<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>12.1.2015</Date><Ref>B8-0010/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-każ taż-żewġ '<span font-style="italic">marò</span>' Taljani</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2512(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="124989">Fredrick Federley</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE545.690v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0010/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-każ taż-żewġ '<span font-style="italic">marò</span>' Taljani</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2512" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2512">2015/2512(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-16 ta' Diċembru 2014 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet kollha kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli dwar il-każ tal-<span font-style="italic">marò </span>Taljani Massimiliano Latorre u Salvatore Girone,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi fil-15 ta' Frar 2012, f'żona li suppost tagħmel parti mill-ilmijiet internazzjonali, żewġ sajjieda lokali nqatlu u żewġ fizzjali tal-armata navali Taljana, Massimiliano Latorre u Salvatore Girone, fis-servizz fuq it-tanker taż-żejt Taljan <span font-style="italic">Enrica</span> <span font-style="italic">Lexie</span> ġew arrestati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi fit-12 ta' Settembru 2014 l-Indja ppermettiet lil Massimiliano Latorre, li kien intlaqat minn iskemija waqt id-detenzjoni, jirritorna l-Italja għal perjodu ta' erba' xhur bil-għan li jingħatawlu l-kuri mediċi; billi fis-6 ta' Jannar 2015 huwa kien sottopost għal intervent kirurġiku f'qalbu u li għad għandu bżonn assistenza medika; billi Salvatore Girone attwalment għadu jinsab fl-Indja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Paolo Gentiloni, ħabbar li sejjaħ b'urġenza lill-ambaxxatur Taljan fl-Indja għall-konsultazzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi ż-żewġ <span font-style="italic">marò</span> kienu qegħdin fl-Oċean Indjan biex iwettqu operazzjonijiet kontra l-piraterija f'żona partikolari meqjusa f'riskju għoli minħabba l-attività tal-pirati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi ż-żewġ fizzjali tal-armata navali Taljana huma rġiel denji ta' fiduċja, minħabba l-fatt li, waqt il-perjodu ta' detenzjoni tagħhom, irritornaw minn jeddhom fl-Indja wara li ngħataw l-awtorizzazzjoni biex jmorru l-Italja, b'hekk reġgħu poġġew lilhom infushom għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet Indjani; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi ta' min jiġi rikonoxxut li l-piraterija toħloq sitwazzjonijiet ta' stress enormi u ta' pressjoni qawwija immens għall-ekwipaġġi militari u għall-entitajiet ta' protezzjoni kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Itenni t-tħassib qawwi tiegħu għaż-żewġ fizzjali tal-armata navali Taljana, li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea, detenuti fl-Indja minn Frar 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Iħeġġeġ liż-żewġ Stati, minħabba li l-pożizzjoni li fiha kien it-tanker taż-żejt Taljan trendi l-kwistjoni tas-sovranità ġuridika fil-każ speċifiku diskutibbli, jilħqu qbil biex il-kwistjoni tiġi riferuta għand il-Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ stabbilita fil-qafas tal-ewwel Konferenza ta' Paċi tal-Aja, u jħeġġeġ, bħala konsegwenza, biex it-tribunal kompetenti jsolvi l-każ bl-akbar urġenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jisħaq fuq il-fatt li l-każ għandu jkun riżolt fir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jesprimi tħassib enormi dwar l-inċertezza ġuridika li tikkaratterizza l-każ taż-żewġ <span font-style="italic">marò</span> Taljani li, wara tliet snin, għadhom qegħdin jistennew li jsiru jafu x'se jsir minnhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jiddeplora d-dewmien min-naħa tal-awtoritajiet Indjani fit-tmexxija tal-każ taż-żewġ <span font-style="italic">marò</span> Taljani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-awtoritajiet Indjani u Taljani.</p>
</Section></Motion>