<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>10.12.2014</Date><Ref>B8-0357/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-rikonoxximent ta' Stat Palestinjan</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2964(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4436">Gianni Pittella</Author>, <Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="124936">Maria Arena</Author>, <Author id="28307">Francisco Assis</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="96911">Tanja Fajon</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="124953">Jude Kirton-Darling</Author>, <Author id="5846">Mary Honeyball</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="124962">Afzal Khan</Author>, <Author id="96812">Juan Fernando López Aguilar</Author>, <Author id="125042">Javi López</Author>, <Author id="1403">David Martin</Author>, <Author id="124691">Costas Mavrides</Author>, <Author id="124789">Sorin Moisă</Author>, <Author id="96844">Norbert Neuser</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="96948">Gilles Pargneaux</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="114279">Isabelle Thomas</Author>, <Author id="96672">Marita Ulvskog</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="96656">Boris Zala</Author>, <Author id="2073">Richard Howitt</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE545.606v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0357/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rikonoxximent ta’ Stat Palestinjan</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2964" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2964">2014/2964(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari dawk tad-29 ta’ Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Palestina<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C56E, 26.2.2013, p. 104</p>
</footnote> u tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar is-sitwazzjoni f’Gaża<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0454" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2012-0454/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2012)0454</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-22 ta' Lulju 2014 u tas-17 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rimarki tar-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini wara l-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-17 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini dwar l-attakk fis-sinagoga ta' Har Nof fit-18 ta' Novembru 2014 u dwar l-attakk terroristiku f'Ġerusalemm tal-5 ta' Novembru 2014, u d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani, tal-10 ta' Novembru 2014, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rimarki tar-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini wara l-laqgħa tagħha ma' Benjamin Netanyahu, Prim Ministru tal-Iżrael, tas-7 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini dwar l-aħħar dikjarazzjoni Iżraeljana dwar l-insedjamenti, tal-5 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon wara l-konverżazzjonijiet telefoniċi tiegħu ma' Benjamin Netanyahu, Prim Ministru tal-Iżrael, u Mahmoud Abbas, President tal-Istat tal-Palestina, tal-20 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra t-tħabbira tal-gvern Svediż dwar ir-rikonoxximent uffiċjali tal-Istat tal-Palestina, tat-30 ta' Ottubru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-mozzjonijiet approvati mill-House of Commons tar-Renju Unit fit-13 ta' Ottubru 2014, mis-Senat Irlandiż fit-22 ta' Ottubru 2014, mill-Parlament Spanjol fit-18 ta' Novembru 2014, u mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża fit-2 ta' Diċembru 2014, li jħeġġu lill-gvernijiet rispettivi tagħhom jirrikonoxxu l-Istat tal-Palestina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-29 ta’ Novembru 2012 li tagħti status ta’ stat osservatur mhux membru lill-Palestina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Knesset tat-8 ta' Diċembru 2014 li jsiru elezzjonijiet straordinarji fl-Iżrael fis-17 ta' Marzu 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi s-sejba ta' paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, u bejn l-Għarab u l-Iżraeljani f'kuntest aktar wiesa', ilha kwistjoni ta' interess ewlieni għall-kommunità internazzjonali, inkluża l-Unjoni Ewropea, għal aktar minn nofs seklu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-inizjattiva tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti John Kerry, li ma ħallietx frott tanġibbli minkejja l-isforzi kollha, u l-gwerra fl-Istrixxa ta' Gaża ġew segwiti minn perjodu ieħor ta' staġnar tal-proċess tal-paċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi fil-vojt li nħoloq minħabba n-nuqqas ta' progress fil-proċess ta' paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani t-tensjonijiet qed jerġgħu jiżdiedu, u dan iwassal għat-telf tal-ħajja ta' ċivili innoċenti; billi ħames persuni nqatlu u diversi oħra ndarbu fl-attakk terroristiku fis-sinagoga ta' Har Nof fit-18 ta' Novembru 2014; billi dan l-attakk ġie segwit minn atti oħra ta' terrur u vjolenza fil-ġimgħat li għaddew; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi, f'Novembru 2012 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kkonferiet status ta' "stat osservatur mhux membru" lill-Palestina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi, fit-30 ta' Ottubru 2014, il-gvern Svediż ħabbar ir-rikonoxximent uffiċjali tiegħu tal-Istat tal-Palestina; billi l-Isvezja hi l-ewwel Stat Membru tal-UE li rrikonoxxa l-Istat Palestinjan; billi tmien Stati Membri oħra – il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja – kienu diġà rrikonoxxew l-Istat Palestinjan qabel ma saru membri tal-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi, fit-13 ta' Ottubru 2014 il-House of Commons tar-Renju Unit approvat mozzjoni li tesprimi l-pożizzjoni li "l-Gvern għandu jirrikonoxxi lill-Istat Palestinjan flimkien mal-Istat tal-Iżrael, bħala kontribut biex tkun żgurata soluzzjoni negozjata ta' żewġ stati";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi fit-22 ta' Ottubru 2014 is-Senat Irlandiż approva mozzjoni fejn talab "lill-Gvern biex jirrikonoxxi formalment lill-Istat Palestinjan u biex jagħmel dak kollu possibbli fil-livell internazzjonali biex jgħin biex tkun żgurata soluzzjoni vijabbli ta' żewġ stati għall-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi fit-18 ta' Novembru 2014, il-Parlament Spanjol approva mozzjoni li fiha ħeġġeġ lill-gvern jirrikonoxxi lill-Palestina bħala stat, rikonoxximent li għandu jkun il-konsegwenza ta' proċess negozjat bejn il-partijiet li jiggarantixxi l-paċi u s-sigurtà għat-tnejn, rispett tad-drittijiet taċ-ċittadini u stabilità reġjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi fit-2 ta' Diċembru 2014 l-Assemblea Nazzjonali Franċiża approvat mozzjoni li fiha stiednet lill-gvern jirrikonoxxi l-Istat Palestinjan bl-għan li jirriżolvi b'mod definittiv il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina, fl-ispirtu tas-soluzzjoni ta' żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi inizjattivi simili tnedew f'bosta pajjiżi oħra Ewropej, bħall-Belġju, id-Danimarka, il-Portugall u s-Slovenja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi r-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina jagħmel parti mill-kompetenza tal-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2011 il-Parlament esprima s-sostenn tiegħu u stieden lill-Istati Membri tal-UE jkunu magħquda fl-indirizzar tat-talba leġittima tal-Palestinjani biex ikunu rappreżentati bħala stat fin-Nazzjonijiet Uniti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 il-Parlament Ewropew appoġġa t-talba tal-Palestina li ssir stat osservatur mhux membru fin-Nazzjonijiet Uniti, u talab lill-Istati Membri tal-UE u l-komunità internazzjonali jilħqu ftehim f'din id-direzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.     billi l-Unjoni Ewropea naqset milli tiżvolġi rwol politiku sinifikanti bħala faċilitatur fil-proċess ta' paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani tul dawn l-aħħar snin; billi fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-17 ta' Novembru 2014, il-ministri tal-affarijiet barranin tal-Istati Membri ddeċidew li jappoġġaw inizjattivi ġodda biex jerġgħu jniedu proċess ta' paċi billi jibnu fuq il-possibilità li jinħoloq qafas reġjonali b'kooperazzjoni mal-Istati Uniti, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u pajjiżi Għarab ewlenin bħall-Eġittu, il-Ġordan u l-Arabja Sawdija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.     billi fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Novembru 2014 il-Kunsill Affarijiet Barranin ikkonferma li l-iżvilupp ġejjieni tar-relazzjonijiet tal-UE mas-sħab Iżraeljani u Palestinjani se jiddependi wkoll mill-impenn tagħhom lejn paċi dejjiema msejsa fuq is-soluzzjoni ta' żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jirrikonoxxu lill-Istat tal-Palestina, att li jagħmel parti mill-kompetenza nazzjonali tagħhom, u jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi tar-Rappreżentant Għoli / Viċi President Federica Morgherini li tiffaċilita approċċ komuni tal-UE f'dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Iħeġġeġ lill-Iżrael ukoll biex jirrikonoxxi lill-Istat tal-Palestina bil-kundizzjoni li tali