<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>16.9.2014</Date><Ref>B8-0123/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2841(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="28297">Jacek Saryusz-Wolski</Author>, <Author id="4246">Othmar Karas</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author>, <Author id="96934">Sandra Kalniete</Author>, <Author id="28257">Ivo Belet</Author>, <Author id="28269">Jerzy Buzek</Author>, <Author id="124806">David McAllister</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="96674">Anna Maria Corazza Bildt</Author>, <Author id="23785">Andrzej Grzyb</Author>, <Author id="28424">Tunne Kelam</Author>, <Author id="97968">Andrey Kovatchev</Author>, <Author id="124889">Agnieszka Kozłowska-Rajewicz</Author>, <Author id="96651">Eduard Kukan</Author>, <Author id="124759">Gabrielius Landsbergis</Author>, <Author id="96791">Elżbieta Katarzyna Łukacijewska</Author>, <Author id="96824">Monica Luisa Macovei</Author>, <Author id="96936">Gabriel Mato</Author>, <Author id="28135">György Schöpflin</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="119434">Dubravka Šuica</Author>, <Author id="96774">Jarosław Leszek Wałęsa</Author>, <Author id="124893">Bogdan Andrzej Zdrojewski</Author>, <Author id="28618">Valdis Dombrovskis</Author>, <Author id="28228">Albert Deß</Author>, <Author id="28451">Lorenzo Cesa</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE537.025v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0123/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u l-istat attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2841" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2841">2014/2841(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, dwar is-Sħubija tal-Lvant (EaP) u dwar l-Ukraina, b'referenza partikolari għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 2014 dwar l-Ukraina<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0009" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0009/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0009</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Mexxejja tal-G7 li saret fis-Samit ta' Brussell tal-4 ta' Ġunju 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tat-22 ta' Lulju u tal-15 ta' Awwissu u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awissu 2014 dwar l-Ukraina, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Samit tan-NATO tas-7 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-President tal-Kunsill Ewropew dwar miżuri restrittivi ulterjuri tal-UE kontra r-Russja tal-11 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliemi tas-SEAE tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-ħtif tal-uffiċjal tal-pulizija Estonjan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi fil-5 ta' Settembru 2014, il-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali qabel dwar waqfien mill-ġlied f'Minsk li daħal fis-seħħ fl-istess jum; billi l-ftehim kien fih ukoll protokol ta' 12-il punt li jkopri l-ħelsien tal-ostaġġi, miżuri li jtejbu s-sitwazzjoni umanitarja, l-irtirar tal-gruppi armati illegali kollha, tat-tagħmir militari u tal-merċenarji mill-Ukraina u miżuri dwar deċentralizzazzjoni fir-reġjuni ta' Donetsk u Luhansk; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-waqfien mill-ġlied ġie miksur minn merċenarji b'mod repetut sa mill-5 ta' Settembru fiż-żona ħdejn Mariupol u l-ajruport ta' Donetsk, b'tentativi biex jinkiseb tagħrif dwar id-difiża tal-Ukraina f'diversi lokalitajiet oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi s-samit tan-NATO fi Newport afferma mill-ġdid li n-NATO