<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>16.9.2014</Date><Ref>B8-0129/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2841(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124768">Valentinas Mazuronis</Author>, <Author id="124745">Iveta Grigule</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE537.031v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0129/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2841" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2841">2014/2841(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, is-Sħubija tal-Lvant u l-Ukraina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar l-Ukraina tal-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta’ Awwissu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-azzjonijiet tar-Russja jiksru d-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali li għandha skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-OSKE u l-Memorandum ta' Budapest dwar il-garanziji ta' sigurtà għall-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu favur l-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lill-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, biex jieqaf jipprovdi kwalunkwe tip ta' appoġġ għas-separatisti li jokkupaw il-parti tal-lvant tal-Ukraina, biex jirtira t-truppi kollha illegali mit-territorju tal-Ukraina, biex jeħles il-priġunieri tal-gwerra u biex jirrispetta b'mod strett il-pjan għall-waqfien mill-ġlied , li hu l-aħjar għażla biex is-sitwazzjoni ma tkomplix taggrava u jkun hemm il-paċi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden il-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem, il-missjoni ta' monitoraġġ speċjali OSCE u organizzazzjonijiet oħra tad-drittijiet tal-bniedem biex jimmonitorjaw is-sitwazzjoni b'mod attiv fiż-żoni tal-fruntiera tal-Ukraina li jinsabu maħkuma mill-kunflitt, sabiex jiġi evitat reati tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tibqa' unita fir-rigward tal-pakkett l-ġdid ta' sanzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jieħu nota tad-deċiżjonijiet ġodda mill-kumpanija tal-gass Russa Gazprom biex tillimita provvisti tal-gass lil xi Stati Membri u jemmen li l-pajjiżi Ewropej li jiddependu fuq gass Russu li jgħaddi minn fuq it-territorju Ukrain għandhom, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jippreparaw għal deċiżjoni favur il-qtugħ fil-provvista tal-gass;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jinnota l-miżuri eċċezzjonali li ttieħdu mill-Kummissjoni għall-istabilizzazzjoni tas-swieq agrikoli u tal-ikel tal-UE, iżda jidhirlu li għandu jsir ħafna aktar biex jittaffew l-effetti tar-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni mir-Russja fl-Istati Membri li ntlaqtu l-aktar ħażin, b'mod partikolari l-Istati Baltiċi; jitlob għal solidarjetà tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ speċifiku għas-settur agrikolu fl-Istati Membri li ntlaqtu l-aktar ħażin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ kollu possibbli u l-parir tekniku meħtieġ lill-Ukraina, b'mod partikolari bil-ħsieb li jsiru preparazzjonijiet għall-elezzjonijiet nazzjonali li ġejjin f'Ottubru, fejn jittieħdu miżuri għar-riżoluzzjoni tal-kriżi ekonomika li kull ma tmur qed tiggrava, u tiġi implimentata l-aġenda ta' riforma tal-gvern u jitħaffef l-iżvilupp tal-kapaċità ċivili;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>