<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>12.1.2015</Date><Ref>B8-0021/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/2965(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="96955">Catherine Bearder</Author>, <Author id="124989">Fredrick Federley</Author>, <Author id="2128">Paavo Väyrynen</Author>, <Author id="124697">Kaja Kallas</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="125052">Juan Carlos Girauta Vidal</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="125039">Fernando Maura Barandiarán</Author>, <Author id="125040">Beatriz Becerra Basterrechea</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="124709">Martina Dlabajová</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="124707">Petr Ježek</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="28242">Alexander Graf Lambsdorff</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE547.444v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0021/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2965" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2965">2014/2965(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, dwar is-Sħubija tal-Lvant (SL) u dwar l-Ukraina, b'referenza partikolari għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0170" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0170/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0170</ANCHOR>.</p>
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tat-13 ta' Marzu 2014 dwar l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0248" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0248/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0248</ANCHOR>.</p>
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tas-17 ta' April 2014 dwar il-pressjoni Russa fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u, b'mod partikolari, id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0457" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0457/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0457</ANCHOR>.</p>
</footnote> , ir-riżoluzzjoni tas-17 ta' Lulju 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0009" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0009/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0009</ANCHOR>.</p>
</footnote> u r-riżoluzzjoni tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina u s-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0025" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0025/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0025</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru dwar l-Ukraina u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-17 ta' Novembru,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-iffirmar tal-partijiet finali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukraina u d-DCFTA f'Mejju 2014 kif ukoll ir-ratifika u l-kunsens mogħti lil dawn il-ftehimiet mill-Parlament Ewropew u mill-Verhovna Rada f'Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Minsk tal-5 ta' Settembru 2014 u l-Memorandum ta' Minsk tad-19 ta' Settembru 2014; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra t-twettiq b'suċċess fis-26 ta' Ottubru 2014 tal-elezzjoni parlamentari fl-Ukraina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-okkupazzjoni kontinwa fil-Krimea u l-ġlied li għadu għaddej fil-partijiet tal-Lvant tal-Ukraina, l-evidenza kredibbli u indisputabbli tal-involviment tal-forza militari Russa f'dan il-ġlied u l-bżonn urġenti li tinstab soluzzjoni politika sostenibbli u komprensiva għal dan il-kunflitt,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-ħarifa tal-2014 kienet ikkaratterizzata minn ġlied kontinwu bejn il-forzi tal-Ukraina u l-gruppi illegalment armati f’Donetsk u f’Luhansk, u billi l-ftehimiet ta’ Minsk għadhom ma ġewx kompletament implimentati u rrispettati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari fl-Ukraina tmexxew skont standards Ewropej u tal-OSKE, u b’hekk twittiet it-triq għal riformi sostnuti ta' natura politika u ekonomika, għal ġlieda serja kontra l-korruzzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, essenzjali biex jerġa’ jkun hemm leġittimità demokratika fit-tmexxija tal-istat Ukrain; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali’ f’Donetsk u f’Luhansk fit-2 ta’ Novembru 2014 marru kontra l-leġiżlazzjoni Ukraina u l-ftehimiet ta’ Minsk, u għaldaqstant ma jistgħux jiġu rikonoxxuti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-bidu tax-xitwa se tkompli taggrava d-diffikultajiet u t-tbatija li qed tħabbat wiċċha magħhom il-popolazzjoni ċivili, b’mod partikolari fil-Lvant tal-Ukraina, iżda wkoll fil-Krimea u fost dawk li huma spustati minn darhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi