<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>5.11.2014</Date><Ref>B8-0221/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta' Ċipru</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2921(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124812">Fabio Massimo Castaldo</Author>, <Author id="124856">Ignazio Corrao</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE537.125v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0221/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fiż-żona ekonomika esklussiva tar-Repubblika ta' Ċipru</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2921" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2921">2014/2921(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Ottubru 2014 mill-kelliem tal-President tal-Kunsill Ewropew, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, inklużi dawk dwar ir-rapporti ta' progress tat-Turkija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-11 ta' Frar 2014 mill-mexxejja tal-komunità Ċiprijotta Griega u l-komunità Ċiprijotta Torka,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi fit-3 ta' Ottubru 2014 it-Turkija ħarġet direttiva dwar it-Telex ta' Navigazzjoni (NAVTEX) li b'mod illegali tidentifika żona kbira fil-parti t'isfel taż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tar-Repubblika ta' Ċipru biex fiha, mill-20 ta' Ottubru sat-30 ta' Diċembru 2014, isir stħarriġ sismiku mill-bastiment Tork <span font-style="italic">Barbaros</span> fuq il-bażi tal-liċenzji ta' esplorazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Ċiprijotti Torok lill-korporazzjoni taż-żejt Torka, TPAO, biex twettaq attivitajiet ta' esplorazzjoni f'isem il-poplu Ċiprijott Tork; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi wħud miż-żoni riżervati fl-ambitu ta' din id-direttiva NAVTEX jestendu minn żoni 'l barra mill-kosta ta' Famagusta u 'l barra mill-kosta ta' Larnaca sal-ilmijiet fin-Nofsinhar ta' Limassol, u bl-ebda mod ma jinsabu 'l ġewwa miż-żoni li t-Turkija illegalment qed issostni li jinsabu fiż-żona ekonomika esklussiva tagħha stess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi fis-7 ta' Ottubru 2014, wara li t-Turkija ħabbret li kienet qed tirriżerva żoni għal stħarriġ sismiku fin-Nofsinhar ta' Ċipru, il-President Anastasiades iddeċieda li jissospendi l-parteċipazzjoni tiegħu fin-negozjati appoġġjati min-NU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi n-negozjati u soluzzjoni politika jibqgħu l-uniku mod biex jintlaħaq ftehim ġust, sostenibbli u negozjat dwar il-kwistjoni ta' Ċipru; billi dan ikun possibbli biss jekk iż-żewġ partijiet jiżguraw klima pożittiva u kostruttiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-Istat Maġġur Ġenerali tal-forzi armati Torok ħabbar li l-bastiment <span font-style="italic">TCG Gelibolu</span>, li qed jipparteċipa f'operazzjoni kontinwa tal-flotta Torka bl-isem ta' "Tarka Mediterranja", ingħata l-kompitu tal-missjoni li "jmexxi operazzjonijiet ta' sigurtà marittima biex jipprovdi moviment mingħajr periklu u fis-sigurtà għall-batimenti fil-baħar u sabiex jimpedixxi t-terroriżmu", u jkompli jissorvelja l-attivitajiet tal-pjattaforma ta' tħaffir SAIPEM 10 000 fil-blokk tat-tħaffir għall-esplorazzjoni Nru 9, minn distanza ta' 5 mili nawtiċi (9 kilometri);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-istimi jissuġġerixxu li l-kampijiet tal-gass Aphrodite jista' jkun fihom madwar 5 triljun metru kubu ta' gass; billi dan id-depożitu u depożiti oħra tal-gass jinsabu fin-Nofsinhar ta' Ċipru u ġewwa ż-ŻEE tar-Repubblika ta' Ċipru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi t-theddida tat-Turkija għar-Repubblika ta' Ċipru tikkoinċidi mal-ħatra reċenti ta' Espen Barth Eide bħala l-Konsulent Speċjali l-ġdid tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar Ċipru, u qed taffettwa b'mod negattiv il-possibilità li tintlaħaq soluzzjoni komprensiva għall-problema ta' Ċipru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi stqarrija bil-miktub maħruġa b'segwitu għal-laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali ta' Sigurtà Tork (MGK) tat-30 ta' Ottubru 2014 wiegħdet li t-Turkija se tkompli tipproteġi d-drittiiet u l-interessi tagħha fil-blata kontinentali fil-Baħar Eġew u l-Lvant tal-Mediterran u fiż-żona ekonomika b'liċenzja miċ-Ċiprijotti