qed tappoġġa lill-Ukraina quddiem l-influenza distabilizzanti tar-Russja, qed toffri appoġġ fit-tisħiħ tal-forzi armati Ukraini u titlob lir-Russja tirtira t-truppi tagħha mill-Ukraina u ttemm l-annessjoni illegali tal-Krimea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Awwissu talab għal proposti li jsaħħu l-miżuri restrittivi tal-UE fid-dawl tal-azzjonijiet destabbilizzanti tar-Russja fil-Lvant tal-Ukraina; billi dawn il-proposti daħlu fis-seħħ fit-12 ta' Settembru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi s-Sur Mykola Zelenec, Konslu Onorarju tal-Litwanja f'Luhansk, ġie maħtuf u maqtul brutalment mir-ribelli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi d-Delegazzjoni l-ġdida tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari bejn l-UE u l-Ukraina twaqqaf fit-8 ta' Settembru 2014 bi prijorità, u l-Parlament jinsab lest li jakkumpanuja l-proċess ta' riformi politiċi, leġiżlattivi u ekonomiċi fl-Ukraina permezz ta' ħidma futura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni Parlamentari; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-ewwel riżultati mill-investigaturi tal-waqgħa tal-ajruplan juru li t-titjira tal-Malaysia Airlines MH17 intemmet fl-arja fuq il-Lvant tal-Ukraina wara li l-ajruplan intlaqat minn 'oġġetti b'enerġija qawwija minn barra l-ajruplan';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi fit-12 ta' Settembru l-Kummissjoni ħabbret li l-applikazzjoni provviżorja tal-AA/DCFTA  se tkun posposta sal-31 ta' Diċembru 2015; billi dan se jwassal biex jitwalu l-preferenzi tal-kummerċ unilaterali mogħtija mill-UE lill-Ukraina, li kellhom jiskadu fl-1 ta' Novembru ta' din is-sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi fis-7 ta' Awwissu l-Gvern Russu adotta lista ta' prodotti mill-UE, l-Istati Uniti, in-Norveġja, il-Kanada u l-Awstralja li kellhom ikunu projbiti mis-suq Russu għal perjodu ta' sena; billi l-UE se tkun dik l-aktar milquta minħabba li r-Russja hi t-tieni l-akbar suq esportatur għall-prodotti agrikoli tal-UE u s-sitt wieħed għall-prodotti tas-sajd u billi 73 % tal-importazzjoni projbita ġejja mill-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi r-restrizzjonijiet attwali applikati mir-Russja jistgħu jipperikolaw b'kemm jiswew EUR 5 biljun f'kummerċ u jaffettwaw id-dħul ta' 9,5 miljun persuna fl-UE li qed jaħdmu f'ażjendi agrikoli l-aktar ikkonċernati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi l-projbizzjoni tal-prodotti tal-ikel tal-UE lejn is-suq Russu li laqtu l-aktar is-setturi tal-frott u tal-ħaxix, kif ukoll is-setturi tal-ħalib u tal-laħam, jista' jkollha effett multiplikatur li jwassal għal provvista żejda fis-suq intern; billi l-valur tal-prodotti tas-sajd projbiti jammonta għal kważi EUR 144 miljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-projbizzjoni tal-prodotti tas-sajd tal-UE lejn is-suq Russu tista' potenzjalment tqiegħed problemi serji f'uħud mill-Istati Membri bħal Spanja, Franza, ir-Renju Unit, id-Danimarka, il-Latvja, l-Estonja u l-Irlanda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi r-Russja qed timmina s-sigurtà tal-UE billi regolarment tikser l-ispazju tal-ajru tal-Finlandja, tal-Istati Baltiċi u tal-Ukraina, kif ukoll bil-qtugħ reċenti tal-gass lill-Polonja li jammonta għal 45 % tal-esportazzjoni Russa lejn dan il-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.     