hemm rapporti kredibbli, inklużi rapporti tan-NU, ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’Donetsk u f’Luhansk, u b’mod partikolari fil-Krimea, inklużi rapporti dwar eżekuzzjonijiet sommarji, għajbien u ksur serju ieħor ta' liġijiet u standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-kunflitt armat fil-parti tal-Lvant tal-Ukrajna rriżulta f'eluf ta' mwiet ta' persuni militari u ċivili, b'ħafna aktar midruba u mijiet ta' eluf li ħarbu minn djarhom jew batew mill-insigurtà ta' xhur ta' ġlied; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-kunflitt dgħajjef aktar il-qagħda tal-ekonomija Ukraina, bil-konsegwenza li l-PDG ta’ din is-sena naqas b'7.5 % , u billi riformi prinċipali ta' natura ekonomika u kontra l-korruzzjoni se jkollhom jiġu implimentati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi m’hemm l-ebda soluzzjoni militari għal dan il-kunflitt, iżda biss soluzzjoni bbażata fuq djalogu politiku u ftehim fi ħdan l-Ukraina, skont pjan ta’ paċi ppreżentat mill-President Poroshenko, li jinkludi aktar governanza lokali u reġjonali bbażata fuq ir-rispett sħiħ lejn is-sovranità, l-integrità territorjali, l-unità u l-indipendenza tal-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied iffirmat f’Minsk fil-5 ta’ Settembru 2014 għadu l-aħjar bażi għall-isforzi lejn soluzzjoni politika, minkejja l-bosta vjolazzjonijiet tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied; billi l-partijiet kollha għandhom jimplimentaw il-ftehimiet li saru f’Minsk; billi l-kontinwazzjoni tan-negozjati skedati li jsiru f’Minsk f’Diċembru 2014 ġew ikkanċellati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tas-17 ta’ Novembru 2014 ħa deċiżjoni fil-prinċipju dwar aktar sanzjonijiet immirati lejn il-mexxejja separatisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Itenni l-kondoljanzi tiegħu għall-familji tal-vittmi ċivili u militari ta' ġlied fil-Lvant tal-Ukraina u jiddispjaċih ħafna mit-tbatija umanitarja kkawżata minn dan il-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jenfasizza li jista’ jkun hemm biss soluzzjoni politika nnegozjata għal dan il-kunflitt, ibbażata fuq il-ftehimiet ta’ Minsk u fuq il-pjan ta' paċi ppreżentat mill-President Poroshenko, li joħloq struttura aktar deċentralizzata tal-istat Ukrain; jenfasizza li l-partijiet kollha għandhom jimplimentaw u jirrispettaw bis-sħiħ il-ftehimiet ta’ Minsk u b’hekk jippermettu tnaqqis gradwali tal-kunflitt;  jiddispjaċih li n-negozjati li kienu skedati li jsiru fi tmiem Diċembru 2014 f’Minsk ġew ikkanċellati mingħajr ebda riżultat ieħor għajr ftehim dwar l-iskambju ta’ priġunieri; jistieden lill-partijiet kollha biex jagħmlu l-almu tagħhom sabiex in-negozjati jerġgħu jibdew malajr;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden lill-partijiet kollha biex joqogħdu lura milli jużaw kwalunkwe forma ta’ vjolenza; jenfasizza li t-tmiem tal-vjolenza huwa l-ewwel pass meħtieġ ferm fi proċess politiku ta' suċċess għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Itenni l-kundanna tiegħu tal-okkupazzjoni Russa u l-annessjoni tal-Krimea kif ukoll jikkundanna kull influwenza barranija u appoġġ għall-hekk imsejħa forzi separatisti fil-partijiet tal-Lvant tal-Ukraina; jenfasizza li dawn l-azzjonijiet imorru kontra d-dritt internazzjonali u jikkostitwixxu sfida serja għall-qagħda tas-sigurtà Ewropea; itenni l-impenn tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità, l-integrità territorjali, l-invjolabbiltà tal-fruntieri tal-Ukraina, u d-dritt tagħha li tiegħu għażla libera; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jistieden lill-Federazzjoni Russa biex mingħajr dewmien tirtira kull persunal militari mit-territorju tal-Ukraina u biex toqgħod lura milli terġa' timmobilizzahom fi kwalunkwe mument fil-futur; jistieden lir-Russja tieħu miżuri urġenti biex tikkontrolla l-fruntiera tagħha mal-Ukraina u twaqqaf l-inkursjonijiet u l-movimenti kollha ta' ġellieda, armi u tagħmir irregolari, sabiex twaqqaf kompletament kull infiltrazzjoni ulterjuri fit-territorju Ukrain; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jistieden lit-tmexxija Russa tuża l-influwenza tagħha mas-separatisti sabiex tikkonvinċihom jieħdu sehem fil-proċess politiku; jistieden lill-partijiet kollha jtemmu r-retorika belliġerenti fl-interessi tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jitlob lill-Gvern tal-Ukraina juża l-awtorità tiegħu sabiex jevita u jikkundanna l-użu ta’ simboli estremisti u totalitarji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jisħaq fuq il-fatt li l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa għandhom ikunu lesti li joffru assistenza u ħila esperta matul il-ħidma fuq governanza aktar