<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>21.10.2014</Date><Ref>B8-0182/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar il-preżentazzjoni, mill-President elett tal-Kummissjoni, tal-Kulleġġ tal-Kummissarji u tal-programm tagħhom</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 118(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-elezzjoni tal-Kummissjoni</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2811(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28248">Gabriele Zimmer</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE537.085v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0182/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-elezzjoni tal-Kummissjoni</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2811" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2811">2014/2811(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-elezzjoni min-naħa tiegħu ta' Jean-Claude Juncker bħala l-President elett tal-Kummissjoni Ewropea fil-15 ta' Lulju 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet orali u miktuba minn kull Kummissarju nnominat fis-seduti ta' smigħ organizzati mill-kumitati parlamentari, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-kandidati mill-kumitati wara s-seduti ta' smigħ,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-preżentazzjoni, mill-President elett tal-Kummissjoni, tal-Kulleġġ tal-Kummissarji u tal-programm tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 118(5), l-ewwel subparagrafu, u l-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-politiki neoliberali u antisoċjali tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea b'mod partikolari, id-defiċit demokratiku u l-proċeduri mhux trasparenti wasslu għal nuqqqas ta' fiduċja min-naħa taċ-ċittadini u għal kriżi serja ta' leġittimità għall-istituzzjonijiet Ewropej attwali; billi minħabba t-tkomplija ta' din il-politika u minħabba l-fatt li l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej qed jonqsu milli jiġu ssodisfati, il-kriżi ta' leġittimità tal-UE se tiggrava b'mod drammatiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi s-seduti ta' smigħ urew li l-Kummissjoni l-ġdida se tkompli fit-triq tal-Kummissjoni preċedenti u mhijiex se tibdel l-orjentament politiku attwali lejn Ewropa soċjali reali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-President elett Juncker ippreżenta tim ġdid tal-Kummissjoni u struttura ġdida tal-Kummissjoni b'seba' Viċi Presidenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-istruttura l-ġdida tal-Kummissjoni toħloq inċertezza rigward l-allokazzjoni u t-tqassim tal-portafolli tal-Kummissarji differenti u r-rwol u r-responsabbiltajiet tas-seba' Viċi Presidenti <span font-style="italic">vis-à-vis</span> l-Kummissarji l-oħrajn; billi s-seduti ta' smigħ urew li dan x'aktarx se jikkawża inċertezza rigward ir-responsabbiltajiet konkreti tal-Kummissarji differenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi waħda mill-Kummissarji nnominati kontenzjużi rriżenjat fid-9 ta' Ottubru 2014 wara valutazzjoni negattiva mill-Parlament Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-Parlament identifika wkoll diversi punti ta' tħassib fir-rigward ta' ċerti Kummissarji nnominati oħrajn, u esprima d-diżappunt tiegħu dwar l-adegwatezza tal-għażla ta' portafolli għal ċerti Kummissarji nnominati, kif ukoll in-nuqqas ta' għarfien professjonali, għarfien espert u viżjoni li wrew xi wħud;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jinnota bi tħassib kbir li l-President elett tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida ppreżenta programm li essenzjalment jikkostitwixxi t-tkomplija tal-politiki neoliberali u ta' awsterità tal-Kummissjoni preċedenti li ma rnexxewx; jinnota li t-tim il-ġdid tal-Kummissjoni ntgħażel b'tali mod li jimplimenta din l-istrateġija; huwa tal-fehma li, b'dan it-tim, il-bidla meħtieġa tal-orjentament politiku attwali lejn aktar ġustizzja soċjali, il-ħolqien ta' impjiegi għal kulħadd u b'mod partikolari ż-żgħażagħ, u l-qerda tal-faqar, mhumiex se jseħħu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jinsab daqstant ieħor imħasseb li l-Kummissjoni l-ġdida se tkompli fuq l-istess linji tal-Kummissjoni uxxenti fir-rigward tan-negozjati dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) u fir-rigward tal-politika barranija u l-politika dwar il-migrazzjoni tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jiddispjaċih ferm li l-valutazzjoni kritika ġenerali tiegħu u l-punti speċifiċi ta' kritika tiegħu rigward Kummissarji nnominati oħrajn, u r-rifjut ta' żewġ portafolli għall-Kummissarji nnominati (l-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza kif ukoll l-Enerġija) fit-tim il-ġdid tal-Kummissarji ma ttiħdux inkunsiderazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Huwa konvint li l-allokazzjoni ta' portafolli ekonomiċi ewlenin lil Viċi President innominat u lil Kummissarji nnominati, li l-biċċa l-kbira tagħhom għandhom fehma politika u rekord apertament neoliberali, toħloq żbilanċ inaċċettabbli bejn il-prijoritajiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali fil-Kulleġġ tal-Kummissarji l-ġdid;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jinsab imħasseb dwar is-sovrapożizzjoni bejn l-interessi privati/kummerċjali u l-portafolli ta' ċerti Kummissarji nnominati; jiddeplora l-fatt li ma nstabet l-ebda soluzzjoni għall-kunflitti ta' interess potenzjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' għarfien, impenn u viżjoni li wrew xi Kummissarji nnominati oħrajn rigward il-portafolli proposti tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jiddispjaċih li ma sar l-ebda progress dwar ir-rappreżentanza tan-nisa fit-tim tal-Kummissjoni; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, u li l-bilanċ bejn is-sessi f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet huwa għan ċentrali ta' politika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jiddispjaċih bis-sħiħ għan-nuqqas ta' ħeġġa li wrew xi Kummissarji nnominati biex iwieġbu l-mistoqsijiet u għat-tweġibiet inadegwati u/jew inkoerenti tagħhom, fattur li għamilha diffiċli li dak li jkun jivvaluta l-kompetenzi ta' xi Kummissarji nnominati biex iwettqu ħidmithom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jikkritika l-inċertezza tar-responsabbiltajiet f'oqsma ta' politika ewlenin maħluqa mill-istruttura l-ġdida tal-Kummissjoni tal-President elett Juncker, u l-qsim tar-responsabbiltajiet bejn Kummissarji differenti, billi dan jista' jwassal għal nuqqas ta' trasparenza u responsabbiltà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jieħu nota tal-espressjoni ta' impenn tal-President elett Juncker lejn Unjoni ta' bidla demokratika, inkluża l-wiegħda tas-Sur Juncker li l-Kummissjoni se tmexxi billi tagħti eżempju fir-rigward ta' trasparenza mtejba fil-kuntatti tagħha mal-partijiet interessati u mal-lobbyists; jistenna li s-Sur Juncker iżomm kelmtu u jipproponi ftehim interistituzzjonali biex jinħoloq reġistru mandatorju tal-lobbying li jkopri t-tliet istituzzjonijiet kollha kemm huma; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jieħu nota tal-impenn tal-President elett Juncker lejn il-Ftehim Qafas tal-2010; jistenna li s-Sur Juncker, qabel il-votazzjoni tal-Parlament dwar il-Kummissjoni l-ġdida, japprova għalkollox mhux biss l-ittra iżda wkoll l-ispirtu tal-Ftehim; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jiċħad il-Kummissjoni proposta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
</Section></Motion>