billi madwar miljun tifel u tifla qed ikunu affettwati mill-konflitt li għaddej fil-Lvant tal-Ukraina u ħafna tfal inqatlu jew spiċċaw feruti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jilqa' r-ratifika simultanja tal-AA/DCFTA mill-Verkhovna Rada u l-Parlament Ewropew; iqis dan bħala pass importanti li juri impenn miż-żewġ naħat lejn implimentazzjoni b'suċċess; jieħu nota tal-posponiment tal-implimentazzjoni provviżorja tad-DCFTA bejn l-UE u l-Ukraina sal-31 ta' Diċembru 2015, li se jkun sostitwit mill-prolongazzjoni tal-miżuri ta' kummerċ unilaterali li jirrapreżentaw implimentazzjoni asimetrika de facto tal-ftehim; jiddeplora l-pressjoni u t-theddid Russu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Itenni li r-Russja għandha l-għan li timmina u eventwalment twaqqaf dan il-ftehim milli jseħħ; jenfasizza għalhekk li l-iskadenza l-ġdida mhux se taffettwa l-proċess ta' ratifika u finalment ta' implimentazzjoni sħiħa; jiddikjara li l-ftehim mhux se jinbidel u li l-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li permezz ta' din ir-ratifika m'hemm l-ebda possibbiltà ta' tibdil; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jenfasizza li x-xhur li ġejjin sal-implimentazzjoni tal-AA/DCFTA għandhom jintużaw biex ikunu indirizzati t-trasformazzjoni u l-modernizzazzjoni meħtieġa tas-sistema politika tal-Ukraina, l-ekonomija u s-soċjetà tagħha bi qbil mal-aġenda ta' Assoċjazzjoni; jilqa' l-programm ta' riforma mħabbar mill-President Poroshenko li jinkludi liġijiet kontra l-korruzzjoni, id-deċentralizzazzjoni u l-amnestija; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri joffru l-assistenza ekonomika u finanzjarja kollha possibbli b'mod imsaħħaħ u aċċellerat lill-Ukraina sabiex jgħinuha tindirizza dawk ir-riformi; itenni li dan għandu jsir bħala att unilaterali tal-UE u mhux taħt impożizzjoni jew theddida jew intrużjoni Russa fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina jew għas-spejjeż li jitqiegħed f'riskju d-dħul fis-seħħ tal-AA/DCFTA komplet bejn l-UE u l-Ukraina bil-periklu li dan ikun ikkontaminat minn format laxk ta' Assoċjazzjoni ta' ftehimiet ma' pajjiżi oħra sħab; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jitlob lill-Istati Membri li jistgħu jieħdu mill-esperjenza preċedenti ta' implimentazzjoni ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE biex jużaw u jgħaddu dik l-esperjenza u t-tagħrif lill-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jenfasizza li l-Russja issa għandha, anqas raġuni minn qatt qabel li tikkritika l-Ftehim bejn l-UE u l-Ukraina jew li tirreaġixxi b'restrizzjonijiet tal-kummerċ u aggressjonijiet militari mingħajr ġustifikazzjoni; jesprimi tħassib li dan l-iżvilupp il-ġdid hu ta' inċentiv għar-Russja biex teskala l-politika tagħha ta' intimidazzjoni tal-Ukraina u li tqiegħdha fl-isfera ta' influenza tagħha; jinkwieta li dan jista' jwassal biex is-sitwazzjoni tinfirex fil-Georgia u l-Moldova; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Ifakkar li l-UE ippjanat li tniedi f'Novembru Missjoni Konsultattiva tal-UE għar-Riforma fis-Settur tas-Sigurtà Ċivili Ukraina (EUAM Ukraina), missjoni ċivili taħt il-politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni bil-għan li tassisti l-Ukraina fir-riformi tas-setturi tas-sigurtà ċivili, inkluż il-pulizija u l-istat tad-dritt; jitlob lill-UE tipprovdiha bir-riżorsi meħtieġa biex timplimenta l-mandat tagħha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jenfasizza li r-riforma u l-aġenda ta' Assoċjazzjoni jridu jimxu flimkien mal-ġlieda kontinwa li tiżgura l-integrità u l-unità territorjali tal-Ukraina; itenni li dawn iż-żewġ kompiti huma marbuta sew u b'mod sinerġiku flimkien; jenfasizza l-ħtieġa għal djalogu politiku u għal deċentralizzazzjoni li tiżgura li l-awtorità fuq it-territorju kollu tibqa' mal-gvern ċentrali, b'hekk tkun garantita l-unità