deċentralizzata fl-Ukraina; jissottolinja li, fl-ebda ċirkostanza, m'għandhom is-separatisti jkollhom s-setgħa ta' veto fuq l-għażliet tal-Ukraina fil-qasam tal-politika barranija; jenfasizza, madankollu, l-importanza li jkun żgurat kunsens wiesa’ dwar l-iktar deċiżjonijiet politiċi importanti fl-oqsma tal-politika interna u dik barranija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jenfasizza li s-sanzjonijiet tal-UE ma jistgħux jitneħħew qabel ikun hemm sinjali ċari ta’ progress fil-proċess tal-paċi fl-Ukraina, u huwa lest li jimponi aktar sanzjonijiet; jenfasizza li l-miżuri restrittivi tal-UE jistgħu jitwaqqfu kif ukoll jiżdiedu u li jistgħu jiġu emendati, sospiżi jew imħassra kif meħtieġ; jenfasizza li l-UE bħala tali għandha tibqa’ magħquda meta tikkunsidra kif l-aħjar tiġi ttrattata s-sitwazzjoni hi u tevolvi;  jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-impatt tal-hekk imsejħa "kontro sanzjonijiet" Russi u tieħu miżuri rapidi biex tappoġġja lill-produtturi li jintlaqtu mir-restrizzjonijiet kummerċjali Russi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jenfasizza li l-OSKE għandha rwol ewlieni fis-soluzzjoni tal-kriżi tal-Ukraina minħabba l-esperjenza tagħha fl-ittrattar ta' kunflitti armati u l-kriżijiet u l-fatt li kemm il-Federazzjoni Russa kif ukoll l-Ukraina huma membri ta' din l-organizzazzjoni; jistieden lill-Istati Membri, lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni jagħmlu aktar sforzi sabiex tissaħħaħ il-Missjoni Speċjali ta’ Monitoraġġ tal-OSKE fl-Ukraina permezz ta' persunal u tagħmir; jenfasizza l-bżonn li jintbagħtu mingħajr aktar dewmien l-osservaturi tal-OSKE tul il-partijiet kollha tal-fruntiera tal-Ukraina u r-Russja li attwalment tinsab taħt il-kontroll tas-separatisti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill jikkunsidraw il-ħatra ta’ Rappreżentant Speċjali tal-UE ta’ livell għoli għall-Ukraina u l-kunflitt Ukrain, li jista’ jiffaċilita l-isforzi sabiex tintlaħaq soluzzjoni paċifika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Lvant tal-Ukraina, fil-Krimea, u għall-persuni spustati internament fl-Ukraina, kif ukoll dawk fost ir-refuġjati fir-Russja, fid-dawl tal-kundizzjonijiet xitwija ħarxa; jirrimarka l-ħtieġa urġenti li jingħataw aktar assistenza umanitarja u provvisti lill-popolazzjoni fiż-żoni milquta mill-kunflitt, lin-nies spostati internament u lir-rifuġjati; itenni t-twissija maħruġa mid-WHO li l-Lvant tal-Ukraina qed iħabbat wiċċu ma' emerġenza fil-qasam tas-saħħa, fejn l-isptarijiet mhumiex jiffunzjonaw bis-sħiħ u hemm nuqqas ta' mediċini u tilqimiet; jitlob għal aktar sforzi urġenti mill-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, biex jappoġġjaw lil dawk l-aktar fil-bżonn; ifakkar li t-twassil ta' għajnuna umanitarja lill-parti tal-Lvant tal-Ukraina jrid isir f'konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u mal-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza u f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Gvern Ukrain, man-NU u mal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA); jesprimi x-xewqa li delegazzjoni tal-Parlament Ewropew tkun tista' żżur iż-żona ta’ kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex ifasslu b'mod urġenti pakkett komprensiv u ambizzjuż ta' assistenza finanzjarja u għajnuna għall-Ukraina, u biex jappoġġjaw il-ħidma għal soluzzjoni politika u għal rikonċiljazzjoni nazzjonali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tieħu kull miżura ħalli tiżgura implimentazzjoni bla intoppi u bikrija tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Ukraina, bħala strument kruċjali fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina f'kull dimensjoni koperta, u jenfasizza li dan hu ftehim bilaterali; jistieden lill-Ukraina biex tissodisfa l-impenji tagħha bħala parti mill-arranġamenti kummerċjali temporanji tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Itenni l-opinjoni tiegħu, f'dan ir-rigward, li dan il-ftehim ma jikkostitwixxix l-għan aħħari tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina; jirrimarka, barra minn hekk, li skont l-Artikolu 49 tat-TUE, l-Ukraina – bħal kwalunkwe Stat Ewropew ieħor – għandha perspettiva Ewropea u tista' tapplika sabiex issir membru tal-Unjoni Ewropea, sakemm taderixxi mal-kriterji ta' Kopenħagen u l-prinċipji tad-demokrazija, tirrispetta l-libertajiet fundamentali u d-drittjiet tal-bniedem u dawk tal-minoranzi kif ukoll tiżgura l-istat tad-dritt u t-trasparenza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jemmen bis-saħħa li programm ambizzjuż kontra l-korruzzjoni, inkluża tolleranza żero għall-korruzzjoni, huwa meħtieġ b’mod urġenti fl-Ukraina biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istat, fis-sistema