sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">U.     billi hemm 4,5 miljun tifel u tifla taħt l-età ta' ħames snin li qed jgħixu fiż-żoni milqutin mill-virus tal-Ebola, u n-nisa (li jirrappreżentaw 75 % tal-każi) intlaqtu b'mod sproporzjonat mill-virus minħabba r-rwol tagħhom bħala persuni li jieħdu ħsieb ħaddieħor; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">V.     billi diġà qed jitfaċċaw każi tal-marda assoċjati mal-ivvjaġġar f'pajjiżi oħra u dawn qed jikkawżaw ir-riskju li jinħolqu sfidi epidemoloġiċi ġodda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jisħaq fuq il-fatt li l-epidemija tal-Ebola qed tikkawża dannu devastanti fil-ħames pajjiżi milqutin s'issa, i.e. il-Ginea, il-Liberja, in-Niġerja, is-Sjerra Leone u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-parti tat-Tramuntana tagħha) jenfasizza li, skont id-WHO, dan hu l-akbar episodju qatt rekordjat tal-marda f'termini ta' każi, imwiet u kopertura ġeografika, u qed ikompli jaċċelera;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jikkunsidra li l-komunità internazzjonali trid tiżvolġi rwol akbar waqt li anke l-pajjiż Afrikani jridu jieħdu sehemhom mir-responsabilità; jappella lill-pajjiżi bir-riżorsi biex jirrispondu għad-diżastri biex jibagħtu kapaċitajiet mediċi, militari u ċivili addizzjonali b'mod urġenti lejn l-Afrika tal-Punent bl-intenzjoni li jiġu skjerati rapidament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jikkunsidra li f'dinja globalizzata, l-UE u n-NU jridu jaqblu dwar it-tip ta' intervenzjoni li se jipprovdi rispons għal emerġenza fil-qasam tas-saħħa fuq skala globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Iħeġġeġ biex tiġi organizzata laqgħa ministerjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b'mod li jiġi stabbilit pjan ta' emerġenza, biex jiġi implimentati minnufih, għall-mobilizzazzjoni ta' rispons mediku biex jintlaħaq qbil u tingħata għajnuna umanitarja mill-Istati Membri, taħt il-koordinament tal-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tfassal valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet u pjanijiet speċifiċi għall-pajjiż biex tiddetermina d-domanda għal persunal fil-qasam tas-saħħa, laboratorji mobbli, tagħmir tal-laboratorju, ħwejjeġ protettivi u l-istabbiliment ta' swali ta' iżolament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jisħaq fuq il-fatt li din il-kriżi tevidenzja l-fatt li l-komunità internazzjonali, qabel ma taffronta 'l-aġenda għal wara l-2015', trid tindirizza 'l-fdalijiet' tal-'Aġenda għall-2015' u tittratta primarjament il-kwistjonijiet tas-saħħa (u l-edukazzjoni) fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jisħaq fuq il-fatt li l-ġlieda kontra l-Ebola ma tistax twassal għall-istimmatizzazzjoni tal-pazjenti superstiti fil-komunitajiet jew il-pajjiżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jevidenzja l-isfidi għall-persunal mediku u jilqa' bil-qalb il-kontribuzzjoni u l-għajnuna kbar tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-kontroll ta' dan l-episodju tal-marda; jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn ta' aktar tobba, nersijiet, epidemjoloġi u speċjalisti fil-qasam tal-ilma u s-sanità - li attwalment ftit hemm minnhom disponibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn ta' sforzi internazzjonali addizzjonali għall-finanzjament u l-koordinament tal-programmi eżistenti ta' riċerka u żvilupp li qed jaħdmu biex jiżviluppaw trattamenti u vaċċini għall-Ebola, kif ukoll għal mard oħra li mhumiex ta' interess kummerċjali immedjat imma li jistgħu jikkawżaw epidemiji simili fil-ġejjieni; jappella lill-Kummissjoni biex tinvestiga b'mod urġenti jekk il-programmi eżistenti tal-UE fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp jistgħux ikunu jistgħu jassistu ulterjorment lil dawn l-isforzi, speċjalment biex jiġi avvanzati l-provi kliniċi meħtieġa għat-trattament ta' kandidati eżistenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jenfasizza l-ħtieġa għal investiment rapidu, permezz tad-DĠ ECHO, fit-tħejjija fil-pajjiżi ġirien b'mod li t-tifrix tal-virus fil-pajjiżi fraġli l-oħra tal-Afrika tal-Punent jitwaqqaf u/jew jitrażżan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, il-presidenti, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Unjoni Afrikana u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>