tal-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jilqa' l-waqfien mill-ġlied milħuq mill-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali fil-5 ta' Settembru f'Minsk u jittama li l-protokol ta' 12-il punt ta' Minsk jistabbilixxi kundizzjonijiet għal implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta' Paċi Poroshenko, inkluż kontroll permanenti u effettiv tal-fruntiera tal-Ukraina verifikat mill-OSKE, irtirar sħiħ u inkondizzjonat tat-truppi Russi, ta' gruppi armati illegali, ta' tagħmir militari u ta' merċenarji mit-territorju rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukraina u l-ħelsien tal-ostaġġi; jiddeplora li l-ftehim ta' waqfien mill-ġlied qed ikun miksur kostantement mis-separatisti u mill-forzi Russi u li t-tisħiħ tagħhom għadu għaddej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Hu tal-fehma li l-eskalazzjoni tal-politika imperjalista determinata Russa u l-ġlied kontra l-Ukraina qed jhedded serjament l-abilità tal-UE li timplimenta l-politiki tagħha; jenfasizza l-urġenza li tiżdied id-determinazzjoni tal-UE li ssaħħaħ u tiddefendi l-politika tal-viċinat tagħha u li tikkuntrasta r-Russja, billi tkompli tiżolaha fir-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi tagħha, sabiex tgħolli l-prezz tat-twettiq ta' politiki mhux korretti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jesprimi t-tħassib serju tiegħu li l-waqfien mill-ġlied hu pretest għat-truppi Russi li jerġgħu jiġbru l-forzi tagħhom sabiex ikomplu l-offensiva li tistabbilixxi 'kuritur fuq l-art' għall-Krimea u lil hinn mit-Transnistria, b'hekk tiġi stabbilita purtiera tal-ħadid oħra; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għat-talbiet pubbliċi perikolużi magħmula mill-President Putin dwar Noworossiya  li oriġinaw mill-politika Tsarista u kolonjalista tas-seklu 18;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jikkundanna bil-qawwa l-intrużjoni tal-militar Russu fil-Lvant, il-fluss kontinwu illegali ta' persunal u tagħmir militari mill-Federazzjoni Russa fl-Ukraina, kif ukoll provvisti mill-hekk imsejħa 'konvolji umanitarji' mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel min-naħa tal-Ukraina kif ukoll l-għoti tal-ebda aċċess għall-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali; jesprimi preokkupazzjoni kbira li wara l-involviment intensiv tal-Federazzjoni Russa fiż-żamma tal-paċi, it-territorju rduppjatlu l-instabbiltà, il-battaljuni Ukraini kienu ċirkundati u bbumbardjati filwaqt li kienu mexjin fil-kurituri umanitarji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu favur l-integrità territorjali, l-unità, l-indipendenza u s-sovranità  tal-Ukraina; itenni li l-komunità internazzjonali mhux se tirrikonoxxi l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta' Sevastopol kif ukoll ta' tentattivi ta' ħolqien ta' kważi-repubbliki f'Donbas; jitlob lill-UE ssaħħaħ il-politika ta' non rikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea, inkluż billi tipprojbixxi investiment tal-UE fis-setturi pubbliċi u privati kollha fil-Krimea u Sevastopol; jikkundanna, barra minn hekk, l-għoti ta' passaport furzat liċ-ċittadini Ukraini fil-Krimea, il-persekuzzjoni tal-Ukraini u tat-Tartari tal-Krimea, kif ukoll it-theddid magħmul mill-mexxejja li jipproklamaw lilhom infushom kontra ċittadini tal-Krimea li esprimew l-interessi tagħhom li jivvotaw fl-elezzjonijiet parlamentari li jmiss; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jirrepeti s-sejħa tiegħu lir-Russja biex tirritorna lejn it-triq tal-liġi internazzjonali billi tirrispetta l-impenji tagħha stess fost oħrajn billi tirrispetta l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Helsinki, il-Memorandum