Torok;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-Gvern ta' Ċipru diġà ffirma ftehim li jassenja d-drittijiet għall-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' riżervi potenzjali ta' idrokarburi fis-sottoswol ta' qiegħ il-baħar lil kumpaniji barranin, li diġà bdew operazzjonijiet ta' tħaffir;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi t-Turkija mhijiex firmatarja tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), li r-Repubblika ta' Ċipru ffirmat u rratifikat; billi t-Turkija ma tirrikonoxxix il-ftehimiet dwar iż-ŻEE li r-Repubblika ta' Ċipru kkonkludiet mal-Eġittu, il-Libanu u l-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri tal-UE jinkludu d-dritt li jikkonkludu ftehimiet bilaterali u d-dritt li jesploraw u jisfruttaw ir-riżorsi naturali tagħhom skont il-UNCLOS;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi t-Turkija hija impenjata f'negozjati ta' adeżjoni mal-UE bl-intenzjoni li ssir Stat Membru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jiddeplora l-attitudini provokattiva tat-Turkija u l-indħil fid-drittijiet sovrani ta' Ċipru fi ħdan iż-ŻEE; ifakkar li tali ndħil huwa illegali skont id-dritt internazzjonali, inkluż il-UNCLOS, u għandu l-potenzjal li jxejjen l-isforzi lejn proċess ta' negozjazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lill-Gvern Tork iwaqqaf l-istħarriġ sismiku li qed iwettaq fiż-ŻEE tar-Repubblika ta' Ċipru, juri moderazzjoni u jirrispetta s-sovranità ta' Ċipru b'rabta mal-ilmijiet territorjali u ż-ŻEE tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden lit-Turkija turi rieda tajba billi tirtira l-bastimenti tagħha mill-ilmijiet ta' Ċipru, tnaqqas it-tensjoni u immedjatament twaqqaf l-azzjonijiet illegali u provokattivi tagħha ġewwa ż-ŻEE ta' Ċipru biex tiffaċilità t-tkomplija tal-proċess ta' negozjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jirrikonoxxi d-dritt ta' Ċipru li jiżviluppa r-riżorsi fi ħdan iż-ŻEE tiegħu; jinnota, madankollu, li r-riżorsi tal-gżira għandhom jinqasmu b'mod ekwu fost iċ-Ċiprijotti kollha fil-kuntest ta' soluzzjoni ġenerali li tibbenefika n-naħat kollha, u li l-kwistjoni tal-gass naturali ma għandhiex tostakola l-isforzi biex tinstab soluzzjoni, iżda pjuttost isservi bħala għodda għal dawn l-isforzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Itenni għal darb'oħra l-appoġġ qawwi tiegħu għar-riunifikazzjoni ta' Ċipru fuq il-bażi ta' soluzzjoni ġusta għaż-żewġ komunitajiet, li tikkonsisti f'federazzjoni bikomunali u biżonali b'ugwaljanza politika, u sħubija fin-NU u l-UE għal Ċipru magħqud, li jippossjedi personalità legali internazzjonali waħda u sovranità waħda, u li joffri ċittadinanza waħda ta' Ċipru magħqud;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Konsulent Speċjali l-ġdid tan-NU dwar Ċipru, Espen Barth Eide, biex jipprova jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-qafas neċessarji biex it-taħditiet bejn iż-żewġ komunitajiet ta' Ċipru jitkomplew; jinnota li l-azzjonijiet tat-Turkija pperikolaw dawn l-isforzi f'mument meta l-progress kien possibbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lit-Turkija turi rieda politika ġenwina bil-għan li tinstab soluzzjoni sostenibbli u komprensiva għad-diviżjoni li ilha snin twal tikkaratterizza lill-gżira, soluzzjoni li tkun verament ta' benefiċċju għaċ-Ċiprijotti kollha; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li l-pakkett Ċiprijott Grieg ta' miżuri għall-bini tal-fiduċja ġie rrifjutat min-naħa Ċiprijotta Torka;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jistieden lill-Gvern Tork jiffirma u jirratifika l-UNCLOS, li s-sħubija fiha hija parti mill-<span font-style="italic">acquis communautaire</span> u bħala tali hija prerekwiżit għad-dħul tat-Turkija fl-UE; ifakkar lit-Turkija li, bħala pajjiż kandidat għad-dħul fl-UE, għandha taġixxi f'konformità mal-valuri tal-UE u tevita azzjonijiet ostili fil-konfront ta' kwalunkwe Stat Membru;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jitlob li l-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-attivitajiet tat-Turkija fiż-ŻEE tar-Repubblika ta' Ċipru u tirrapporta lura lill-Parlament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-President u l-Parlament tar-Repubblika ta' Ċipru, lill-mexxej tal-komunità Ċiprijotta Torka u lill-President, il-Gvern u l-Parlament tat-Turkija.</p>
</Section></Motion>