<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>16.9.2014</Date><Ref>B8-0124/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-risposta tal-UE għat-tifqigħa tal-Ebola</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2842(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124858">Fabio De Masi</Author>, <Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="125036">Pablo Echenique</Author>, <Author id="125031">Pablo Iglesias</Author>, <Author id="125033">Teresa Rodriguez-Rubio</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="96646">Helmut Scholz</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="125051">Iosu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="96706">João Ferreira</Author>, <Author id="111589">Inês Cristina Zuber</Author>, <Author id="125100">Miguel Viegas</Author>, <Author id="1654">Emmanouil Glezos</Author>, <Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="120478">Martina Michels</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE537.026v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0124/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-risposta tal-UE għat-tifqigħa tal-Ebola</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2842" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2842">2014/2842(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' "emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali" tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tat-8 ta' Awwissu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali għar-Rispons tal-Ebola tal-WHO tat-28 ta' Awwissu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-valutazzjoni tar-riskju għall-Ebola miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard tas-27 ta' Awwissu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar it-tifqigħa tal-Ebola fil-Punent tal-Africa mill-Kummissarju għas-saħħa, Tonio Borg tat-8 ta' Awwissu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-Ebola mill-Kummissarju għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons f'każ ta' Kriżi, Kristalina Georgieva tal-5 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra t-Tgħarrif Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ebola minn Dr Joanne Liu, president internazzjonali ta' <span font-style="italic">Médecins Sans Frontières</span>, fit-2 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-Marda tal-Virus tal-Ebola (EVD), li qabel kienet magħrufa bħala d-deni emorraġiku Ebola, hija marda severa, ħafna drabi fatali fil-bniedmin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">B.     billi t-tifqigħa tal-Ebola li ġiet uffiċjalment iddikjarata fit-22 ta' Marzu fil-Ginea, bħalissa qiegħda taffetwa r-reġjun kollu tal-Punent tal-Afrika, u speċjalment il-Liberja, in-Niġerja, Sjerra Leone u s-Senegal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat it-tifqigħa tal-Ebola bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta' tħassib internazzjonali, fej issejjaħ għal rispons internazzjonali koordinat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">D.     billi ħafna mill-NGOs attivi fuq il-post bħal <span font-style="italic">Médecins Sans Frontières</span> u l-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar ikkundannaw ir-rispons internazzjonali bħala inadegwat b'mod perikoluż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">E.     billi d-dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea għall-Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili wiegħed aktar minn EUR 147 miljun f'għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp biex irażżan it-tixrid tal-virus, jipprovdi trattament u tagħmir essenzjali lil persuni infettati u jiskjera esperti umanitarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">F.     billi EUR 11.9 miljun biss mill-EUR 147 miljun mwiegħda speċjalment jindirizzaw uħud mill-aktar bżonnijiet umanitarji urġenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-Istati Membri tal-UE għandhom il-kapaċità li jimmobilizzaw timijiet ta' rispons immedjat biex jiżguraw djanjosi bikrija, iżolament (bil-każijiet suspetti u l-każijiet ikkonfermati fi swali differenti), il-monitoraġġ ta' persuni f'kuntatt u li jintraċċaw katini ta' trażmissjoni u kura tas-saħħa immedjata għall-popolazzjonijiet affetwati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-pajjiżi affetwati diġà qegħdin ibatu min-nuqqas ta' ikel u ilma nadif u kollass ekonomiku ikkawżat bit-tfixkil fil-kummerċ, titjiriet kummerċjali u xogħol ta' ħsad wara t-tifqigħa tal-epidemija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">I.      billi t-tifqigħa żvelat nuqqas fis-sistemi u s-servizzi tas-saħħa tal-pajjiżi affetwati u l-bżonn urġenti għal appoġġ biex dawn jissaħħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkundanna t-telf ta' ħajjiet fir-reġjun iddevastat mit-tifqigħa tal-Ebola;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">2.      Jiddispjaċih bir-rispons bil-mod u redikolu mill-Istati Membri għal din it-tifqigħa tal-Ebola u d-dewmien fl-għoti ta' strateġija adegwata u koordinata; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">3.      Iħeġġeġ biex issir laqgħa ministerjali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi strateġija biex timmobilizza r-rispons mediku biex tingħata għajnuna umanitarja mill-Istati Membri skont il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">4.      Jitlob għal preparamenti għall-iskjerament urġenti ta' persunal mediku ċivili speċjalizzat u l-mmobilizzazzjoni ta' speċjalizzazzjoni medika internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">5.      Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-WHO, għall-skjerament ta' 165 persunal mediku speċjalizzat minn Kuba fir-reġjun affetwat, l-ikbar offerta ta' tim mediku barrani minn pajjiż wieħed waqt din it-tifqigħa tal-Ebola;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">6.      Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tfassal pjanijiet ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet u pjanijiet speċifiċi għal pajjiż biex tiddetermina d-domanda ta' persunal tas-saħħa, laboratorji mobbli, tagħmir tal-laboratorju, ħwejjeġ protettivi u l-istabbilment ta' swali ta' iżolament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">7.      Jikkunsidra l-pjan direzzjonali għar-rispons tal-Ebola tal-WHO bħala l-bażi għall-attivitajiet ta' prijorità, speċjalment ir-rispons differenzjat tal-pajjiżi b'trażmissjoni mxerrda ħafna, każijiet inizjali u pajjiżi ġirien fejn il-preparamenti għandhom jiġu msaħħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">8.      Jistieden lill-Istati Membri biex jikkordinaw titjiriet u jistabbilixxu pontijiet tal-arja dedikati għaċ-ċaqliq ta' persunal u tagħmir tas-saħħa lejn il-pajjiżi affetwati u biex jipprovdu evakwazzjoni medika jekk hi neċessarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni , lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Unjoni Afrikana u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.</p>
</Section></Motion>