ta' Budapest, filwaqt li tirtira t-truppi tagħha mill-Ukraina u twaqqaf il-fluss ta' merċenarji fil-fruntieri ġewwa l-Ukraina u kull appoġġ dirett u indirett lilhom, kif ukoll il-ħelsien tal-ostaġġi, inkluż ta' Nadiya Savchenko, li nqabdet fl-Ukraina, illegalment ittieħdet fir-Russja u qed tinżamm taħt kustodja f'Moska;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jikkundanna bil-qawwa l-ħtif illegali ta' uffiċjal Estonjan tal-counterintelligence mit-territorju Estonjan lejn ir-Russja u jitlob lill-awtoritajiet Russi biex immedjatament jeħilsu lis-Sur Kohver u jippermettulu ritorn sikur lejn l-Estonja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jitgħallmu mill-esperjenza tas-sitwazzjoni estrema u drammatika fix-Xlokk tal-Ukraina u mir-rwol li r-Russja qed tkompli tadotta, li jikkostitwixxi theddida għas-sigurtà indiviżibbli tal-Unjoni Ewropea u l-parti tal-Lvant tal-Istati Membri b'mod partikolari; iwissi li r-Russja tista' tkompli b'dan ix-xenarju ta' theddid biex toħloq pressjoni u tittestja l-Istati Membri tal-UE u n-NATO billi tkun lesta li tuża armi tal-ġlied ibridi jew tilgħab il-karta tal-enerġija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jemmen bis-sħiħ li l-unika risposta vijabbli tal-UE għat-theddid tar-Russja hi li tibqa' flimkien u titkellem b'vuċi waħda mar-Russja;  jemmen li l -UE jeħtieġ terġa' tfassal ir-relazzjonijiet tagħha mar-Russja u li ssib approċċ ġdid u unifikat lejn ir-Russja, inkluż Politika Komuni Esterna tal-Enerġija u d-Difiża; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jitlob lill-Istati Membri jsaħħu l-kapaċitajiet militari tagħhom u jikkumplimentaw dawk tan-NATO, sabiex tiżdied ir-riżiljenza tal-UE kontra tipi differenti ta' gwerra, b'mod partikolari armi tal-gwerra ibridi; jitlob lill-UE, l-istituzzjonijiet u l-forzi politiċi tagħha biex isaħħu d-determinazzjoni komuni, il-kapaċità li jiffaċċjaw theddid estern, l-unità u s-solidarjetà tal-Unjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jitlob biex jitkomplew it-taħdidiet trilaterali dwar il-provvista tal-gass tal-Ukraina li ġew sospiżi minn Ġunju sabiex tinstab soluzzjoni ħalli jergħġu jitkomplew; itenni l-ħtieġa li tkun żgurata l-provvista tal-gass permezz ta' flussi tal-gass bil-maqlub mill-istati ġirien lejn l-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ radikalment is-sigurtà tal-enerġija, l-indipendenza u r-reżiljenza tal-UE għal pressjoni esterna permezz tal-konsolidament tas-setturi tal-enerġija, ta' aktar żvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija fil-pajjiżi ġirien tal-UE u l-iżvilupp tal-interkonnetturi tal-enerġija bejn dawn il-pajjiżi u mal-UE, bi qbil mal-objettivi tal-Komunità Enerġetika, u li jkunu implimentati dawn il-proġetti prijoritarji ta' interess komuni bl-akbar urġenza sabiex jinbena suq tal-gass liberu u li jiffunzjona sew fl-Ewropa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jilqa' l-wegħda mġedda tal-NATO li tipprijoritizza s-sigurtà kollettiva u l-impenn lejn l-Artikolu 5 tat-Trattat Washington; jilqa' d-deċiżjonijiet tas-samit tan-NATO ta' Newport li jżidu l-livell ta' sigurtà tal-allejati tal-lvant, inkluż bil-ħolqien ta' task force 'xprun', ta' preżenza militari permanenti permezz ta' rotazzjoni u t-twaqqif ta' infrastruttura loġistika, kif ukoll ta' appoġġ offrut għat-tisħiħ tal-forzi armati tal-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jieħu nota tal-fatt li l-Istati Membri fuq livell bilaterali jistgħu jipprovdu lill-Ukraina bl-armi, bit-teknoloġija u bit-tagħrif meħtieġ għas-sigurtà u d-difiża; jenfasizza li din il-possibbiltà kienet