ġudizzjarja, fl-awtoritajiet pubbliċi u fil-korpi ta' infurzar tal-liġi; jilqa' l-adozzjoni reċenti tal-pakkett ta’ liġijiet kontra l-korruzzjoni mill-Verkhovna Rada u jenfasizza l-importanza li dawn il-liġijiet ikunu implimentati f’waqthom u kif xieraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jitlob lill-Ministri tal-Ekonomija u l-Finanzi li għadhom kemm inħatru biex ma jkunx hemm dewmien fl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa għall-irkupru tat-tkabbir ekonomiku fl-Ukraina; iqis li l-missjoni tal-grupp ta’ appoġġ tal-UE għall-Ukraina hija kruċjali biex jidentifika l-oqsma fejn hija meħtieġa l-assistenza teknika li għandha tappoġġja lill-Ukraina fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ programm ta’ riforma komprensiv; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jinnota li, waqt li l-waqfien mill-ġlied jinkludi xi stipulazzjonijiet dwar l-impunità għal dawk involuti fil-kunflitt fil-parti tal-Lvant tal-Ukraina, ma tista' tittieħed l-ebda deċiżjoni ta' dan it-tip għar-reati tal-gwerra mwettqa, inkluż l-att ta' terroriżmu fi forma ta' tiġrif tat-titjira MH17 tal-Malaysian Airlines; jenfasizza li min wettaq dan it-tiġrif irid jitressaq quddiem il-ġustizzja; jenfasizza l-importanza ta’ investigazzjoni sħiħa, rapida u indipendenti, iddelegata lill-Bord Olandiż dwar is-Sikurezza; jikkundanna n-nuqqas ta' aċċess għas-sit ta' fejn twaqqa' l-ajruplan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni li ttieħdet mill-gvern Franċiż biex iwaqqaf il-forniment ta' trasportaturi tal-elikotteri Mistral, u jappella lill-Istati Membri jieħdu approċċ simili fir-rigward tal-prodotti għal esportazzjoni mhux koperti mid-deċiżjonijiet tal-UE dwar sanzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-armi u l-materjali b'użu doppju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jenfasizza l-ħtieġa għal riforma tas-settur tal-enerġija tal-Ukraina, f'konformità mal-impenji tal-Komunità tal-Enerġija u l-bżonn li tissaħħaħ b’mod radikali s-sigurtà, l-indipendenza u r-reżiljenza tal-enerġija tal-UE fir-rigward ta' pressjoni esterna, permezz tal-istabbiliment ta’ Unjoni tal-Enerġija Ewropea, l-iżvilupp ulterjuri tal-infrastruttura tal-enerġija mal-pajjiżi tal-viċinat tal-UE u l-iżvilupp ta’ interkonnessjonijiet tal-enerġija bejn dawn il-pajjiżi u fi ħdan l-UE, f’konformità mal-objettivi tal-Komunità tal-Enerġija, u jiġu implimentati bi prijorità dawn il-proġetti ta’ interess komuni; jenfasizza li dan se jirrikjedi investiment sostanzjali fl-infrastruttura; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda l-preparament dwar it-tielet pakkett ambizzjuż ta’ assistenza makrofinanzjarja għall-Ukraina, kif ukoll biex ikollha rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-Konforenza tad-Donaturi għall-Ukraina, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u s-soċjetà ċivili; jenfasizza l-importanza ta' impenn mill-komunità internazzjonali biex tappoġġja l-istabbilizzazzjoni ekonomika u politika kif ukoll ir-riforma fl-Ukraina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jiġbed l-attenzjoni għall-aħħar rapporti kredibbli dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea u f’żoni ta’ kunflitt; jappoġġa t-talba lill-Gvern tal-Ukraina biex joħloq reġistru uniku u aġġornat regolarment tal-inċidenti ta' ħtif irrappurtat, u għall-investigazzjoni bir-reqqa u imparzjali tal-allegazzjonijiet kollha ta' abbuż ta' forza, trattament ħażin jew tortura miż-żewġ naħat tal-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jenfasizza l-ħtieġa li tintlaħaq is-soċjetà ċivili Russa sabiex jagħmilha ċara li l-UE ma tarax il-poplu Russu bħala avversarju tiegħu iżda li l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Ukraina għandhom jiġu rrispettati; jekk il-Gvern Russu jieħu passi konkreti biex jerġa’ lura għall-prinċipju ta’ relazzjonijiet tajba ta' viċinat u għall-ordni legali internazzjonali, dan se jkun il-bażi għat-tnaqqis ta' tensjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jistieden lill-Istati Membri biex jeżaminaw jekk rapporti riċenti dwar finanzjamenti minn banek u individwi Russi lill-partiti politiċi tal-lemin u tax-xellug estrem fl-UE jirrappreżentawx ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-finanzjament tal-partiti, u jitlob li jsir dibattitu vigoruż dwar ir-riskji u l-isfidi maħluqa minn dan it-tip ta’ appoġġ finanzjarju u dwar jekk il-leġiżlazzjoni attwali dwar il-finanzjament tal-partiti hijiex totalment adegwata fid-dawl ta’ dawn ir-rivelazzjonijiet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukraina, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa u lill-Kunsill tal-Ewropa.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>