rikonoxximent jiġi segwit minn ftehim ta' status finali bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar it-tensjonijiet li qed jikbru bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jikkundanna bl-iktar mod qawwi possibbli l-atti kollha ta' terroriżmu jew vjolenza kontra ċittadini innoċenti Iżraeljani u Palestinjani – inkluż l-attakk fis-sinagoga Har Nof li ħalla ħames persuni mejta fit-18 ta' Novembru 2014 u t-taqbid vjolenti rikorrenti fiż-żona ta' Haram-al-Sharif / l-Għolja tat-Tempju – u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi; iwissi dwar is-sogru ta' eskalazzjoni ulterjuri tal-vjolenza f'siti mqaddsa, li jistgħu jittrasformaw il-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani f'kunflitt reliġjuż; jitlob li titnaqqas l-eskalazzjoni tas-sitwazzjoni u jenfasizza għall-darba oħra li l-uniku mod kif tista’ tinkiseb paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani huwa b’mezzi mhux vjolenti; jenfasizza li kwalunkwe azzjoni vjolenti tista' biss tkebbes l-estremiżmu fuq iż-żewġ naħat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jilqa' ż-żjara riċenti tar-Rappreżentant Għoli / Viċi President Federica Mogherini fl-Iżrael u l-Palestina, kif ukoll l-impenn tagħha li tinvolvi ruħha b'mod proattiv fi proċess pożittiv bl-għan li jitkisser iċ-ċirku vizzjuż tal-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani u jinħolqu l-kundizzjonijiet politiċi għal progress ġenwin fil-proċess tal-paċi; jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-17 ta' Novembru 2014 u d-dikjarazzjonijiet magħmula mir-Rappreżentant Għoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jenfasizza li r-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina mill-Istati Membri se jikkontribwixxi biex jerġgħu jinbdew it-taħdidiet tal-paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, abbażi ta' impenn kredibbli u serju miż-żewġ naħat u li jwassal għal riżultati konkreti u tanġibbli f'qafas ta' żmien definit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Itenni li d-dritt tal-Istat ta' Iżrael li jeżisti fi ħdan fruntieri sikuri, u d-dritt tal-Palestinjani għall-awtodeterminazzjoni u li jkollhom stat tagħhom, huma inkontestabbli; ikompli jappoġġa f'dan l-ispirtu, is-soluzzjoni ta' żewġ Stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ Stati u bl-Istat ta' Iżrael u Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli – kompost mill-Istrixxa ta' Gaża, il-Lvant ta' Ġerusalemm, u x-Xatt tal-Punent – jgħixu bħala ġirien fil-paċi u s-sigurtà; jenfasizza li s-soluzzjoni ta' żewġ stati hi bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku min-naħa taż-żewġ stati u r-rikonoxximent taż-żewġ stati min-naħa tal-komunità internazzjonali b'mod ġenerali; ifakkar fl-importanza tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi f'dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jitlob liż-żewġ partijiet itemmu kwalunkwe azzjoni li tista' ddgħajjef il-vijabilità u l-prospetti ta' soluzzjoni ta' żewġ stati, b'kunsiderazzjoni speċjali għall-kostruzzjoni ta' insedjamenti u attivitajiet ta' espansjoni Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent, inkluż il-Lvant ta' Ġerusalem, kif ukoll l-esproprjazzjoni kontinwa ta' art Palestinajana u l-qerda ta' proprjetà Palestinjana min-naħa tal-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha tassumi r-responsabilità tagħha biex issir attur politiku u faċilitatur ġenwin fil-proċess tal-paċi tal-Lvant Nofsani, anke permezz ta' strateġija u pjan Ewropej komprensivi għall-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, li jistgħu jiġu ppreżentati f'konferenza internazzjonali tal-paċi bil-parteċipazzjoni taż-żewġ naħat u l-atturi reġjonali u internazzjonali ewlenin kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jitlob li jkomplu jingħataw l-appoġġ u l-assistenza tal-UE għall-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali Palestinjani; jerġa' jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza li tiġi kkonsolidata l-awtorità tal-gvern ta' konsensus Palestinjan u l-amministrazzjoni tiegħu fl-Istrixxa ta' Gaża, kif ukoll li jintemm l-imblokk Iżralejan taż-żona, filwaqt li jiġi indirizzat it-tħassib ġenwin dwar is-sigurtà min-naħa tal-Iżrael, bla dewmien; jinsab konvint li r-riattivazzjoni u l-estensjoni possibbli tal-ambitu u tal-mandat tal-missjonijiet EUBAM Rafah u EUPOL COPPS jistgħu jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għal dawn l-isforzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-Gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Prim Ministru tal-Gvern Palestinjan b'Konsensus Nazzjonali u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>