ikkonfermata fis-samit tan-NATO fi Newport; hu tal-fehma li l-UE għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri li jagħmlu dan; jitlob lill-UE tqis li tibgħat instrutturi u teknoloġija militari, biex tappoġġa l-armata tal-Ukraina b'tagħrif dwar taħriġ tat-tip Mulino, u li ssaħħaħ il-kapaċitajiet militari tagħha biex tiddefendi l-kosta tal-Baħar l-Iswed u s-sistema tad-difiża tal-ajru tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jilqa' d-deċiżjoni mill-President Franċiż, Francois Hollande, li jipposponi l-bejgħ ta' żewġ vapuri tal-gwerra tip Mistal lir-Russja, b'hekk jagħmel il-provvista ta' dawn il-vapuri dipendenti fuq l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukraina; jinkoraġġixxi l-Istati Membri jqisu, fil-każ li l-kuntratt ikun ikkanċellat, miżuri ta' kumpens u modi li jużaw il-vapuri Mistral fil-missjonijiet relatati tal-UE minflok, sabiex jittaffa t-telf finanzjarju għal Franza ta' aktar minn EUR 1,2 biljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jilqa' l-mizuri restrittivi li l-UE adottat kontra r-Russja matul is-sajf minħabba l-aggressjoni kontinwa tar-Russja, l-invażjoni armata u d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina; jappoġġa aktar sanzjonijiet ekonomiċi fis-setturi finanzjarji, tal-enerġija u militari u fuq prodotti b'użu doppju u teknoloġiji sensittivi, u li jiżdied l-għadd ta' individwi fil-mira, inkluż it-tmexxija l-ġdida f'Donbas, il-gvern tal-Krimea u dawk li jieħdu deċiżjonijiet u l-oligarki Russi; jilqa' l-infurzar tagħhom fit-12 ta' Settembru 2014; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jistieden lill-UE tkompli, testendi u ssaħħaħ is-sanzjonijiet biex tilħaq imblokk ekonomiku komplut tal-finanzi u tal-ekonomija Russa, li teskludi lir-Russja mill-kooperazzjoni nukleari u mis-sistema Swift, u li timplimenta embargo komplet tal-armi fuq ir-Russja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.    Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita ġabra ta' kriterji li, meta milħuqa, tista' timpedixxi l-adozzjoni ta' aktar livelli ta' miżuri restrittivi kontra r-Russja jew li jkunu meħuda lura dawk diġà fis-seħħ;  jenfasizza li dawn il-kriterji għandhom jinkludu l-irtirar komplet tat-truppi u l-merċenarji Russi mit-territorju tal-Ukraina, il-waqfien tal-appoġġ dirett u indirett għas-separatisti, ir-rispett mir-Russja tal-waqfien mill-ġlied, kontroll effettiv internazzjonali tal-fruntiera tal-Ukraina u t-treġġigħ lura tal-kontroll tal-Ukraina fuq it-territorju kollu tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.    Jenfasizza l-importanza tal-investigazzjoni indipendenti, rapida u sħiħa tal-kawżi tat-twaqqigħ tal-Malaysia Airlines MH17, delegata lill-Bord tas-Sikurezza tal-Pajjiżi l-Baxxi, u l-ħtieġa li dawk responsabbli għat-twaqqigħ jitressqu quddiem il-ġustizzja; jinnota li l-Bord tas-Sikurezza tal-Pajjiżi l-Baxxi ħareġ rapport preliminari dwar l-investigazzjoni fit-twaqqigħ tal-MH17 fid-9 ta' Settembru 2014; jenfasizza li, abbażi tas-sejbiet preliminari sal-lum, l-ebda indikazjoni ta' kwalunkwe kwistjoni teknika jew operattiva ma nstabu dwar l-ajruplan jew l-eqwipaġġ, u li l-ħsara osservata fit-taqsima tal-bidu tidher li tindika li l-ajruplan kien penetrat minn għadd kbir ta' oġġetti b'enerġija qawwija minn barra l-ajruplan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.    Jitlob lill-korpi sportivi internazzjonali biex jirtiraw id-dritt tar-Russja li torganizza l-Grand Prix tal-F1 fil-ħarifa tal-2014 u t-Tazza tad-Dinja tal-futbol fl-2018; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.    