<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>10.12.2014</Date><Ref>B8-0359/2014</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-rikonoxximent ta’ Stat Palestinjan</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2964 (RSP)).</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="4513">Geoffrey Van Orden</Author>, <Author id="28353">Anna Elżbieta Fotyga</Author>, <Author id="117477">Mark Demesmaeker</Author>, <Author id="124891">Zdzisław Krasnodębski</Author>, <Author id="4507">Bas Belder</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE545.608v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0359/2014</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rikonoxximent ta’ Stat Palestinjan</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(2014/2964 (RSP)).</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tas-17 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-UE ripetutament ikkonfermat l-appoġġ tagħha għal soluzzjoni ta' żewġ stati, bl-Istat Iżraeljan u bi Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli li jgħixu maġenb xulxin f'paċi u f'sigurtà, u talbet li jerġgħu jibdew id-diskussjonijiet diretti dwar il-paċi bejn l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu għat-tensjoni dejjem akbar u ż-żieda fil-vjolenza fir-reġjun; jikkundanna l-attakki terroristiċi reċenti kollha; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi, inkluż dawk li mietu fit-18 ta' Novembru 2014 kaġun tal-attakk fuq sinagoga f'Ġerusalem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Isostni li s-soluzzjoni ta' żewġ stati hi l-uniku eżitu vijabbli għal paċi u stabbiltà dejjiema; jinnota bi tħassib li dikjarazzjoni unilaterali ta' indipendenza mhijiex soluzzjoni sostenibbli; itenni li hemm bżonn ta' approċċ diplomatiku taħt l-awspiċi tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani li jinkludi negozjati diretti bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani li twassal għal soluzzjoni paċifika għall-kunflitt u r-rikonoxximent ta' Stat Palestinjan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jenfasizza li r-rikonoxximent mill-Palestinjani tad-dritt tal-Iżrael li jeżisti u li jissalvagwardja l-interessi leġittimi ta' sigurtà u sikurezza tiegħu, hu element essenzjali biex tinstab soluzzjoni bbilanċjata; ifakkar li l-UE tixtieq li tara l-Gaża taħt it-tmexxija tal-Awtorità Palestinjana timplimenta l-ordni pubbliku u timxi skont valuri u prinċipji demokratiċi u jinsisti dwar id-diżarm tal-gruppi armati kollha li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-Awtorità Palestinjana f'Gaża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Itenni s-sostenn tiegħu għal dawk l-Iżraeljani u l-Palestinjani li jinsabu frustrati mis-sitwazzjoni politika ta' tensjoni li jkollhom jgħixu ta' kuljum u jirrikonoxxi li fil-parti 'l kbira tagħhom iċ-ċittadini Iżraeljani u Palestinjani jridu sempliċement jgħixu fil-paċi u s-sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-membri tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU, lill-mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-Gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>