Jilqa d-deċiżjoni li jinżammu elezzjonijiet parlamentari bikrija fl-Ukraina fis-26 ta' Ottubru 2014 u jistenna li l-gvern jiżgura elezzjonijiet ħielsa u ġusti; jistieden lill-Ukraina tistabbilixxi trasparenza fl-iffinanzjar tal-partiti u tal-kampanji politiċi tagħhom; jittama li jkun hemm maġġoranza qawwija għall-isfidi importanti u r-riformi meħtieġa li għad irid jiġu; jinsab impenjat li jibgħat osservaturi tal-elezzjoni sabiex jimmonitorjaw dawn l-elezzjonijiet u jitlob għal missjoni internazzjonali sostanzjali ta' monitoraġġ tal-elezzjoni biex tissorvelja din l-elezzjoni kruċjali li se sseħħ taħt kundizzjonijiet diffiċli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.    Jesprimi tħassib serju fir-rigward tas-sitwazzjoni umanitarja katastrofika fil-lvant tal-Ukraina, speċjalment fir-rigward tax-xitwa li ġejja; jenfasizza l-importanza ta' assistenza umanitarja massiva taħt l-awspiċi tal-UE li turi l-appoġġ tagħna għal poplu li qed isofri fil-lvant tal-Ukraina; jitlob, għalhekk, għal sforzi urġenti mill-UE, inkluż konvoj ta' għajnuna umanitarja li jgħin isostni dawk l-aktar fil-bżonn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.    Jirrikomanda l-isforzi kontinwi li saru mill-awtoritajiet tal-Ukraina biex jiżguraw id-dritt għall-edukazzjoni u partikolarment jiżguraw li t-tfal kollha se jkunu jistgħu jirritornaw lejn l-iskejjel li kienu affettwati mill-konflitt mill-aktar fis possibbli; jenfasizza l-importanza li jkun provdut appoġġ psikoloġiku lit-tfal kollha li kienu esposti direttament għall-avveniment vjolenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.    Jilqa' l-azzjoni rapida mill-Kummissjoni b'risposta għall-miżuri temporanji u ta' eċċezzjoni għas-settur tal-frott u l-ħaxix u għal prodotti l-aktar affettwati mill-projbizzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tniedi miżuri ta' appoġġ adegwati, mhux diskriminatorji u mmirati għal dawk l-impriżi agrikoli, l-operaturi tal-ikel u s-sajjieda l-aktar affettwati mill-projbizzjoni tar-Russja fuq il-prodotti tal-ikel tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib is-swieq agrikoli, tal-ikel, tas-sajd u tal-akwakultura, biex tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament dwar kull tibdil u biex tivvaluta l-impatt tal-miżuri meħuda sabiex possibbilment testendi l-lista ta' prodotti koperti u li żżid il-pakkett ta' EUR 125 miljun; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tal-UE biex ma tirrestrinġix lilha nnifisha għal miżuri tas-suq imma wkoll li tieħu miżuri biex issaħħaħ il-preżenza tal-UE fis-swieq ta' pajjiżi terzi (pereżempju attivitajiet promozzjonali);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.    Iqis il-possibbiltà li jintużaw fondi tal-UE minbarra fondi agrikoli, minħabba li l-kriżi hi l-ewwel u qabel kollox ta' natura politika u mhux ir-riżultat ta' falliment tas-suq jew ta' kundizzjonijiet tat-temp ħżiena; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.    Jitlob lill-Kummissjoni tinnegozja l-kwota xierqa ta' flessibbiltà fil-ftehimiet tal-istati tal-kosta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.    Jitlob lill-Istati Membri jużaw l-EMFF bħala assistenza finanzjarja straordinarja li tipprovdi appoġġ finanzjarju lis-settur tas-sajd Ewropew u l-prodotti tal-akwakultura; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex momentanjament jimmodifikaw ir-regoli tal-kwota ta' flessibbiltà ta' kull sena sabiex jipprovdu għall-possibbiltà ta' trasferiment ta' aktar minn 10 % tal-kwota ts-sena li jmiss (ir-regola tal-flessibbiltà attwalment applikabbli), u biex jgħinu lis-sajjieda jbiegħu prodotti projbiti lil swieq oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>